Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 "Il-kwalità biss għandha tkun ilkriterju fl-għażla tal-kummentaturi" JER0ME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt DIN il-ġimgħa l-gazzetta MaltaToday żvelat li matul it-Tazza tad-Dinja li ser tittella' s-sena d-dieħla fil-Brażil, telespettaturi Maltin mhux ser ikollhom l-opportunità li jaraw l-64 logħba b'kummentarju Malti. Dan wara d-deċiżjoni tal-PBS li jxandru l-logħob bl-Ingliż. Deċiżjoni li qajmet furur kbir fost il-kummentaturi Maltin u dawk kollha li jridu l-kummentarju bil-lingwa nazzjonali tagħna. Sorsi qrib ħafna tal-PBS qalu li din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba "kummentarju fqir" ipprovdut minn numru limitat tal-kummentaturi sportivi Maltin. Il-ġurnalist sportiv ta' esperjenza, George Micallef, u li huwa kkunsidrat minn bosta bħala l-aqwa kummentatur Malti esprima ruħu b'mod ċar fuq Facebook. B'ton kemxejn urtat, Micallef qal hekk: "Hemm limitu għal kollox! Rari ħafna nesprimi l-fehmiet tiegħi fuq Facebook iżda d-deċizjoni tal-PBS li xxandar il-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja b'kummentarju Ingliż donnu qajmet kjass sħiħ u opportunità biex numru ta' nies joħorġu l-għira u l-ipokresija tagħhom. George Micallef Nirrispetta l-opinjonijiet li qrajt jew smajt imma naħseb li ħallatna ħafna argumenti differenti minn xulxin." Il-ġurnalist veteran qal li "issa żefnuni fl-istorja meta talbuni nagħti kumment dwar din id-deċizjoni tal-PBS. Żgur li ma tlabt lil ħadd biex nitkellem, imma la tlabt l-opinjoni tiegħi tajtielek mingħajr ma qgħadt lura biex nipproteġi l-interessi tiegħi jew nidher sabiħ maddiriġenti tal-PBS. Jien illum m'għandi rabta mal-ebda stazzjon imma ma nixtiqx li l-kummentarji sportivi bilMalti jkollhom mewta naturali. Mill-bqija m'għandi l-ebda aġenda personali, kieku kont nibqa' sieket." Micallef spjega li hemm żewġ argumenti fundamentali u fl-opinjoni tiegħu l-iżball fid-deċiżjoni u l-kontroversja kollha hu li tħalltu dawn iżżewġ argumenti flimkien. "Li stazzjon nazzjonali jixtri d-drittijiet televiżivi biex ixandar it-Tazza tad-Dinja huwa tajjeb ħafna. Imma nħoss li huwa obbligu għall-PBS li jagħti servizz bil-lingwa talpajjiż. Kull stazzjon nazzjonali ieħor hekk jagħmel u hekk jixraq. Ma tinkwetanix li biex tħares l-interessi kummerċjali toffri alternattiva bil-lingwa Ingliża. It-teknoloġija llum dan tippermettih u t-telespettatur ittih l-għażla bejn il-Malti u l-Ingliż. Imma hemm l-għażla. Jekk m'għandekx nies kompetenti biżżejjed huwa argument ieħor. U jekk m'għandekx, indirizza l-problema. Inutli tgħid li qed ninvestu ħafna fl-isports imbagħad tgħid li m'għandekx nies tajbin, mela x'investiment qed tagħmel? Jew tbiddel jekk tħoss li mhux tajbin jew tħarriġhom suret in-nies." Micallef qal li l-perċezzjoni ta' ħafna nies hija negattiva dwar kummentarji bil-Malti, ħtija tad-deċiżjoni li biex tikkuntenta lil ħafna tagħżel numru kbir ta' ġurnalisti sportivi biex jikkummentaw logħbiet tat-Tazza tad-Dinja jew tal-EURO. "Fl-aħħar EURO 2012 l-PBS kellha 11-il kummentatur differenti, apparti l-kummentaturi tekniċi. Lanqas ir-RAI jew il-Mediaset ma jkollhom daqshekk u aħna nitfa' ħdejhom naħsbu li għandna ħafna. Il-kwalità biss għandha tkun il-kriterju flgħażla tal-kummentaturi." Micallef tkellem ukoll dwar il-fatt li mhux qed issir differenza bejn kompetenza u stil. "Tgħidux li assolutament m'hawn ħadd kompetenti. Żball ieħor li jagħmlu ħafna huwa li jħalltu l-kompetenza mal-istil. Jista' ma jogħġbokx l-istil imma kummentatur xorta jkun kompetenti. Hemm kummentaturi barranin li huma kompetenti ħafna imma l-istil tagħhom ma jogħġobnix. Ħafna dejjem lesti li jmaqdru dak li hu Malti mingħajr ma jkunu tabilħaqq oġġettivi. Kull kelma, kull ton, kull kumment irridu ninterpretawh ħażin għax tant aħna magħġuna f 'mentalità insulari li jew int magħna jew kontra tagħna (festi, politika, futbol). Ara malbarrani nimxu b'kejl ieħor." Hu qal ukoll li qatt ma jikkritika l-persuna iżda l-argument, id-deċiżjoni. "Però tmisslix l-integrità tiegħi," saħaq Micallef. "Min ħadem miegħi u jafni tajjeb jaf li qatt ma tlabt xejn għalija. Kull impenn li kelli fil-qasam tattelevixin, għamiltu għax kont mitlub. Qatt ma mort nitkarrab lil xi ħadd biex nagħmel xi xogħol. Dejjem avviċinani ħaddieħor u kif jistgħu jixhdu ħafna, inklużi d-diriġenti attwali tal-PBS, kien hemm ħafna drabi meta rrifjutajt għax jekk ma stajtx nagħti impenn massimu ma ridtx niżżattat." "Dejjem tajt il-massimu tal-impenn bi preparazzjoni serja meta kont fdat produzzjoni, preżentazzjoni jew kummentarju. Inħalli lil min ħadem miegħi jixhed għal dan u nibqa' dejjem miftuħ għal kritika kostruttiva u li nitgħallem aktar fl-arti talkummentarju," temm jgħid il-kummentatur Malti. Il-Kap tal-PN Simon Busuttil f'Reporter GĦADA jirritorna Saviour Balzan bilprogramm Reporter fuq TVM. Il-programm ser jiddiskuti l-ħidma talPartit Nazzjonalista fl- Oppożizzjoni. Il-mistieden speċjali ser ikun il-Kap talPartit Nazzjonalista u l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Simon Busuttil. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser janalizza d-deċiżjonijiet tal-PN dwar diversi temi attwali. Fost oħrajn, hu ser jistaqsi x'bidla ġab fil-PN minn mindu Dr. Busuttil laħaq Kap tal-PN. X'qiegħed jagħmel sabiex jirbaħ ilfiduċja tal-elettorat? Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u l-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl-22.15 fuq TVM2.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013