Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Għawdex: Int djamant Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 9 l-baġit jgħidulna li ser tiswa 1.1 miljun. Tfittex fl-estimi u ma ssibx ċenteżmu wieħed ivvutat biex isir dan il-proġett. Sempliċiment daħk fil-wiċċ. Kif tista' tagħmel dawn il-proġetti jekk m'hemmx flus ivvutati għalihom? Joe Muscat (Gozo Tourism Association) L-aktar ħaġa ċara f'dan il-baġit hi żgur l-attenzjoni li qed jagħti l-Gvern lill-konnettività lejn il-gżira Għawdxija. Il-fondi vvutati biex isiru studji dwar il-mina taħt qiegħ il-baħar jew l-pont u l-estensjoni tal-airstrip juri biċ-ċar il-viżjoni li għandu l-Gvern fejn jidħol il-mod li wieħed għandu jasal Għawdex. Fl-istess baġit ġiet mogħtija allokazzjoni ta' nofs miljun ewro għal promozzjoni ta' Għawdex kif ukoll ġew ivvutati 200,000 ewro għas-suq domestiku biex inħajruh jiġi Għawdex. Miżura oħra importanti hi l-ftuħ talfergħa tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika. Anke l-iskema tal'employment aid programme' hi miżura speċifika għal Għawdex. In-nuqqas f'dan il-baġit hu li kont nistenna aktar miżuri differenti għal Għawdex biex din il-gżira tilħaq il-livelli ekonomiċi li jeżistu f'Malta. Għawdex għandu jkun trattat differenti biex ikun indaqs ma' Malta. Marc Schembri (Gozo University Group) Mingħajr dubju fejn jidħol ixxogħol u l-allokazzjoni ta' fondi fid-dipartiment tat-Turiżmu u żvilupp ekonomiku fi ħdan il-ministeru għal Għawdex. Dan il-baġit qed jimmira biex jissaħħu l-inċentivi għaxxogħol fejn jidħlu l-miżuri fit-tnaqqis ta' taxxi, tal-iskemi tal-apprentistat, skemi għannisa u għal dawk li ma jaħdmux, kif ukoll l-inċentiva għal dawk li se jixtru proprjetà għall-ewwel darba u l-proviżjoni ta' ċentri għal ħarsien tat-tfal b'xejn. Barra minn hekk, l-uffiċċju tal-istatistika li qed iwiegħed il-Gvern hu bżonjuż ħafna għar-reġjun t'Għawdex, fejn nistgħu noħorġu aktar statistiċi preċiżi fuq is-setturi varji li jolqtu l-gżira tagħna. Dan l-uffiċċju għandu jkun ċentru ta' informazzjoni fejn minn hemm inkunu nistgħu naħdmu fuq miżuri li huma realistiċi għal gżira t'Għawdex. L-istudju dwar l-estenzjoni tal-airstrip hu għaldaqstant bżonjuż u naħseb li Għawdex jista' jiggwadanja ħafna b'aċċessibbiltà diretta lejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja. Daqskemm jistħoqqlu investiment l-isptar ġenerali t'Għawdex, jistħoqqlu l-Campus tal-Università ta' Malta f'Għawdex. Hu tassew tajjeb illi s-servizzi tas-saħħa jiġu mtejbin u għalhekk il-miżuri pjanati fil-baġit għall-isptar t'Għawdex juru proġezzjoni mill-Gvern ħalli jsaħħaħ ilkwalità tas-servizz f'Għawdex. Dan hu l-mod ta' kif għandna nħarsu lejn kull niċċa ta' tkabbir f'Għawdex. Għalhekk, fejn tidħol l-edukazzjoni, il-Campus tal-Università jistħoqqlu pjan fejn ipoġġi lill-Għawdex fuq il-mappa internazzjonali. Ejja nieħdu l-eżempju tal-Campus tal-Belt, fejn qegħdin jiġu offruti korsijiet marbuta ma' universitajiet barranin u jattiraw studenti minn barra sabiex jiġu jistudjaw Malta. Ejja nagħmlu l-Campus t'Għawdex wieħed speċjalizzat f'ċertu korsijiet, fejn inkunu nistgħu nattiraw studenti barranin, kif ukoll Maltin biex jiġu jistudjaw f'Għawdex. Dan jista' jseħħ billi noffru korsijiet differenti minn dawk tal-Università ta' minn John Busuttil Malta u niġbdu l-attenzjoni lejna bħala ċentru ta' riċerka u ta' tkabbir akkademiku kif ukoll professjonali. Jiena naħseb li mhux 'drawback' li l-Għawdxin imorru jistudjaw Malta, anzi l-esperjenza sservina biex niżviluppaw il-personalità u l-mentalità tagħna, kif ukoll niftħu bibien għallopportunitajiet. Però nemmen li Għawdex jista' joffri tant, kemm bħala ċentru ta' riċerka prattikali kif ukoll f'ambjent uniku attraenti. Miżura li stennejt fil-baġit hi l-fast boat service millport tal-Imġarr f'Għawdex saċ-ċentru (Msida/Valletta) u viċi versa. Dan hu servizz li jista' jiggwadanja kulħadd minnu. Dawk li huma studenti fl-Università, l-MCAST u l-ITS, dawk li jaħdmu flibliet tal-madwar, kif ukoll żjarat lill-pazjenti Għawdxin rikoverati f'Mater Dei. Jekk l-amministrazzjoni ta' dan il-proġett ikun verament