Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

SPORTSillum 34 illum | Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 Fost l-aqwa plejers ta' CRISTIAN ANTONY MUSCAT Andrew Cohen – fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f'dawn l-aħħar snin u plejer indispensabbli ta' Hibernians u tat-tim nazzjonali Kif għażilt il-futbol fost tant sport ieħor? Minn dejjem kont inħobbu u dejjem niftkarni niġri bil-ballun f 'idi! Sa issa minn dejjem lgħabt ma' Hibernians fil-karriera tiegħek. X'unuri rbaħt sa issa ma' dan ittim? Bħala unuri personali rbaħt darbtejn l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena , l-aqwa skorer, u erba' unuri tal-aħjar plejer. U fuq bażi ta' tim irbaħt żewġ kampjonati, erba' trofej, super cup u erba' Euro Cups. Ġieli kkunsidrajt li tmur tilgħab ma' xi klabb ieħor? Meta kien skadieli l-kuntratt bilfors kelli nikkunsidra xi offerti oħra imma l-ewwel għażla dejjem kienet Hibs u kburi li sa issa bqajt nilgħab ma' dan it-tim. Fil-passat riċenti kien hemm spekulazzjonijiet qawwija filmedia li stajt tingħaqad marrivali Valletta. Tikkonferma dawn ix-xnigħat? Iva, ħafna drabi avviċinawni imma kif għidtlek qabel l-ewwel preferenza dejjem tajtha lill-klabb li introduċieni fil-futbol. "L-opportunitajiet qegħdin hemm għal kulħadd. Jekk kollox imur sew nemmen li fl-aħħar nerġgħu nkunu qegħdin hemm ma' ta' fuq biex nisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat" Ġieli kkunsidrajt li tmur tilgħab barra minn Malta u ġieli kien hemm xi interess partikolari fis-servizzi tiegħek minn xi klabb barrani? Ġieli kien hemm interess imma jien qatt ma kont daqshekk kuraġġuż li nagħmel dan il-pass. Matul l-istaġun li għadda bħala Hibs kontu ferm viċin li tirbħu l-kampjonat però tliftu l-kampjonat biss fid-deċiżiva kontra r-rivali Birkirkara. X'tikkummenta? Kien staġun sabiħ ħafna fejn irbaħna l-Euro Cup, ġejna l-ewwel fil-kampjonat, tlifna d-deċiżiva u rbaħna t-trofew. Kellna esperjenza qarsa imma naħseb li tiswielna ta' tagħlima 'l quddiem u nippruvaw li din is-sena tkun storja differenti! Però għalaqtu l-istaġun bit-tajjeb meta rnexxielkom tirbħu t-tieni l-ogħla unur li joffri l-futbol Malti jiġifieri l-U*BET FA Trophy. X'fisser għalik dan l-unur filkarriera tiegħek ta' futboler? Huwa t-tieni l-akbar unur u bilfors ikun ifisser ħafna għalija u anki għall-partitarji tagħna li dejjem ikunu warajna. Bħala tim ġejtu affetwati b'xi mod mill-bidla tal-kowċ fejn Nisevic ħa post Woods? Xi ftit jew wisq ikun hemm tibdil imma minn hawnhekk irrid infaħħar lil kowċ Michael Woods tal-istaġun sabiħ li kellna miegħu s-sena l-oħra u tas-suċċess li ksibna wkoll. X'inhi r-relazzjoni tiegħek malkowċ Nisevic kif ukoll ma' sħabek il-plejers ta' Hibs? Nisevic huwa kowċ ippreparat ħafna u motivat. Jien ma nsib l-ebda problemi miegħu anzi nista' ngħid li qiegħed ikompli jgħinni niżviluppa l-logħba tiegħi aħjar. M'hemmx dubju li matul dan l-istaġun intom erġajtu se tkunu l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat hekk kif kellkom bidu mill-aqwa fejn diġà għelibtu lill-isfidanti diretti tagħkom għarrebh tal-kampjonat, Birkirkara u Valletta. Però jkolli ngħid li ma' dawn iż-żewġ timijiet, f 'dan l-istaġun, bħala sfidanti ngħaqdu wkoll Sliema Wanderers. Taqbel