Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 35 Hibs u tan-nazzjonal Andrew Cohen Twieled fit-13 ta' Mejju 1981 f'Tal-Pietà Rebaħ l-unur prestiġjuz tal-MFA Plejer tas-Sena għal sentejn konsekuttivi - fl2005 u l-2006 Ritratt: Ray Attard Jilgħab fl-irwol ta' attakkant kemm ma' Hibernians kif ukoll mat-tim nazzjonali fis-sajf ikollna dik il-waqfa wkoll iddejaqni allura ma nimmaġinanix li nieqaf. Nixtieq li xi darba nkun kowċ ukoll! X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni preżenti talMFA mmexxija minn Darmanin Demajo u Vassallo? L-amministrazzjoni tal-MFA hija waħda tajba fejn il-klabbs qegħdin igawdu aktar minn fondi u naħseb li qed jagħmlu xogħol siewi ħafna. Għandek fiduċja fil-futbol Malti? Nemmen li għandna fejn nimxu 'l quddiem għalkemm dejjem fillimitazzjonijiet tagħna, imma jekk nemmnu fina nfusna naslu aktar 'il quddiem għax talent għandna. Bħala fost l-aqwa plejers ta' Hibs u tat-tim nazzjonali għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jsegwu karriera fil-futbol. Il-futbol mhux xi ħaġa ta' dak il-ħin biss iżda jirrikjedi ħafna sagrifiċċji biex tkun tista' tagħti l-aħjar tiegħek fil-grawnd. Jien nemmen ħafna fit-taħriġ li kif "Nixtieq xi darba nkun kowċ ukoll!" tittrenja tilgħab, allura ngħaddi l-messaġġ li t-taħriġ jeħduh bisserjetà kemm jista' jkun u jirnexxu żgur!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013