Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 19 ca Kap ta' Stat Malti u li ssir Repubblika. F'mument minnhom Duncan Sandys qal lil Mintoff li jekk ma jintmissux l-interessi tal-Ingliżi huwa kien lest li jaċċetta l-proposti tal-Partit Laburista. Kienet qisha t-tentazzjoni tax-xitan fid-deżert li wiegħed lil Kristu kollox basta jagħtih ruħu. Milli jidher Duncan ma kienx jaf lil Duminku. Dan mhux biss irrifjuta iżda għamilhielu ċara li ruħ Malta ma kinitx għal bejgħ. Ilprinċipju huwa prinċipju li ma jilgħablu ħadd miegħu. Duminku Mintoff irrakkonta dan l-avveniment f 'wieħed mid-dibattiti parlamentari li kien hemm f 'Diċembru tal-1974 ftit jiem qabel ma Malta saret Repubblika. Qal kif il-Gvern imperjali ken qiegħed jgħaddi lin-Nazzjonalisti biżżmien tant li kien anke lest li jbigħhom lilu minn wara daharhom. Dakinhar Duminku Mintoff mhux biss kien leali lejn pajjiżu iżda anke lejn l-Oppożizzjoni. Seta' qallhom dakinhar stess u saħħanhom iżda ma għamel xejn minn dan. Ħalla s-snin jgħaddu u tkellem kważi ħdax-il sena wara. Spjega, li dak li għamel kien kollu fl-interess talpoplu Malti. F'din l-okkażjoni Duminku Mintoff żamm ir-rispett lejn id-dinjità tal-Partit Nazzjonalista li dakinhar kien fil-Gvern. Kieku ried seta' ħareġ sparat kontra l-PN u joqgħod iżeblaħhom b'dak li ried Duncan Sandys. Iżda ma għamilx hekk, żamm quddiem għajnjeh l-interess suprem tal-pajjiż u ma ħax vantaġġ politiku. Kwalità rari ħafna llum. Minn dik l-okkażjoni sallum Malta saret Indipendenti fl-1964 u Repubblika fl-1974. Iżda sfortunatment ħafna jinsew x'inhi Repubblika. Ma tfissirx biss li r-reġina ma baqgħetx Kap tal-Istat Malti. Ma tfissirx biss li ma għadx għandna Gvernatur iżda President. Ma tfissirx biss li nqtajna darba għal dejjem mir-relikwi tal-kolonjaliżmu u akkwistajna drittijiet li qabel ma kellniex. Il-kelma stess hija mnissla minn żewġ kelmiet bilLatin: Res Pubblika jiġifieri proprjetà tal-poplu. Mhux ta' xi politiku jew il-President ta' Malta, iżda hija tal-Maltin. Tal-poplu. Min jiggverna għalkemm għandu s-setgħa li jiddeċiedi ma jfissirx li jista' jagħmel li jrid. Irid jisma' u jagħti kas x'qiegħed jgħid il-poplu. Lanqas ma jfisser li għandu jagħmel dak li jridu jagħmlu l-maġġoranza għaliex wara kollox hemm il-minoranzi. Proprjetà tal-poplu f 'żewġ sensi. Li ħadd mill-mexxejja ma jista' jamministra l-pajjiż daqs li kieku Malta kienet tiegħu. L-aħħar riżultati elettorali fil-fatt kienu, fost l-oħrajn protesta kontra din ix-xorta ta' attitudni li kienet rikbet lill-Amministrazzjoni Nazzjonalista. Proprjetà tal-poplu f 'sens li ħadd ma għandu jkun eskluż u li kulħadd għandu jkollu leħen li jinstema'. Meta Duminku Mintoff qal lil Duncan Sandys li ruħ Malta ma kinitx għal bejgħ, kien qiegħed ilissen prinċipju li ma jippermettix kompromessi. Dan ilprinċipju għadu ħaj u intatt illum daqs kemm kien ħamsin sena ilu. Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, dan il-prinċipju ma jitmermirx. u niddiskutu jiġġustifikaw dan l-istat ta' fatt ferm infeliċi u f 'intervista riċenti fuq il-MaltaToday stqarr illi l-Parlament jista' jistenna illi jkun hemm xi żewġ jew tliet deċiżjonijiet tal-qorti qabel ma jiddeċiedi kif jemenda l-liġi. Ma naqbel xejn ma' din it-teżi u jidhirli illi s-sitwazzjoni preżenti hija vulnus serjissimu tal-istat ta' dritt u jeħtieġ illi tiġi rimedjata mingħajr aktar dewmien. L-opinjoni pubblika ċertament ikollha piż fuq kif jimxi l-Gvern. Imma l-Gvern mhux dejjem