ma' din l-affermazzjoni tiegħi? U kif tqis l-opportunitajiet tagħkom li fi tmiem dan l-istaġun tiġu nkurunati champions? L-opportunità u ċ-ċans li tirbaħ qiegħed hemm għal kulħadd. Fadal ħafna logħob x'jintlagħab. Jekk kollox imur sew nemmen li fl-aħħar nerġgħu nkunu qegħdin hemm ma' ta' fuq biex nisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat! Fl-aħħar staġun kellek staġun mill-aqwa fejn bosta segwaċi tal-futbol lokali sostnew li int stajt saħansitra tirbaħ l-unur prestiġjuż tal-MFA Plejer tasSena għat-tielet darba fil-karriera tiegħek wara li diġà kont irbaħt dan l-istess unur personali fl-2005 u l-2006. Però, b'sorpriża għal ħafna, lanqas biss kont inkluż fil-lista tal-ħames plejers finalisti biex jirbħu dan l-unur prestiġjuż. Ħassejtek diżappuntat minħabba dan? Li tkun finalist għall-unur talMFA Plejer tas-Sena hija xi ħaġa sabiħa mmens u kulħadd jieħu gost ikun hemm. Jien naħseb li kieku rbaħna l-kampjonat aħna, l-affarijiet kienu jkunu differenti għalija, imma xorta ninsab kuntent bl-aħħar staġun li kelli. Ukoll man-nazzjonal ma narawkx tilgħab b'mod regolari mal-ewwel 11 fejn ħafna drabi narawk fuq il-bank tas-sostituti. Taħseb li Andrew Cohen huwa sottovalutat fil-futbol lokali? Le, xejn minn dan. Sa issa lgħabt 56 logħba ma' Malta u naħseb li huwa numru sabiħ. Il-kowċ, Ghedin, għandu l-ideat tiegħu u jien nirrispettahom u nipprova nkun lest għal meta jiġi ċ-ċans tiegħi. Ma nistgħux ma nsemmux ir-rebħa storika 'away' li kiseb l-istess tim nazzjonali fis-7 ta' Ġunju li għadda kontra l-Armenja fejn int kont parti minn dan it-tim. X'fissret għalik personali kif ukoll għat-tim nazzjonali din ir-rebħa? Li tirbaħ ma' Malta mhux xi ħaġa ta' kuljum. Dik kienet it-tieni rebħa tiegħi fil-gruppi wara tal- Ungerija u huwa mument sabiħ immens. X'inhu l-futur ta' Cohen ma' Hibs? Għad naraw lil Cohen bħala captain tal-Pawlisti wara Mario Muscat? Nixtieq li ntemm il-karriera tiegħi fejn bdejtha, waqt li nittama li Mario jtina aktar snin u hu jibqa' "Jien naħseb li kieku rbaħna l-kampjonat aħna, l-affarijiet kienu jkunu differenti għalija imma xorta ninsab kuntent bl-aħħar staġun li kelli" l-captain tagħna għax ftit hawn captains ta' timijiet oħra bħalu! U l-futur ta' Cohen mat-tim nazzjonali? Nittama li fadalli aktar x'nagħti u jkolli ċ-ċans li nesprimih! X'inhi r-relazzjoni tiegħek malkowċ nazzjonali Pietro Ghedin u ma' sħabek il-plejers tan-nazzjonal? Ghedin huwa kowċ miftuħ ħafna. M'għandi l-ebda problema miegħu. Rigward sħabi l-plejers tannazzjonal nista' ngħid li qegħdin grupp sabiħ u magħqud. Kif tħares lejn it-transizzjoni li għaddejtu minnha bħala nazzjonal fit-tmexxija tat-tim meta Ghedin ħa t-tmun tat-tim nazzjonali mingħand id-duo Buttigieg u Busuttil? Il-kowċ Buttigieg għamel ħafna xogħol fit-tim nazzjonali u taħt it-tmexxija tiegħu nħoss li konna għamilna avvanz u titjib kbir. Konna vera nkunu sfortunati firriżultati. Imbagħad ġie Ghedin li kompla fejn ħallew Buttigieg u Busuttil. Għad naraw lil Cohen bħala kowċ ta' xi tim forsi anke talPremier wara li jtemm il-karriera tiegħu fil-futbol milgħub? Jew għad naraw lil Cohen bħala amministratur ta' xi tim partikolari fosthom Hibernians? Jien il-futbol inħobbu ħafna. Meta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013