Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 29 Ritratt: Ray Attard a timpressjona bil-kbir għleb lill-Kroazja tliet avversarji biex skorja t-tieni try għall-Maltin. O'Brien reġa' kkonverta biex ta lit-tim tiegħu vantaġġ komdu ta' 14-0. Tmien minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, il-Maltin ikkonċedew penalty li ġie mogħti b'mod veloċi mill-Kroati bil-ballun jispiċċa għand Marco Grcic li ġera tul it-'try line', iżda l-plejer Nik Jurisic falla l-'conversion' biex ħalla lill-Maltin 14-5 minn fuq. F'dan il-ħin, il-Kroati tejbu l-livell tal-logħob tagħhom u 4 minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Jurisic ikkonverta penalty biex naqqas il-marġni tal-iskor għal 14-8. Il-ftuħ tat-tieni taqsima għal darb'oħra reġa' kien iddominat mill-Maltin meta l-plejer Auarendon reġa' rebaħ il-pussess tal-ballun u ġera tajjeb qabel għadda l-ballun lejn O'Brien li kellu logħba mill-aqwa u kien l-aqwa plejer fost il-Maltin, li immedjatament żmarka lil Daniel Apsee li kiseb it-tielet try fil-logħba għall-Maltin. Iżda l-istess O'Brien falla l-conversion hekk kif Malta baqgħu fil-vantaġġ bl-iskor ikun 19-8 favurihom. Għaxar minuti mittmiem tal-logħba, il-Maltin issiġġillaw ir-rebħa hekk kif minn azzjoni tajba, Vince Stivala qabeż żewġ plejers Kroati u baqa' għaddej tul it-'tryline'. O'Brien skorja l-'conversion' biex kompla jkabbar il-marġni tal-iskor għall-Maltin hekk kif għamel l-iskor 26-8 favur it-tim nazzjonali Malti. Fl-aħħar minuti tal-logħba, il-Maltin qalgħu daqqa ta' ħarta hekk spiċċaw jilagħbu bi plejer inqas hekk kif Dominic Busuttil ġie muri l-karta s-safra għall-aġir mhux f 'loku tiegħu. Il-Kroati approfittaw bis-sħiħ minn dan hekk kif il-plejer Tonci Buzov baqa' għaddej tajjeb u kiseb try iżda Jurisic falla l-istess try biex il-Maltin baqgħu jgawdu vantaġġ ta' 13-il punt hekk kif l-iskor kien 26-13 favurihom. Żewġ minuti biss mittmiem tal-logħba, O'Brien ikkonverta penalty ieħor biex żied tliet punti oħra prezzjużi għall-Maltin. U minuta wara l-Maltin komplew ikabbru l-marġni tal-iskor hekk kif kisbu l-ħames try fil-logħba bi stil meta Sam Borg għadda tajjeb lejn Quarendon li kompla lejn Kirk b'pass tajjeb u l-winger Malti kiseb it-tieni try tiegħu fil-logħba. Il-Kroati għamlu l-iskor iktar rispettabbli fl-aħħar sekondi tal-logħba meta skorjaw try ieħor permezz ta' Luka Perlain li kien ikkonvertit minn Jurisic. Iżda l-Maltin dehru li ma kinux kuntenti biżżejjed b'dan l-iskor u kienu huma li kisbu l-aħħar punti fil-logħba hekk kif is-solitu O'Brien skorja penalty ieħor fil-logħba biex għamel l-iskor finali 37-20 favur Malta. er rekord ieħor f'Valencia u jersaq pass 'il bogħod mit-titlu Lorenzo u warajh fit-tielet post, Dani Pedrosa. F'din il-pole position, iċchampion tad-dinja Jorge Lorenzo kiser ir-rekord tal-pole ta' Dani Pedrosa li kien dak ta' minuta u 30.844 sekondi miksub fl-2012 hekk kif Lorenzo rreġistra ħin ta' minuta u 30.645 sekonda fl-ewwel tentattiv tiegħu iżda kellu jaffronta problemi fil-magna tal-mutur numru 1 tiegħu u eventwalment temm din il-pole 0.34 sekondi wara Marquez fit-tieni post fuq il- mutur numru 2 tiegħu. Dani Pedrosa u Valentino Rossi li se jkun qed jibda fir-raba' post jista' jkunu determinanti fejn se jmur ir-rebħ tal-kampjonat talMoto GP illum dejjem jekk jispiċċaw quddiem Lorenzo jew Marquez fit-tellieqa f'Valencia. Sewwieqa bħal Cal Crutchlow fl-aħħar tmiem il-ġimgħa tiegħu mat-tim Monster Yamaha Tech 3 u l-kollega tiegħu Bradley Smith mhumiex mistennija li jiġġieldu għar- rebħa fir-rawnd finali iżda huma żgur li se jkunu qed jippruvaw li jispiċċaw malewwel ħames sewwieqa jew saħansitra li jipiċċaw malewwel 3 fuq il-podju. Huma t-tnejn ikkwalifikaw fit-tieni fila sekonda 'l bogħod minn Marquez. Fil-quċċata tat-tielet fila nsibu lis-sewwieqa ta' GO & FUN Honda Gresini, Alvaro Bautista li kkraxxja iżda kien fortunat li ma ndarabx. Huwa se jkun qed jibda qabel is-sewwieq ta' LCR Honda, Stefan Bradl u Andrea Dovizoiso fuq mutur Ducati. Fl-aħħar dehra tiegħu fuq Ducati, Nicky Hayden ikkwalifika fl-10 post. Sadanittant, is-sewwieqa Taljani Andrea Iannone u Danilo Petrucci kienu ż-żewġ sewwieqa li kkwalifikaw mill-Q1, iżda sfortunatament għalihom ma rnexxielhomx jagħmluha mal-ewwel għaxra. L-aħħar mill-kumplament talQ1 kienu s-sewwieqa Hector Barbera, Aleix Espargaro u Claudio Corti li għalhekk se jkunu qed jibdew mill-ħames fila.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013