ikun sensittiv biżżejjed għallpreokkupazzjonijiet talopinjoni pubblika u ovvjament, l-opinjoni pubblika u s-soċjetà ċivili mhux dejjem jesprimu ruħhom bl-istess vuċi. Fil-passat, spiss kellna okkażjonijiet fejn il-Gvern ma tax każ l-opinjoni pubblika u baqa' għaddej bl-intenzjonijiet tiegħu minkejja kollox. Dan jagħmlu għaliex minkejja illi d-deputati tal-partit fil-Gvern privatament jistgħu jesprimu r-riservi tagħhom dwar xi miżura governattiva, xorta jivvutaw mal-proposti talGvern fil-parlament. Huma rarissimi l-okkażjonijiet fejn xi deputat jiddeċiedi illi ma jivvutax skont kif ordnat millwhip tal-partit tiegħu. Kif rajna riċentament, tali vot kuntrarju jista' jfisser illi gvern jispiċċa sfiduċjat fil-parlament u jkollu jirriżenja. Madankollu, f 'demokrazija matura, id-dissens għandu jiġi ttolerat, jekk mhux inkoraġġit. Wieħed jifhem illi f 'partit illi jiġbor fih nies ta' opinjonijiet ferm diversi, għandu jkun diskussjoni wiesgħa u ġaladarba tiġi konkluża tali diskussjoni, kulħadd għandu jiġbed l-istess linja. Imma jekk xi deputat jidhirlu illi għandu jivvota kontra l-linja tal-partit tiegħu, m'għandhiex taqa' d-dinja sakemm ma jkunx xi vot finanzjarju jew xi vot ta' fiduċja. Sfortunatament, kif spiss sostnejna minn dawn ilkolonni, fil-politika Maltija, jekk m'intiex ministru, m'int prattikament xejn. Mhijiex xi ħaġa partikolari għal politika Maltija imma forsi hawn Malta, din is-sitwazzjoni hija aktar aċċentwata. U allura kwalunkwe backbencher illi għandu xi ambizzjoni ministerjali jrid joqgħod bi kwietu u jitlob u jittama illi xi darba tasal is-siegħa tiegħu. Ovvjament, id-deputati illi huma fuq in-naħa talOppożizzjoni m'għandhom l-ebda rwol fl-eżekuttiv. Imma l-iskrutinju tal-istess eżekuttiv m'għandhux ikun limitat għaddeputati tal-Oppożizzjoni imma għandu jsir b'mod leġittimu u korrett anke millistess backbench tal-partit talgvern. Għaldaqstant, din ilkolonna dejjem kienet kontra kwalunkwe sforz sabiex iddeputati li mhumiex ministri jew segretarji parlamentari jkunu involuti fl-operat talGvern. Għal din il-kolonna, id-distinzjoni bejn eżekuttiv u leġislatura hija sagrosanta u l-iżviluppi ta' dawn l-aħħar għaxar snin huwa theddida serja għad-demokrazija parlamentari f 'pajjiżna. Fl-2003, il-Parlament għadda liġi fi tliet kwarti qabel il-vaganzi tas-sajf illi ppermettiet li uffiċjali pubbliċi sa ċertu grad jibqgħu jaħdmu fiċ-ċivil waqt illi fl-istess ħin jokkupaw is-siġġu ta' deputat. Qabel, min kien jaħdem fiċ- ċivil kien ikollu joħroġ fuq leave bla ħlas sakemm jibqa' deputat. Dan skont id-duttrina kostituzzjonali Ingliża li aħna nħaddnu u li jiena jidhirli li hija ferm korretta illi deputat ma jistax jaħdem fiċ-ċivil. Billiġi tal-2003, dan il-prinċipju ġie mċajpar u dan kollu sabiex id-deputati li mhumiex professjonisti jibdew ikollhom għixien il-lejl diċenti barra l-onorarju miżeru li jirċievu bħala deputati. Fl-2008, il-ministri u s-segretarji parlamentari ukoll bdew jirċievu l-onorarju parlamentari barra s-salarju ministerjali tagħhom. Barra minn hekk, l-onorarju tagħhom ġie mgħolli wara dahar kulħadd minn 50% għal 70% tal-iskala 1 tas-salarji fissettur pubbliku, jiġifieri minn xi €19,000 għal €26,000 bejn wieħed u ieħor, il-famużi €500 fil-ġimgħa illi tant issemmew fil-leġislatura preċedenti. Għalkemm, il-ministri u s-segretarji parlamentari talgvern ta' Gonzi ġew sfurzati illi jirrimburżaw iż-żieda fl-onorarju illi ma kinux ħadu l-kollegi parlamentari tagħhom, il-ministri