Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 "L-istat għandu l-irwol I l-faqar huwa problema serja għal kull soċjetà. Minkejja li l-faqar huwa realtà kiefra u li wħud iħabbtu wiċċhom magħha ta' kuljum, f 'dan iż-żmien niġu iżjed konxji ta' kemm jeħtieġ li ngħinu lil min hu fil-bżonn. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Leonid Mckay, riċerkatur ewlieni f 'pajjiżna fil-qasam soċjali. McKay huwa wkoll lekċerer fiddipartiment tal-Health and Social Care fil-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) u ilu jaħdem għal bosta snin fir-research and policy unit talCaritas. Id-definizzjoni tal-faqar L-ewwel diffikultà ewlenija meta nitrattaw dan is-suġġett huwa kif ser niddefinixxu l-faqar. "Firrealtà f 'pajjiżna m'għandniex figura eżatta ta' kemm hawn nies jgħixu fil-faqar. Li għandna huwa figura ta' familji li qegħdin jgħixu fir-riskju tal-faqar. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) joħroġ l-istħarriġ dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Ħajja (SILC) illi tara kemm hawn nies li d-dħul tagħhom meta mqabbel ma' nies oħrajn huwa inqas mil-linja talpovertà. Dak jirreferi għall-persuni li huma fir-riskju ta' povertà u mhux li effettivament qegħdin jgħixu fil-miżerja." Leonid McKay isostni li mhux sew li meta nitkellmu dwar il-faqar f 'pajjiżna, dan nikkumparawh mal-faqar li nsibu fl-Afrika. "F'pajjiżna ma tistax titkellem fuq miżerja, għalkemm hawn nies li qegħdin jgħixu fil-miżerja. Iżda ma nafux eżatt kemm huma, għaliex l-istatistika dejjem tiffoka fuq dawk il-persuni li qegħdin jgħixu f 'riskju ta' faqar, jiġifieri dawk li jaqilgħu inqas mil-linja tal-povertà." Differenza bejn dawk f 'riskju ta' faqar u oħrajn li qed jgħixu fil-faqar McKay qal ukoll li hemm metodu ieħor ta' kif wieħed ikun jaf ir-rata "Għandna nies li m'għandhomx dar" Il-Lekċerer Leonid McKay dwar il-faqar f'pajjiżna, ir-riskju tal-faqar u l-irwol li għandu l-istat għandek faxex oħrajn ta' nies illi anke jekk id-dħul tagħhom huwa tajjeb u minkejja li joqogħdu attenti u kapaċi jimmaniġġjaw flushom kif xieraq, xorta ma jlaħħqux mal-oġġetti essenzjali." Jerome Caruana Cilia "Il-paga minima mhijiex biżżejjed" Hu qal li dan hu l-iskop li ppruvat tagħmel il-Caritas fi studju. IlCaritas waslet għall-konklużjoni li l-paga minima mhijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-affarijiet essenzjali. "Huwa żball kbir illi nwaħħlu fil-fqir, li r-riżultat tal-faqar tiegħu huwa għaliex ma jafx jimmaniġġja l-flus sew. Il-faqar mhuwiex selfinflicted, imma huwa riżultat ta' fatturi strutturali." McKay semma s-sistema edukattiva tagħna li falliet, l-immigranti irregolari li qed jiġu sfruttati u persuni oħrajn li qed ibatu minn diżabbilità jew qed jaħdmu fil-prekarjat. "Fir-realtà għandek ħafna nies li qegħdin attenti imma xorta waħda mhumiex ilaħħqu," enfasizza r-riċerkatur fil-qasam soċjali. "Punt importanti hu li n-nies mhux qed jifhmu biżżejjed dawn l-indikaturi, x'qed janalizzaw u x'qed jgħidu, u allura jaslu għallkonklużjonijiet fiergħa." jccilia@mediatoday.com.mt tal-faqar f 'pajjiżna. Dan huwa l-material deprivation index. "Din hija lista ta' disa' oġġetti essenzjali, bħal jekk intix kapaċi żżomm id-dar sħuna, jekk intix kapaċi tiekol ċertu ikel jew jekk intix kapaċi tħallas €500 ħabta u sabta u ħafna oħrajn. Jekk ma tlaħħaqx ma' tlieta minn dawn id-disa' inti tissejjaħ materially deprived. Jekk m'intix kapaċi tħallas għal erba' minn dawn iddisa' affarijiet, inti tkun severly materially deprived." Il-Caritas ippruvat toħloq indikatur ġdid Il-lekċerer fl-MCAST semma wkoll indikatur ieħor li jkejjel lil dawk li huma f 'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali. "F'Malta għandna bejn 60,000 u 90,000 persuna li jaqgħu f 'wieħed minn dawn it-tliet indikaturi. Dawn ma jfissirx li qegħdin