tajjeb, jiġifieri li l-koordinazzjoni tal-ħinijiet ikunu pjuttost jaqblu ma' dawk tal-bżonnijiet tal-ivjaġġar ta' dawk li jaqsmu, is-servizz żgur jintuża minn bosta nies. Ryan Mercieca BA (Hons) MA (Gozo Regional Committee) F'dan il-baġit kien hemm diversi punti interessanti li żgur ser iħallu impatt fuq Għawdex u l-Għawdxin. Fosthom il-fatt li jitwaqqaf Kunsill Reġjonali taż-żgħażagħ f'Għawdex li se jservi biex jagħti leħen ġdid liż-żgħażagħ Għawdxin li tant hemm bżonn u hu nieqes. Punti oħra huma bħal żieda fil-baġit tal-ministeru u l-fatt li se jiġi identifikat xogħol f'dipartimenti u entitajiet li jistgħu jiġu trasferiti lejn Għawdex. Dan se jkun pass importanti biex ħaddiema Għawdxin jibqgħu Għawdex, kif ukoll jiġu Maltin jaħdmu Għawdex. Anke li l-'Employment Aid Programme' (EAP) se jibqa' jiġi utilizzat f'Għawdex u li l-possibbilità ta' air strip se tiġi studjata b'mod xieraq huma l-miżuri ewlenin li jekk utilizzati b'intelliġenza, l-Għawdxin u anke l-Maltin se jkunu qed igawdu gżira aħjar. Nagħlaq billi nesprimi sodisfazzjon għall-fatt ukoll li l-Gvern se jkun qed jiftaħ uffiċċju tal-istatistika li jien personalment, flimkien malGħaqda tal-Istudenti Għawdxin f'dawn l-aħħar sentejn kien wieħed mill-punti ewlenin li tkellimna fuqu kemm fil-Gozo Regional Committee kif ukoll ma' diversi awtoritajiet. Fil-baġit hemm nieqes kif b'mod aktar konkret il-'brain drain' li Għawdex qed isofri minnu jista' jiġi mnaqqas. Hemm diversi punti li se jgħinu però din il-problema jinħtieġ li jkun hemm pjan strateġiku għaliha. Punt ieħor hu li tajjeb li jkun hemm qorti ġdid f'Għawdex, però dawk it-tnax il-miljun setgħu jiġu utilizzati għal oqsma oħra fosthom branding għal Għawdex. Biex Għawdex jiġi verament destinazzjoni distinta minn dik ta' Malta u t-turiżmu fil-gżira jilħaq il-livell mistħoqq. B'hekk dak l-ammont ta' flus għal qorti jista' jiġi utilizzat għallistrateġija li semmejt qabel biex tiġi indirizzata l-'brain drain' ta' Għawdex. Kulħadd għal Għawdex... Fil-weekend ta' bejn ilĠimgħa u l-Ħadd 17 ta' Novembru l-Maltin kollha u anke l-barranin se jkunu jistgħu jitilgħu Għawdex b'xejn. It-traġitt bla ħlas se jibda mill-Ġimgħa fis-7.15pm u jibqa' jgħodd sat-Tnejn 18 ta' Novembru fis-1.30am. Dan kollu bl-inizjattiva tal-Ministru għal Għawdex, l-avukat Anton Refalo li qed issir għall-ewwel darba. Dan il-weekend hu mmirat li jgħin lill-ekonomija Għawdxija anke matul l-istaġun mhux daqstant popolari fejn dawk ilpassiġġieri kollha li se jkunu qed jaqsmu bejn Malta u Għawdex, saħansitra anke bil-vetturi mhux kummerċjali, se jkunu qed jagħmlu dan bla ħlas. IlMinistru għal Għawdex sostna li din hija waħda mill-inizjattivi ġodda li se jkun qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex bħala parti mill-ideat ġodda biex joħloq aktar kummerċ fil-gżira Għawdxija u fl-istess ħin jiġi promoss dak kollu li hu Għawdxi. Tant hu hekk li f'din l-attività se jkun hemm bosta attivitajiet f'kull qasam saħansitra dawk sportivi fejn se jitilgħu timijiet tal-Premier Malti, Hibs, Sliema u Valletta jilagħbu turnament flimkien mat-tim reġjonali ta' Għawdex. Attivitajiet kulturali, fejn se jkun hemm anke kantanti bħal Ira Losco u żfin professjonali u anke kummerċ bi prezzijiet imraħħsa minn ħwienet diversi. Il-Ministru Refalo kompla jgħid ukoll li l-Ministeru qed jikkollabora biex anke attivitajiet popolari bħall-presepju popolari bl-isem ta' 'Betlem f'Għajnsielem' jerġa' jsir blentużjażmu kollu li jistħoqqlu wara l-assenza tiegħu s-sena li għaddiet. Mhux biss, talli wkoll qed tingħata spinta lill-karnival Għawdxi u l-attivitajiet kulturali li jagħmlu lill-gżira Għawdxija destinazzjoni unika mhux biss għat-turist imma wkoll għallMaltin kollha li huma l-aqwa viżitaturi fil-gżira Għawdxija. S'issa diġà hemm domanda kbira mill-poplu għal din l-attività fejn saħansitra lukandi u 'farmhouses' qed jirreġistraw aktar 'bookings' mis-soltu f'dan iż-żmien, skont il-Ministru Refalo fejn qal ukoll li dan jawgura tajjeb għal spinta pożittiva fil-qasam ekonomiku tal-gżira Għawdxija. DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013