u s-segretarji parlamentari xorta baqgħu jirċievu l-onorarju tagħhom bħala parlamentari. U safejn naf jien, dan baqa' japplika fil-leġislatura preżenti. Imma minħabba l-kontroversja politika illi nqalgħet u l-mod kif ġiet strumentalizzata l-kwistjoni, l-onorarju propju ta' deputat u s-salarju ta' ministru baqgħu ma tniffsux. Il-gvern preżenti wiegħed illi kwalunkwe tibdil jidħol fis-seħħ fil-leġiżlatura li jmiss u fl-istess ħin, biddel il-liġi biex sar possibbli li deputati jokkupaw karigi eżekuttivi illi qabel ma setgħux jokkupaw. Issa, deputat jista' jilħaq ċermen tal-Kunsill tal-Isports jew tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-xogħol. Barra minn hekk, għandek deputati, illi bħalma ġara fil-leġislatura preċedenti, qegħdin jokkupaw karigi pubbliċi kontra l-kliem ċar tal-Kostituzzjoni. Effettivament, dawn iddeputati suppost iddekadew mis-siġġu tagħhom. Dan mhu xejn san. Din il-kolonna dejjem emmnet illi deputati parlamentari għandhom jirċievu kumpens xieraq għallħidma u l-impenn tagħhom imma m'għandhomx ikunu blebda mod involuti fit-tmexxija tal-eżekuttiv illi huma tenuti illi jiskrutinaw f 'isem l-eletturi illi jkunu tellgħuhom ilParlament. U anqas u anqas mhi sana l-proposta demenzjali illi deputat jitħallas skont ilpreżenza tiegħu fil-parlament. L-irwol ta' parlamentari mhuwiex limitat għallpreżenza tiegħu fl-awla parlamentari. Illi tissuġġetta l-kumpens illi jirċievi deputat għall-preżenza tiegħu fl-awla hija umiljanti u ċertament mhux f 'lokha. Nippreferi jekk deputat joqgħod jiskrutina l-leġislazzjoni lokali u dik Ewropea fid-dar tiegħu sabiex jibni l-interventi parlamentari tiegħu milli jassisti għal xi seduta mimlija diskorsi bombastiċi u mingħajr sugu. Din il-ġimgħa faqqgħet kontroversja sħiħa fir-Renju Unit għaliex l-Independent Parliamentary Standards Authority illi twaqqfet fl-2009 wara l-iskandlu tar-rimborżi tal-ispejjeż tal-parlamentari rrakkomanda li l-parlamentari Ingliżi jkollhom fil-leġislatura li jmiss żieda ta' 11% għal £74,000 (€89,000) fis-sena. Wara din iż-żieda, is-salarji tal-parlamentari ser jibqgħu jiżdiedu skont il-mezzi taxxandir nazzjonali. It-tliet mexxejja tal-partiti politiċi l-kbar Ingliżi ma qablux ma' din iż-żieda fi żmien ta' awsterità imma l-president ta' din l-awtorità ddefenda ż-żieda proposta peress li l-pagi tal-parlamentari kienu waqgħu lura fl-aħħar snin, stat ta' fatt illi ta lok għall-iskandlu msemmi. Barra minn hekk, fid-dawl ta' qtugħ ta' benefiċċji oħra, il-kaxxa Ingliża mhix ser toħroġ aktar flus. Il-mexxejja Ingliżi għandhom bużillis: ma jistgħux iwaqqfu awtorità biex tiffissa hi s-salarji talparlamentari awtonomament u mbagħad jindaħlu meta ma jaqblux mal-konklużjonijiet tagħha. Din għandha sservi ta' lezzjoni għall-mexxejja tagħna li tant iħobbu jaddottaw il-mudelli Ingliżi. Ikun għaqli illi flok ma nivvintaw xi awtorità ġdida kif għamlu l-Ingliżi, il-partiti jerġgħu jibdew jiddiskutu bejniethom it-tibdil illi jeħtieġ illi jsir sabiex ikollna mekkaniżmu trasparenti kif il-parlamentari u l-ministri jiġu kkumpensati. U minkejja illi d-diskussjonijiet filpassat spiss spiċċaw ostaġġ ta' ċirkostanzi estran i, jeħtieġ illi niddiskutu materji oħra bħal-liġi dwar il-finanzjament pubbliku talpartiti, liġi tant meħtieġa illi ilha mwiegħda imma għal xi raġuni illi ma fhemitx il-gvern ta' qabel qatt ma mbotta u dan attwali xejn anqas. Imma forsi jiena baħnan.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013