Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

turi tal-Ħajja Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 11 għha kienet il-ħajja nnifisha ovvjament hemm ftit nies f 'ħajti li huma qrib tiegħi aktar minn oħrajn. Ħbieb li dejjem ikunu miegħi bla ebda riservi, ħbieb li jafuni ħafna u li nafdahom b'ħajti, ħbieb li jkun x'ikun qed jiġri f 'ħajjithom isibu ħin għalija, ħbieb li magħhom nista' naqsam il-mumenti sbieħ u anki dawk diffiċli. Min huma jafu, inħobbhom immens u nħossni xxurtjata li qegħdin f 'ħajti!" Iżda l-aktar mument speċjali għaliha kien meta ħadet sehem f 'waħda mill-aktar produzzjonijiet popolari fuq l-istazzjonijiet lokali, 'Salib it-Toroq', "kienet esperjenza indimentikabbli mill-bidu sal-aħħar. Esperjenza li għamlet differenza kbira f 'ħajti u tgħallimt ħafna minnha. Żgur li se nibqa' nġorr din l-esperjenza matul ħajti kollha, u se nibqa' grata għal dejjem lejn min kien miegħi f 'din l-esperjenza." Innutajt li Roberta kellha make up sabiħ, xagħarha rranġat bl-aħjar mod u ta' kulur dehbi, insomma ta' żagħżugħa li hi, "Ħeħe, iddehra għalija hi importanti ħafna, għax meta nidher tajjeb, inħossni tajba u aktar kunfidenti u għalhekk nagħmel dak kollu possibbli biex nidher tajba u sabiħa." Iżda kif jirnexxilha Roberta ssib daqshekk pożittività fil-ħajja? "Billi tieħu l-ħajja bħala sfida u dejjem tfittex il-pożittiv anke f 'dak li jkun jidher negattiv. Il-ħajja hi sfida għal kull individwu li jeżisti f 'wiċċ id-dinja u min jgħid mod ieħor ma jkunx qed jiffaċċja r-realtà." Mela dan l-aħħar Roberta ħarġet tippassiġġa weħidha u fuq l-istatus tagħha fuq Facebook kitbet hekk, "Illum mort dawra u jien u miexja bdejt nitbissem għax l-espressjonijiet li tara fuq wiċċ in-nies huma kollha differenti. Tara persuni li għalihom xi ħaġa normali li jaraw persuna bħali tippassiġġa weħidha u tara persuni oħra li l-espressjoni ta' wiċċhom tkun xi ħaġa tipo "din kif qiegħda weħida?" Ħeħe! Is-soluzzjoni? Li nitbissem lil kulħadd u nkompli miexja!" Staqsejtha jekk issibx diffikultajiet meta toħroġ weħidha, "Iva nuqqas ta' aċċessibilità bħal bankini, toroq u ħwienet jillimitawni ħafna." Iżda barra n-nuqqas ta' aċċessibilità jdejquha wkoll ċerti timbri "Hu insult li nisma' l-kelma "ħandikappat". Dan l-aħħar smajt saċerdot jużaha fuq stazzjon u vera ħassejtni offiża għax suppost jaf aħjar. Anke kważi l-kelma "diżabbiltat" iddejjaqni għax hi aġġettiv negattiv. Il-persuna trid tħarsilha lejn l-abbiltà tagħha u mhux iddiżabbiltà tagħha. "Kelma oħra li ma naċċettax hi l-kelma "miskina". M'iniex miskina u nemmen li l-imsieken huma dawk li l-mentalità tagħhom ma twassalhomx biex jirrealizzaw li m'iniex miskina." Roberta tħobb il-futbol u tħobb ħafna l-Inter, "Interista jien u nsegwihom anke jekk ma nifhimx wisq. Jien persuna li nieħu interess f 'ħafna affarijiet u kien hemm żmien li bdejt nitgħallem aktar dwar l-istorja tal-Inter u ddeċidejt li nibda nappoġġjahom u xejn xejn nibqa' fuq l-istess kulur." Kompliet bi tbissima. Il-kulur blu li jwassalna għall-imħabba oħra kbira li għandha Roberta, il-partit Nazzjonalista. "Kburija li jiena Nazzjonalista, iżda dan ma jfissirx li ma nirrispettax l-opinjoni ta' ħaddieħor. Għandi ħafna ħbieb li jappoġġjaw ilpartit Laburista. Iżda jien nemmen li fejn tidħol il-ħbiberija ma tidħolx ilpolitika partiġġjana, kull wieħed u waħda minnha trid tirrispetta l-opinjoni ta' xulxin." Roberta fil-fatt qalet ukoll li tixtieq tinvolvi ruħha fil-politika, "se nkun esposta biex jekk ikun hemm okkażjonijiet fejn nista' ngħin il-partit li tant inħobb, se nkun qiegħda ngħin kemm u fejn nista'. Għandi ħolma li ninvolvi ruħi aktar fil-politika." "Iżda għandi ħolm ieħor, li xi darba jirnexxili nippubblika ktieb u li jkolli opportunitajiet oħra filqasam tad-drama. Min jieqaf "Irridhom iħarsu lejn x'kapaċi nagħmel u mhux x'm'iniex kapaċi nagħmel" joħlom, jieqaf jgħix." Roberta tqatta' l-ġurnata tagħha fuq l-internet u filgħaxija ssegwi d-drama lokali u tħobb issegwi wkoll serje televiżivi barranin jew xi film. "Nipprova wkoll insib ħin għal kulħadd iżda malli nqum jkolli għan f 'moħħi li nagħmel differenza anke jekk fil-ħajja ta' persuna waħda fid-dinja." Tkellimna ftit dwar iddipendenza tagħha fejn qaltli li hi anke jekk taf li għandha l-limitazzjonijiet tagħha, tqis ruħha bħala indipendenti, "mentalment żgur u fiżikament fejn nista'." Ma setax jonqos li qbadna d-diskors jekk taqbilx li jkun hawn djar apposta biex nies bi bżonnijiet speċjali jistgħu jgħixu flimkien. Roberta mill-ewwel ma qablitx ma' dan. "Jien ma naqbilx li għandna niġu segregati għalina, iżda għandha tiġi provduta l-għajnuna neċessarja biex wieħed jkun jista' jgħix indipendenti f 'post għalih." Sadanittant Roberta ma tħosshiex sfortunata, "Sinċerament ma nħoss l-ebda sfortuna imma nħossni fortunata ħafna. Fortunata li għandi mħabba kbira mingħand in-nies ta' madwari u fortunata għax niġi apprezzata għax mingħajr imħabba l-ebda bniedem ma jista' jgħix aħseb u ara jirbaħ l-isfidi. Iżda bla dubju nħossni fortunata bil-ġenituri tiegħi, li huma l-pilastri ta' ħajti li mingħajrhom żgur li m'iniex qiegħda fejn qiegħda llum. Inħobbhom immens." Sirt naf ukoll li Roberta għandha laqam, dik ta' Pinka u bi tbissima qaltli, "Seba' snin ilu kont nidħol f 'chatroom, li kienet iċċavetta tal-bieb tal-ħbiberiji li bdejt nibni bil-mod u kont nuża l-laqam Pinky, għal fatt li nħobb ħafna l-kulur roża għax kieku nista' kollox roża nagħmel u nixtri. U minn dakinhar ma' sħabi nbena dan il-laqam ta' Pinka u bqajt bih." U hawn nixtieq nagħlaq b'dan il-messaġġ millaktar pożittiv minn tfajla żagħżugħa li rebħet fuq ilħajja li ma tantx kienet ħelwa magħha "Aċċettaw ir-realtà u ffaċċjaw l-isfidi b'determinazzjoni u kuraġġ u taqtgħu qalbkom qatt. Waħda mill-affarijiet li għallmitni l-ħajja hi li xejn mhu impossibbli anke dak li f 'għajnejna jidher hekk. Emmnu fikom infuskom għax jekk ma tkunx int li temmen fik innifsek mhux se jemmen fik ħaddieħor."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013