Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 Żieda f'każi ta' moħqrija fuq l-annimali fl-aħħar 5 snin Sena 2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 Total: Numru ta' rapporti 71 72 84 64 65 77 75 76 76 108 94 98 104 59 1123 Persuni imressqa l-Qorti JAMES J. PISCOPO 15 11 30 16 1 9 14 15 8 20 16 19 13 10 197 jpiscopo@mediatoday.com.mt Il-kelba Star kienet instabet midfuna ħajja f'Mejju 2011 F'DAWN l-aħħar tlettax-il sena saru aktar minn 1100 rapport ta' moħqrija fuq l-annimali, b'wieħed minn kull sitt rapporti jispiċċa quddiem il-Qorti. Minn informazzjoni li ħarġet fil-Parlament għal mistoqsija parlamentari ta' Mario Galea, jidher li l-każijiet relattivament żdiedu fl-aħħar ħames snin. Infatti, mill-2009 s'issa saru 463 rapport mit-total ta' 1123 każ. F'dawn il-ħames snin tressqu quddiem ilQorti kważi 80 persuna. L-2002 kienet l-aktar sena li fiha tressqu persuni, fejn minn 84 rapport ġew imressqa 30 persuna. Kuxjenza dwar il-moħqrija fuq l-annimali żdiedet fl-aħħar snin, b'mod partikolari fl-2011 wara l-każ tal-kelba Star, li kienet instabet midfuna ħajja wara tiri sparati f 'rasha. Dan kien wassal biex jiħraxu l-pieni ta' min iwettaq dawn ir-reati għalkemm sentenzi ta' ħabs kienu baqgħu l-istess. Qabel il-każ ta' Star, il-piena minima kienet ta' LM100. Il-ħidma ta' għaqdiet favur l-annimali waslet ukoll biex fil-baġit ta' din il-ġimgħa, il-Gvern ħabbar li mis-sena d-dieħla mhux se jitħallew isiru aktar ċìrkli tal-annimali. Fis-snin li għaddew, f 'kull Diċembru kienu jsiru diversi protesti minn dawn l-għaqdiet biex ċirkli li jużaw l-annimali għal skop ta' divertiment ma jingħatawx il-permess li joperaw.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013