Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Id-dibattitu dwar il-ħinij 4 illum | Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt MHUX l-ewwel darba li l-ħinijiet tal-ftuħ talħwienet kienu f 'nofs kontroversja sħiħa. Uħud jirraġunaw li llum ilġurnata, minħabba l-bidliet fis-soċjetà tagħna mhuwiex aktar possibbli li jkun hemm ħinijiet fissi. Dawn in-nies jitolbu biex ilħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet isiru aktar flessibbli. Iżda oħrajn jisħqu dwar iddrittijiet tal-ħaddiema tal-ħwienet u jenfasizzaw li ħadd m'għandu jimponi xi ħinijiet partikolari. "Sabiex tiżdied ilkompetittività u s-servizz lillkonsumaturi, hemm bżonn li neżaminaw u nirrevedu fejn hemm bżonnijiet prattiċi li ilhom jeżistu." Kliem ilMinistru tal-Finanzi Edward Scicluna waqt id-diskors talbaġit nhar it-Tnejn li għadda. Fost dawn hemm irregolamenti dwar il-ġranet u l-ħinijet tal-ftuħ tal-ħwienet. Hemm wisq regolamenti differenti u xi kultant kontradittorji. Fid-diskors tal-baġit, ilMinistru tal-Finanzi qal li jrid jintlaħaq bilanċ aħjar bejn li wieħed jagħti ħin ta' mistrieħ lin-negozji, speċjalment dawk tal-familja, u l-bżonn ta' ħafna familji li, minħabba li jaħdmu t-tnejn, isibuha diffiċli jagħmlu x-xiri f 'ħinijiet tradizzjonali. "Wieħed irid jara jekk għandux iħalli f 'idejn innegozji li jagħżlu huma liema ġranet jagħlqu. Wieħed irid jeżamina wkoll jekk hemmx lok għall-ħinijiet tal-ftuħ estiżi jew ħwienet ta' matul illejl. Tqum ukoll il-kwistjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema tal-ħwienet li ħafna drabi mhumiex protetti." Għalhekk, il-Gvern se jniedi proċess ta' konsultazzjoni permezz ta' White Paper fejn l-istakeholders kollha se jkunu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom sabiex il-Gvern ikun jista' jiddeċiedi bl-aħjar mod. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' bosta individwi f 'dan is-settur, dwar jekk jaqblux li jinbidlu r-regolamenti talħinijiet tal-ħwienet. Il-membri tal-GRTU b'opinjonijiet differenti Kelliem għall-Kamra Maltija tan-Negozji Żgħar u Medji (GRTU) f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM qal li "l-GRTU ilha għal snin twal taħdem mas-sidien talħwienet sabiex tinstab l-aħjar soluzzjoni bejn l-partijiet kollha kkonċernati. Sallum il-ħsibijiet tal-membri tal-GRTU huma maqsuma dwar jekk għandhomx jinbidlu r-regolamenti dwar il-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ. Ir-raġunijiet huma diversi anke saħansitra bejn l-istess sidien tal-istabbilimenti li f 'ċertu każijiet ikunu membri tal-istess familja. It-trends jinbidlu kontinwament u l-GRTU titlob l-opinjonijiet tas-sidien sabiex tkun taf bejn wieħed u ieħor x'inhi l-pożizzjoni tagħhom. IlGRTU tagħmel dan permezz ta' laqgħat fejn il-membri jkunu jistgħu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u wara jiġi deċiż x'inhu l-aħjar fl-interess tagħhom." Il-GRTU qalet li "fuq talba tal-membri l-biċċa kbira tal-laqgħat isiru filpreżenza ta' rappreżentanti tal-Gvern u f 'ċertu każijiet jattendi l-Ministru nkarigat mill-SMEs. Eżempju ċar huwa l-aħħar intervent talGRTU fejn fl-2010 intlaħaq arranġament mal-Gvern preċedenti fejn għal tliet snin, is-sidien tal-ħwienet li xtaqu jiftħu f 'festi pubbliċi u li kienu jgħalqu matul l-ġimgħa ma kellhomx għalxiex iħallsu s-somma ta' €698.81 għal kull ħanut sabiex jiftħu." "Il-GRTU lesta sabiex għan-nom tal-membri tagħha tattendi għallaqgħat fejn tipparteċipa f 'diskussjonijiet li jwasslu għal deċiżjonijiet li jissodisfaw lill-partijiet kollha kkonċernati," sostna l-kelliem tal-GRTU. "Il-Gvern m'għandux jindaħal u d-deċiżjoni għandha titħalla f'idejn is-sidien talħwienet" L-Għaqda tal-Konsumaturi qed tistenna l-White Paper Dwar il-miżura tal-baġit, l-Għaqda tal-Konsumaturi qalet li l-Gvern ser jagħmel konsultazzjoni pubblika billi joħroġ White Paper. "Meta toħroġ din il-White Paper li nkunu nafu aktar kif qed jaħsibha l-Gvern għaliex s'issa jidher li għad għandu l-għażliet kollha miftuħa. Biss hu tajjeb li din ilkwistjoni li xi kultant tqum, tittieħed deċiżjoni dwarha ħalli kulħadd ikun jaf fejn qiegħed." Benny Borg Bonello f 'isem l-Għaqda tal-Konsumaturi qal li l-Għaqda ilha żmien twil li ħadet il-pożizzjoni tagħha fuq din il-kwistjoni. "Tajjeb li nfakkru li din il-kwistjoni ilha magħna għalkemm illum ilpożizzjonijiet ta' ħafna nbidlu. L-aktar darba li kienet ħraxet kienet meta l-ħwienet ta' Bay Street riedu jiftħu l-Ħadd. L-Għaqda tal-Konsumaturi ilha minn dak iż-żmien li ħadet ilpożizzjoni li m'għandux ikun hemm indħil min-naħa tal-Gvern u dawn għandhom jitħallew f 'idejn il-ħwienet individwalment." Hu qal li hemm diversi raġunijiet għal dan. "Jekk nieħdu min-naħa talkonsumaturi, illum il-ħajja għal ħafna nbidlet għaliex hemm numru konsiderevoli li ssib il-membri kollha tal- familja jaħdmu. Għalhekk hu ta' vantaġġ għal konsumaturi li l-ħinijiet jitwalu kemm jista' jkun." "Hemm vantaġġi għassidien tal-ħwienet ukoll" l-Għaqda tal-Konsumaturi "Niġu għal tal-ħwienet. Anki għal dawn hemm ilvantaġġi. Illum biex tiftaħ ħanut għandek bżonn kapital qawwi. Aktar ma jiftaħ, aktar hemm ċans li dan il-kapital jifdieh malajr," sostna Borg Bonello. Hu tenna li kull ħanut jeħtieġ li jsib in-niċċa tiegħu. "Hemm min jaqbillu jiftaħ filgħodu kmieni u hemm oħrajn li jaqblilhom jibqgħu miftuħin tard, għaliex ilbejgħ tagħhom ikun l-aqwa f 'dawk il-ħinijiet. L-istess hemm min jaqbillu li jiftaħ il-Ħadd filwaqt li oħrajn jafu li għalxejn jiftħu għaliex mhu ser ibigħu xejn. Hu għalhekk li d-deċiżjoni dwar il-ħinijiet għandha titħalla f 'idejn is-sidien tal-ħwienet għaliex jaf liema huma l-aħjar ħinijiet għall-klijenti tiegħu,"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013