Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
16 illum | Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 Ittri Is-Segretarju tal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala jmeri s-sewwa magħruf R.F. MARSASKALA Għażiż Editur, Qrajt dak li kellu xi jgħid is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala, is-sur Josef Grech, għall-artiklu talġurnalist James J. Piscopo li deher fil-ħarġa ta' din ilgazzetta fl-24 ta' Novembru 2013, intitolat "Kunsill jitlef terz tal-fondi Ewropej wara nuqqas ta' riċerka". Mill-ewwel jispikka l-mod aggressiv u dispreġġjattiv kif dan il-Kunsill iwieġeb għall-kritika li ssirlu. James J. Piscopo fl-artiklu tiegħu kien stqarr bin-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa talKunsill fit-tweġibiet tiegħu. Jiddispjaċini ngħid li s-sur Josef Grech qagħad jinħela f 'ħafna kitba inutli u nfexx f 'attakki bla bżonn kontra l-ġurnalist ta' din il-gazzetta. Kemm il-'project manager', is-sur Mark Causon, li ammetta li parti mir-railings ma setax isir li kien l-aktar materjal għoli allura t-telf ta' fondi kien sostanzjali u kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej li kkonferma mal-gazzetta ILLUM li kien hemm telf ta' €120,000 fuq dan il-proġett ERDF 212, The Generation of the Tourism Market in Marsaskala. Għal dan isSegretarju Eżekuttiv għażel li ma jweġibx. Naħseb il-minuti talKunsill huma veritieri, għax kien l-istess Segretarju Ħa L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Eżekuttiv li lmenta mad-Direttur tal-Lands Department fuq il-proposta tal-bejgħ tat-Torri San Tumas u x'kien se jiġri mill-fondi li ntalbu millEU għal dan il-proġett. Agħar minn hekk kien l-istess Segretarju li stqarr fil-laqgħa tal-Kunsill talminuti tat-8 ta' Awwissu 2013, li bħala Kunsill ma kinux infurmati sew fuq dawn it-tipi ta' proġetti u ma kellhomx żmien biżżejjed biex japplikaw għal dawn ilfondi. U xi jgħid Josef Grech għal kritika li saritlu millistess kunsillier Lawrence Ciantar li l-Kunsill qabel ma applika għal dawn il-fondi jmissu għamel ir-riċerka sew u insista li saru żewġ żbalji fuq it-titlu tal-art tat-Torri u fuq it-Torri nnifsu. Dan huwa l-qofol tal-kwistjoni u l-iżball prinċipali li għamel il-Kunsill Lokali ta' Marsaskala meta applika għall-fondi Ewropej fuq proġett li ma kienx jaqa' taħtu. Dan kien jafu millbidunett mingħajr ħtieġa ta' riċerka għax hekk dejjem sostna meta kienet issirlu kritika fuq l-istat ta' telqa fil-madwar tat-Torri San Tumas u t-tweġiba talKunsill dejjem kienet li ż-żona tat-Torri ma kinitx taqa' taħt il-kompetenza talKunsill. B'min irid iqarraq is-Segretarju Eżekuttiv bir-ritratt tat-torri bilħaxix maqtugħ u b'tindifa superfiċjali, mhux kulħadd jaf li għamel bħal meta tiġi r-Reġina tal-Ingilterra jew il-Papa, jitnaddaf fejn jidher. Josef Grech kien ikun aktar kredibbli u responsabbli li kieku ġab ir-ritratt taddawra tal-foss bil-ġebel kollu qed jaqa' għal isfel, li qed ikun ta' periklu kostanti għal min jersaq viċin tiegħu. F'dan il-każ min se jinżamm responsabbli f 'każ ta' xi inċident? L-għan aħħari tal-proġett mill-European Regional Development Fund 20032007, kien li t-Torri San Tumas jinbidel f 'Muzew tal-Piraterija biex b'hekk jissodisfaw lill-UE għal kundizzjoni li kienet marbuta ma' dawn il-fondi li l-Kunsill għal ħames snin sħaħ irid iġib 700 turist fis-sena. Issa l-Kunsill kif se jattira lil dawn it-turisti u kif se juri li qed jagħmel dan? Nispera l-Kunsill mhux qed jieħu 'for grunted' lill-UE? Is-sit tal-Kunsill sal-lum b'mod prominenti qiegħda tippromwovi l-Mużew talPiraterija bħala l-attrazzjoni prinċipali u kważi, kważi qed tingħata l-impressjoni li dan ġa seħħ. Altru minn hekk, infatti l-persuna responsabbli mill-proġett li ngaġġa l-Kunsill implika li parti mit-telf ta' fondi kien dovut tort tal-Fondazzjoni Wirt Artna li din stqarret li t-Torri San Tumas għadu mhux taħt il-patronċinju tagħha. Għalhekk kellu raġun il-kunsillier Ciantar meta fil-laqgħa tal-Kunsill kien ġibed l-attenzjoni li ma kinitx saret riċerka sew. Għadni rrid nifhem fejn il-ġurnalist James J. Piscopo ma kienx korrett u fidil fuq dak li rrapporta biex urta bil-kbir lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala. Kif jista' Josef Grech l-awtur tal-ittra ppubblikata nhar il-Ħadd l-1ta' Diċembru 2013, iħalli barra ċertu fatti konkreti u jgħid li twettaq ix-xogħol kollu meta l-itwal parti