Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 21 Editorjal I d-dibattitu anke lbieraħ fil-parlament dwar l-iskema taċ-ċittadinanza kienet mistennija li tkun mqanqla. Inizjattiva li kienet ċertament ser tqajjem mistoqsijiet u oppożizzjoni mmexxija mill-kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil. Matul id-diskussjoni filparlament iż-żewġ naħat għamlu l-almu tagħhom biex jikkonvinċu u jirribattu. Iżda f'ebda mument ma kien hemm sinjal żgħir jew ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 EDITUR: SAVIOUR BALZAN Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Ma jistax iħares lura ċkejken li kien ser ikun hemm xi arranġament biex il-persuni li għandhom 'community bond' ma' pajjiżna jiġu integrati u jingħataw għarfien ta' dan permezz ta' ċittadinanza. Dawn mid-dehra ma jiswew xejn. Inkredibbli li dan l-argument ġie skartat u lanqas diskuss fil-kurituri tal-poter u wisq iktar barra mill-parlament. Il-gazzetta oħt l-Illum, MaltaToday qed tippubblika stħarriġ li turi li l-maġġoranza huma kontra l-iskema taċċittadinanza u fl-istess ħin huma favur il-baġit. Forsi u ċerti li ħafna minn dawn in-nies ma fehmux li l-baġit jew is-suċċess talbaġit jiddependi ħafna fuq kemm idaħħal flus milliskema taċ-ċittadinanza. Mingħajr id-dħul ma jistax jkun hemm bilanċ fil-kontijiet u wisq aktar li l-miri tal-Gvern jintlaħqu. Imma dan kollu ċertament mhux importanti għallOppożizzjoni Nazzjonalista u għal kwalunkwe oppożizzjoni. Huwa għalhekk li l-Gvern prova u sa ċertu punt falla, itaffi l-inkwiet ta' Simon Busuttil billi jippreżentalu regulatur li huwa bniedem fdat minn gvernijiet preċedenti Nazzjonalisti. Qed nitkellmu hawn fuq is-Sur Godwin Grima li kien il-kap taċ-ċivil qabel Marzu ta' din is-sena. Li huwa ċert li Joseph Muscat ma jistax ma jdaħħalx din l-iskema u ser jagħmel dak kollu possibbli biex idaħħal fis-seħħ din l-iskema llum qabel għada. Tagħlima li qabel xejn hemm bżonn li darb'oħra wieħed jikkunsidra u jkejjel l-effett tal-Oppożizzjoni għal dak li jkun qed jissuġerixxi l-Gvern. Li huwa ċert li fuq bosta ħwejjeġ l-Oppożizzjoni mhux ser tappoġġja l-Gvern, anzi ser ikun hemm attentat biex ilGvern jiġi mfixkel kemm jista' jkun. Fl-istil tradizzjonali talPartit Nazzjonalista meta jkun fl-Oppożizzjoni u wisq aktar wara li kien tilef telfa kbira fl-elezzjoni ġenerali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013