jgħixu f 'miżerja. Pereżempju, ma jistgħux isaħnu d-dar tagħhom, imma ma jfissirx li m'għandhomx x'jieklu." McKay qal li l-Caritas ippruvat toħloq indikatur ġdid li jistabbilixxi n-numru ta' familji li d-dħul tagħhom mhuwiex biżżejjed biex jixtru basket ta' oġġetti u servizzi essenzjali. "Aħna qbadna lista ta' oġġetti u servizzi utli bħal mediċina, dawl u ilma, ikel, materjal sabiex issaħħan id-dar u affarijiet oħrajn, u rajna kemm jiswa dak il-basket. Imbagħad għamilna dak li jissejjaħ il-minimum budget for a decent living." Għandna nies li qegħdin jgħixu fil-faqar "F'pajjiżna għandna nies li mhux biss qegħdin jgħixu f 'riskju ta' faqar imma li fir-realtà qegħdin jgħixu fil-faqar," qal McKay. Hemm numru sew ta' familji li m'għandhomx biżżejjed dħul finanzjarju biex jgħixu ħajja diċenti. Dawn qed jgħixu f 'faqar monetarju. Hu spjega kif għandna wkoll familji li qegħdin jgħixu f 'faqar assolut. "Dan ifisser li dawn litteralment m'għandhomx għaxja ta' lejla. Jekk ġie l-kont tal-kera, l-kont tad-dawl u l-ilma, jekk hix l-uniformi għall-iskola jew l-ikel għal filgħaxija... jista' jkun li "Ma nafux kemm hawn foqra f'Malta" m'għandhomx biex iħallsu." Mistoqsi kemm hawn persuni jgħixu fil-faqar assolut, McKay wieġeb li ma jistax ikun preċiż għaliex għad m'hawnx indikaturi ċari ta' dan it-tip. F'Malta għandna nies li m'għandhomx dar Il-Gvern ser joħroġ l-istrateġija kontra l-faqar. McKay qal li jistenna li l-punt tat-tluq ikun illi nistabbilixxu kemm għandna familji li verament qegħdin jgħixu fil-faqar. "F'Malta m'għandniex figura ta' nies li huma bla dar. Iva... f 'pajjiżna għandna nies li huma mingħajr saqaf fuq rashom. Jew aktar minn hekk, insibu nies li m'għandhomx dar adegwata u saħansitra jgħixu f 'garaxx. Għalija dawn in-nies ukoll mhumiex jgħixu f 'sitwazzjoni ta' saqaf adegwat fuq rashom." Jista' jkun li t-tort huwa talpersuni? Fis-soċjoloġija hemm diversi fatturi ta' xi jwassal il-faqar. Waħda minnhom hija t-teorija konservattiva, li tħares lejn il-faqar bħala sitwazzjoni li jkunu ġabu l-individwi stess b'idejhom. "Dan huwa self-inflicted poverty, jiġifieri li l-persuni nfushom iġibu l-faqar b'idejhom stess. Ħafna jgħidu li dawn il-persuni ma jafux jagħmlu maniġment tajjeb u l-prijoritajiet tagħhom huma differenti minn dawk li għandu jkollu kulħadd. Oħrajn jgħidu li dawn il-persuni jippreferu jonfqu l-flus tagħhom fuq il-lottu, issigaretti u kumditajiet oħrajn milli fuq oġġetti essenzjali." McKay qal li fir-realtà din hi parti biss tal-popolazzjoni. "Vera li hemm nies li mhumiex kapaċi jimmaniġġjaw il-flus tagħhom u li ma joqogħdux bil-għaqal. Iżda Il-paga minima trid togħla minn €158 għal €180 Leonid McKay qal li l-paga minima trid tiżdied minn €158 għal €180. "Meta ħriġna b'din il-proposta ma qomniex darba filgħodu u għidna li din trid tiżdied. Kien hemm analiżi dettaljata u studju serju, kif ukoll l-involviment ta' numru ta' ekonomisti. Fil-fatt wara li ħriġna din il-proposta, kien hemm numru ta' ekonomisti oħrajn li qalu li din hi proposta pożittiva. Dan ifisser li s-sistema ekonomika mhix ser tikkrolla." Hu saħaq li hemm diversi benefiċċji li jiġu meta tingħata żieda fil-paga minima. L-ewwel raġuni hi li bħalissa ma tantx hemm differenza bejn il-paga minima u l-benefiċċji soċjali. "Jiġifieri jekk togħla l-paga minima, dawk li jistgħu jaħdmu iktar qed tinċentivahom biex ma jibqgħux fuq il-benefiċċji soċjali." Hu semma kif bħalissa waħda mill-ikbar problemi hi l-benefit trap. "Din hi t-trappola li tħalli lillpersuni ma joħorġux jaħdmu. Jekk ser iżżid il-paga minima, iżjed ser tħeġġeġ nies sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol." It-tieni raġuni hi li meta tiżdied il-paga minima, ser issaħħaħ il-motivazzjoni ta' dawk li qegħdin fuq il-paga minima, u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013