tar-railings tal-ħadid, dik ta' quddiem l-eks lukanda Jerma Palace, ma saritx minħabba ntoppi u tħalla kollox għal rieħu. L-ittra tas-Segretarju kienet intiża biss biex tgħatti l-iżbalji li saru u l-inkompetenza talKunsill. U madankollu l-Kunsill kif irid jitwemmen li għandu għal qalbu l-lokal u fl-istess ħin irid li neħduh bisserjetà fuq ir-riġenerazzjoni għat-turiżmu f 'Marsaskala. Kulħadd jistaqsi kif tridhom jiġu t-turisti jżuru l-lokal ta' Marsaskala u r-residenti jħossuhom fl-ispirtu ta' dawn il-festi tal-Milied meta l-Kunsill b'suppervja ddeċieda li din is-sena mhux se jsir ebda tiżjin tal-Milied fit-toroq fiċ-ċentru ta' Wied il-Għajn u se jitħalla kollox fid-dlam ċappa għax din is-sena l-kumpanija WasteServ mhux se toffri l-għajnuna tagħha fittiżjin. Il-WasteServ ma tirrappreżentax il-lokalità ta' Marsaskala u lir-residenti tagħha, għalhekk l-Iskalin bi dritt jippuntaw subgħajhom lejn il-Kunsill li mhu qed jagħmel assolutament xejn. RAQUEL Galdes hija kantanta pjuttost ġdida fix-xena tal-ispettaklu Maltija. Għad għandha 17-il sena u toqgħod il-Gudja. Hija studenta tal-kummerċjalizzazzjoni fl-MCAST u tistudja wkoll il-Ġermaniż. Minbarra l-kant tħobb iddoqq ilpjanu u meta kienet għadha żgħira tgħallmet xi ftit il-kitarra. F'Settembru li għadda ħadet sehem fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza bid-diska Għax Jien Mhux Pupa Biss, u llum hija waħda millfinalisti tal-Eurovision Song Contest bid-diska Invisible Kelma waħda li tispjega ħajtek? Impenjata. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Għandi attitudni pożittiva. Nipprova nieħu kollox b'mod pożittiv u ferrieħi. Il-Eurovision... Opportunità għat-talent lokali jew ħela ta' flus? Opportunità kbira għattalent lokali li jagħti opportunità u esponenza mhux biss lil dawk stabbiliti, iżda wkoll lil dawk li għallpubbliku m'huma xejn għajr uċuħ ġodda. Hemm ċans li xi darba nirbħu l-Eurovision? Jien nemmen li xejn mhu impossibbli u jekk nibqgħu naħdmu kif ħdimna fl-aħħar snin, nemmen li għad ikun Il-każi tal-inġustizzji Ħajr lill-Mission Fund A.CAMILLERI PAOLA WAĦDA mill-wegħdiet ta' dan il-Gvern kienet li jissewwew l-ingustizzji li saru tul l-amministrazzjoni talGvern Nazzjonalista mingħajr ma jinħolqu inġustizzji ġodda. Sal-lum jidher li għadu ma sar xejn biex issir ġustizzja ma' dawn in-nies. Irrid infakkar li fost dawk li soffrew inġustizzji taħt Gvernijiet Nazzjonalisti hemm numru li f 'idejhom għandhom sentenza li tikkonferma li magħhom saret inġustizzja u li agħar minn hekk, ġew diskriminati. B'danakollu dawn baqgħu mingħajr rimedju u kull ma ħadu kien biss biċċa karta li tissejjaħ sentenza ta' xi Kummissjoni. Jiena kont naħseb li wieħed mill-ewwel passi li kien se jieħu dan il-Gvern kien li jitwaqqaf makkinarju biex jagħmel ġustizzja ma' min sofra inġustizzja u fuq kollox biex issir ġustizzja ma' min diġà f 'idejh għandu sentenza li tikkonferma li sofra diskriminazzjoni mill-Gvern Nazzjonalista. Għalhekk qiegħed nappella lill-Gvern, f 'isem dawk kollha li soffrew xi forma ta' diskriminazzjoni taħt Gvernijiet Nazzjonalisti biex jieħu passi f 'dan ir-rigward mingħajr aktar dewmien. JOSEPH ALESSANDRO OFM Sur Editur, Nixtieq permezz tal-ġurnal tiegħek ILLUM, nirringrazzja lill-Mission Fund talgħotja ġeneruża ta' €4,000 li għoġobhom jagħtuna biex inkunu nistgħu nkomplu mmexxu l-iskejjel taddjoċesi u ngħinu diversi tfal u żgħażagħ billi nħallsulhom għall-edukazzjoni tagħhom, u lin-nies bit-tqassim tal-ikel. Ħajr ukoll tal-elemożina ta' 100 quddiesa biex jitqaddsu fil-missjoni għall-erwieħ talbenefatturi tal-Mission Fund. Fid-Djoċesi ta' Garissa, filKenja, fejn qegħdin naħdmu taħt it-tmexxija tal-Isqof Kapuċċin Malti, Mons. Paul Darmanin, qed tingħata importanza partikolari filformazzjoni u l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ li huma l-futur tas-soċjetà ta' għada. Permezz ta' din l-ittra nixtieq ninkuraġġixxi lillqarrejja ta' dan il-ġurnal biex jgħinu lill-Mission Fund permezz ta' bolli użati u donazzjonijiet. Id-donazzjonijiet jistgħu jintbagħtu online jew direttament permezz ta' trasferiment bankarju fuq wieħed minn dawn ilkontijiet. HSBC - Numru tal-kont: 061 197 448 050, BOV - Numru tal-kont: 163 007 980 19, APS - Numru tal-kont 200 008 207 62, BANIF - Numru tal-kont 000 879 631 01, Għal aktar tagħrif żuru s-sit www.missionfund.org.mt. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt