Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 Ikompli minn paġna 1 Il-formazzjoni politika ta' Busuttil mnebbħa minn RCC ILLUM jista' jiżvela li Busuttil u Cachia Caruana kien ikollhom laqgħa regolari darba fil-ġimgħa u żewġ laqgħat oħra darba kull ħmistax, kollha b'rabta mas-sħubija ta' Malta flUE. Il-laqgħa ta' kull ġimgħa kienet issir kull nhar ta' Erbgħa fil-11am u kienet iddum siegħa. Il-laqgħa li għaliha kienu jattendu millinqas żewġ uffiċjali oħra tal-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kienet issir fl-uffiċju ta' Cachia Caruana f 'Kastilja. Matul din illaqgħa kien isir anki kuntatt ma' uffiċjal ieħor tal-Gvern barra minn Malta, permezz tat-telefon. Il-grupp li kien jattendi għal din il-laqgħa kien magħruf bħala CNG, core negotiating group. Iż-żewġ laqgħat ta' kull ħmistax li fihom kienu jiltaqgħu Busuttil u Cachia Caruana kienu jsiru l-Ħamis u l-Ġimgħa. Il-laqgħa talĦamis kienet issir fit-3.30pm fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Busuttil kien jattendi għal din il-laqgħa anke jekk kien imħallas minn fondi pubbliċi bħala uffiċjal tal-Gvern. Miegħu preżenti għal din il-laqgħa kien ikun hemm uffiċjali Il-ħbiberija bejn Richard Cachia Caruana u Simon Busuttil għadha teżisti sal-lum pubbliċi oħra, flimkien ma' nies bħal Joe Saliba, li dak iż-żmien kien Segretarju Ġenerali Nazzjonalista u nies bħal David Casa, li llum huwa MEP Nazzjonalista. Din il-laqgħa tad-Dar Ċentrali, li kienet tissejjaħ EU Info Strategy, kienet tkun maħsuba biss biex tikkordina l-messaġġ partiġġjan talPartit Nazzjonalista dwar l-Unjoni Ewropea. Min-naħa l-oħra l-laqgħa tal-Ġimgħa kienet issir fluffiċċju ta' Cachia Caruana f 'Kastilja, u għaliha, flimkien ma' Simon Busuttil kien ikun preżenti wkoll Dun Peter Serracino Inglott. Din il-laqgħa kienet tibda fis-1pm u kienet tieħu xejra ta' natura filosofika u soċjologika. Kienet issir analiżi ta' kif kienet tkun qed tiżviluppa l-opinjoni pubblika dwar ix-xogħol tal-Gvern fuq is-sħubija fl-UE. Cachia Caruana, Busuttil u Serracino Inglott kienu jaqblu fuq ideat dwar kif il-Gvern u l-Partit Nazzjonalista setgħu jaħdmu id f 'id biex permezz talMIC, idawru l-opinjoni pubblika favur is-sħubija HEAD (OPERATIONAL PROGRAMME II) Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Head (Operational Programme II) fi ħdan id-Diviżjoni għallIppjanar u Ko-ordinazzjoni tal-Prijoritajiet fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, 15 ta' Novembru 2013. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fil-25 t'Ottubru 2013. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: http://www.pahro.gov.mt/file.aspx?f=371. Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Pożizzjoni parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Ko-finanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek fl-UE. Simon Busuttil intgħażel minn Cachia Caruana biex isir Kap tal-MIC mingħajr ebda sejħa pubblika. Beda jmexxi l-MIC f 'Mejju tal1999. Dak iż-żmien kien jitħallas €41,000, id-doppju ta' skala 1 mal-Gvern, kellu karozza bil-fuel imħallas u jekk kien se jitwaqqaf mill-impjieg tiegħu, kien jingħata tliet xhur paga. U fl-istess ħin li ntgħażel biex imexxi l-MIC, fil-kuntratt tax-xogħol tiegħu, Busuttil ingħata d-dritt li jibqa' għaddej bil-prattika privata t'avukat. Il-ħbiberija mill-qrib ħafna bejn il-Kap Nazzjonalista u Cachia Caruana għadha teżisti sal-lum, tant li f 'Mejju li għadda eżatt wara li nħatar Kap, fuq Radju Malta, Busuttil kien ħareġ jiddikjara li waħdu RCC ġab żewġ biljuni u nofs Ewro għal pajjiżna mingħand l-UE. Ikompli minn paġna 1 Reazzjoni pożittiva għattaxxa għall-futbolers PERESS li huma filminoranza dawk li lesti jieħdu impenn bħal dak għal somma relattivament miżera, il-klabbs iduru marregoli b'tali mod li jtuhom bonuses u allowances li ma jidhrux fil-paga. B'hekk ma jkunux qed jinkisru regoli tal-MFA imma fl-istess ħin ilfutboler ftit li xejn hu kopert legalment. F'kummenti lil din ilgazzetta, is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Futbolers Carlo Mamo qal li kellhom reazzjoni pożittiva għal din il-miżura. "Dan hu l-ewwel pass biex plejers u klabbs jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom. Qed nistennew aktar bidliet filfutur qarib biex tiġi riflessa s-sitwazzjoni preżenti talfutbol illum il-ġurnata," qal Mamo. Din il-gazzetta hi infurmata li mhux qed jiġi eskluż li l-limiti tas-salarji tal-futbolers jitneħħa fix-xhur li ġejjin, blgħan li ma jkunx hemm aktar lok ta' abbuż u aktar libertà. Dan jidher li hu l-interess tal-MFA ukoll, bil-president Norman Darmanin Demajo jgħid li għandu jkun hemm aktar trasparenza fit-tmexxija tal-klabbs. Mitlub jikkummenta ma' din il-gazzetta dwar din il-miżura, hu sostna li l-klabbs li mhux se jsegwu r-regoli tal-FIFA b'mod speċjali dak relatat malFinancial Fair Play, mhux se jinħarġulhom aktar il-liċenzji. Madankollu, sorsi fl-MFA sostnew li hu aktar probabbli li l-limiti tas-salarji tal-plejers jogħlew milli jitneħħew għal kollox. Dan aktarx iseħħ f'Ġunju li ġej, meta uffiċjalment jibda staġun ġdid tal-futbol. L-MFA għadha għaddejja f'diskussjonijiet dwar kemm mistenni jiżdied il-limitu fuq is-salarji talplejers, li s'issa huwa wieħed redikolu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013