Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 Muscat jirrifjuta l-emendi, Busuttil jhedded li jikxef l-ismijiet ROYAL Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Valletta THOMAS'S Pharmacy, 796, Triq ilKbira San Guzepp, Ħamrun DRUGSHOP Dispensary, Vjal De La Cruz, Qormi ST. Helen Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara REGAL Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida SPIŻERIJA Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann BROWN'S Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema MEDICA Pharmacy, Triq in-Naxxar, Balzan MĠARR Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr KARIZIA Drugstore, 69, Triq George Borg Olivier, Mellieħa THERESA Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Tarxien VERDALA Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla FGURA Pharmacy, Triq Il-Koppla, Fgura GERADA Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun ST. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa ST. Nicholas Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, Siġġiewi IDEAL Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat PALM Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria SOKKORS Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem www.gozochannel.com TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA L-INQAS TEMP 24˚Ċ 17˚Ċ Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab b'ħalbiet tax-xita u b'xi waqtiet sbieħ mal-lejl VIŻIBILTA' Tajba RIĦ Majjistral forza 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 għal 6 lokalment forza 6 sa filgħaxija L-OGĦLA L-INQAS TEMP 24˚Ċ 17˚Ċ Ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet tax-xita lokalment bir-ragħad VIŻIBILTA' Ġeneralment tajba lokalment moderata fil-ħalbiet tax-xita RIĦ Punent forza 6 għal 7 lokalment forza 7 għal 8 li jsir foza 5 għal 6 filgħaxija u jdur mill-Punent il-Lbiċ mal-lejl SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. 81 35 73 67 65 3 49 46 Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda LIĠI TAĊ-ĊITTADINANZA WARA li l-Gvern aċċetta emenda waħda biss minn sett ta' emendi preżentati mill-Oppożizzjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil saħaq li l-Partit Nazzjonalista se jibqa' kontra l-abbozz tal-Att taċċittadinanza Maltija u l-Individual Investor Programme (IIP). Imressqa s-Sibt filgħodu matul seduta parlamentari speċjali, l-emendi ġew imressqa millOppożizzjoni wara li l-Ġimgħa, il-Kap talPN ħabbar li l-Partit Nazzjonalista se jibqa' kontra l-abbozz fuq prinċipju sakemm malGvern jaċċetta l-emendi. L-iskema kontroversjali tal-IIP tinkludi l-bejgħ ta' passaport Malti għallprezz ta' €650,000, skema li l-Partit Nazzjonalista ddeskriviha bħala waħda maħmuġa u li twassal għall-privatizzazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija. L-emendi kollha, ħlief waħda, imressqa mill-Partit Nazzjonalista matul isseduta tal-bieraħ filgħodu ġew miċħuda mill-Gvern. Matul is-Sibt, l-approvazzjoni tal-iskema tal-IPP għaddiet għallistadju tal-kumitat wara li l-Parlament approva t-tieni qari tal-abbozz tal-liġi matul is-seduta parlamentari tal-Ġimgħa. L-Abbozz ġie approvat bi 38 vot favur u 29 vot kontra. L-Oppożizzjoni ressqet emenda sabiex l-ismijiet talbenefatturi jiġu ppubblikati u ma jibqgħux mistura. Skont l-abbozz, l-ismijiet u dettalji personali oħra ma jiġux ippubblikati, miżura li l-Partit Nazzjonalista sejħu bħala waħda 'maħmuġa u li tpoġġi lil Malta fuq l-istess livell ta' pajjiżi fil-Karibew.' Id-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech saħaq li hu jinsab perpless għaliex il-Gvern qed jinsisti biex iżomm dawn l-isimjiet mistura. "Għaliex din is-segretezza kollha? Permezz ta' din ilmiżura suspettuża, il-poplu Malti qed jiġi mċaħħad milli jkun jaf min hu Malti." Intant, il-Ministru tasSigurtà Nazzjonali Manuel Mallia tenna li l-Gvern m'għandu xejn xi jżid u li l-miżura se tibqa' l-istess. L-emenda ġiet miċħuda. Intant id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Viċi Kap talPartit Nazzjonalista Mario de Marco talbu lill-Gvern biex jagħti definizzjoni konkreta ta' "investiment". "Il-mod ta' kif l-IIP qed jiġi applikat ma jinkludix investiment imma biss donazzjoni. Barra minn hekk, qabel ma benefattur ikun jista' jixtri l-passaport Malti, għandu jkun resident f 'Malta għal tal-inqas ħames snin u jinvesti tal-inqas €5 miljuni fl-ekonomija Maltija." Id-deputat Nazzjonalista u l-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech tenna li meta wieħed jinvesti, għandu jrodd xi ħaġa lura u permezz tal-IIP, dan ma jistax jingħad. Però, din il-proposta ġiet megħluba mill-Gvern, partikolarment millMinistru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia li qal li n-nuqqas ta' qbil bejn iżżewġ naħat tal-kamra huwa minħabba d-definizzjoni ta' investiment. Sadanittant, ġie diskuss ukoll it-tibdil tal-isem taliskema minn Individual Investor Programme għal Individual Donor Programme però din l-emenda ġiet megħluba b'38 vot kontra u 27 favur. Min-naħa l-oħra ż-żewġ naħat tal-kamra qablu li kull min jixtri l-passaport għandu jieħu ġurament f ' Malta. Intant, l-appuntament tar-regolatur taliskema ġie diskuss ukoll matul is-seduta parlamentari. Matul is-seduta tal-Ġimgħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat, propona l-appuntament tal-eks Segretarju tal-Kabinett Nazzjonalista Godwin Grima bħala regolatur filprogramm taċ-ċittadinanza. Grima serva l-Kap tassezzjoni Ċivili taħt Gvern Nazzjonalista. Skont il-liġi l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jikkonsulta malkanditat tar-regolatur, konsultazzjoni li skont il-Viċi Kap Nazzjonalista Mario De Marco qatt ma mmaterjalizzat. Mistoqsi jekk il-Partit Nazzjonalista hux preparat li jkun parti mill-bord li tanalizza l-ismijiet u l-iskema, Simon Busuttil insista li l-Oppożizzjoni m'għandha l-ebda interess li tkun parti minn dan il-bord hekk kif hija tibqa' kontra l-miżura fuq prinċipju iżda qal li ma jeskludi xejn u jekk l-abbozz jiġi approvat, membri tal-Oppożizzjoni jistgħu jkunu parti minn dan il-bord sempliċiment biex jiżvelaw l-ismijiet talbenefatturi. Busuttil qal ukoll li waqt is-seduta parlamentari tat-Tlieta, il-Partit Nazzjonalista se jivvota kontra l-abbozz wara li l-emendi ma ġewx aċċettati. "L-Oppożizzjoni saħqet biex ma tħallix l-ismijiet mistura u biex tbiddel l-iskema għal waħda bbażata fuq investiment kontinwu u mhux donazzjoni waħdiena, iżda l-Gvern ċaħad l-emendi. Il-PN jibqa' kommess għall-iktar trasparenza, trasparenza li tista' tintlaħaq permezz talpubblikazzjoni tal-ismijiet tal-applikanti. "Wara li l-Gvern baqa' jagħmel ta' rasu u m' aċċettax l-emendi, d-deputati Laburisti wrew li huma kontra politika ta' konsensus u jħaddnu biss politika bbażata fuq tisbit tas-saqajn u ras iebsa." Il-kap tal-Oppożizzjoni tenna wkoll li Gvern Nazzjonalista huwa kommess li jew jirrevoka l-iskema jew inkella jimplimenta l-emendi li ġew proposti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013