Illum previous editions

illum 22 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/232209

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

i Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 | illum 17 fl-Afganistan. Reġġgħu lura l-arloġġ għaż-żminijiet ta' persekuzzjoni tal-omosesswali. Fejn sa ftit ilu ma kienx reat li jkollok relazzjoni omosesswali ma' xi ħadd, issa fl-Indja tista' teħel il-ħabs. Fil-Kroazja referendum qiegħed iċaħħad tnejn tal-istess sess mhux li ma jadottawx it-tfal, iżda li lanqas ma jista' jkollhom unjoni ċivili leġittima. Filwaqt li fir-Russja hemm mewġa ta' omofobija liema bħala sal-punt li anke leġislazzjonijiet omofobiċi ġew fis-seħħ dan l-aħħar. Jidher li f 'daqqa waħda hawn mill-ġdid mewġa qawwija anti-umanista bil-konsegwenza li l-individwu ma jistax jagħmel dak li jrid minn ġismu anke meta ma jkun qiegħed iweġġa' lil ħadd. Iżda attitudni li ħasditni kienet il-liġi li għadha kemm għaddiet fi Franza. Jekk hawn pajjiż li huwa sinonimu ma' permessività soċjali anke fejn tidħol il-prostituzzjoni huwa dan il-pajjiż. Anzi din l-industrija kienet ta' ispirazzjoni artistika għal nies bħal Henri de ToulouseLautrec 'l fuq minn mitt sena ilu. Fi Franza għaddew liġi biex tirristrinġi l-prostituzzjoni. Sakemm din saret biex tħares lill-persuni f 'din l-industrija ma fiha xejn, iżda jiena qed nilmaħ ħwejjeġ oħra. Dan huwa suġġett li soċjalment dejjem interessani, għaliex nissieltu kemm nissieltu kontra l-prostituzzjoni, din ma tista' tinqered qatt. Kienet teżisti kemm qabel u kif ukoll wara li kienet skopritha l-Madalena biex taqla' x'tiekol. Hawn min jaqla' x'jiekol b'leħnu jew b'idu, u hawn min juża bnadi oħra ta' ġismu. Għalhekk insibha għal kollox ipokrita li nafu li l-prostituzzjoni ser tibqa' dejjem hemm u fl-istess ħin inħarrxu l-kastig. Din il-ġimgħa laqatni ħafna dak li qal it-tabib Philip Carabott, b'reazzjoni għal rapport internazzjonali dwar mard li qed ikun trasmess bis-sess. Apparti li Malta fost l-agħar pajjiżi biex tikkumbatti dan ix-xorta ta' mard u li qegħdin nitfgħu lil kulħadd fi xkora waħda, it-tabib Carabott bir-raġun jinsisti li dan il-fenomenu soċjali mhux niġġildulu rridu iżda nikkontrollawh. Ma tikkontrollahx bil-kastig iżda bir-regolamentazzjoni. Naħseb li wasal iż-żmien li nerġgħu mmorru lura fejn darba konna. Snin ilu l-prostituzzjoni f 'Malta kienet xi ħaġa aċċettata. Innies involuti fiha saħansitra kienu jkunu kull tant żmien eżaminati minn tobba. Iżda maż-żmien ġara xi ħaġa fejn is-soċjetà Maltija bdiet issir aktar dejqa. Flok tejbet issitwazzjoni, bħall-Indja fil-każ tal-omosesswalità marret lura għal medjuevu f 'dan il-każ. Bħalissa Malta jidher li għaddejja minn żmien ta' restawrazzjoni soċjali jew aħjar qiegħda taġġorna ruħha mażżminijiet. Daħal id-divorzju u dalwaqt ser ikollna l-unjoni ċivili bejn nies tal-istess sess. Anke f 'dan il-qasam irridu naġġornaw ruħna għaliex inutli noqogħdu nagħmlu bħan-nagħma u ndaħħlu rasna fir-ramel. Għalhekk jiena naħseb li huwa fl-interess ta' kulħadd li l-prostituzzjoni tkun legalizzata u regolarizzata. Huwa fl-interess ta' kulħadd li dan isir aktar u aktar fid-dawl li l-mard mgħoddi sesswalment dejjem qiegħed jiżdied. Huwa fl-interess ta' dawk li jużaw persunthom f 'din l-attività. Huwa flinteress ta' dawk il-klijenti li jridu jfittxu l-pjaċir. Huwa fl-interess tas-soċjetà li tara li din l-attività ma tkunx difuża u mingħajr ma taf eżattament x'qiegħed jiġri. Hemm diversi liġijiet li jistgħu iservu ta' mudell fosthom dak Awstraljan li jħares anke lill-ħaddiema f 'din l-attività milli jispiċċaw sfruttati u abbużati. Għalhekk jekk tassew irridu li nħarsu ġisimna, liġijiet ta' dawn ixxorta m'għandniex għalfejn nibżgħu minnhom. r ikrah għall-ġustizzja t'awsterità, il-poplu jrid ikun ċert aktar minn qatt qabel illi ma jkunx hemm sparpaljar ta' riżorsi. Imma dan lanqas ma għandu jkun il-fattur deċisiv għala l-avvenimenti ta' din il-ġimgħa huma għal kollox mhux aċċettabbli. Min jaċċetta li jsir ġudikant fil-qrati tagħna għandu jaċċetta wkoll illi ma jistax ikompli bil-ħajja soċjali normali illi kellu meta kien għadu avukat. Fl-antik, kien hemm riġidità kbira fi ħdan il-ġudikatura illi ma kinux jissoċjalizzaw kif ġieb u laħaq. Jissemma' l-każ ta' wieħed mill-imħallfin Harding illi meta kien ikun mistieden tieġ kien imur f 'nofs ir-riċeviment, jagħti r-rigal lill-miżżewġin, jieħu ritratt magħhom u jitlaq 'l hemm. Jissemma wkoll ilkaż ta' mħallef ieħor illi kien jimxi kuljum minn pjazza San Ġorġ sal-Mall ma' żewġt iħbieb u meta darba waħda, wieħed minnhom kellmu fuq xi kawża, irrapporta l-każ lillGvernatur. Illum iż-żminijiet inbidlu imma ċerta prinċipji għadhom validissimi. Niftakar wieħed mill-imħallfin iqerr f 'riċeviment ta' tieġ illi meta l-ministru kien bagħat għalih biex jieħu l-kariga, ma kienx qallu illi prattikament kien irid jgħix ħajja monastika. Skantajt b'dan id-diskors għaliex dan l-imħallef illi hu mill-aktar eruditi u illi fuqu qatt ma waqa' l-ebda dell ta' kwalunkwe xorta messu kien jaf, bħalma messu jaf kull min jaċċetta tali kariga, illi dik hija l-għażla illi wieħed ikun għamel. Ma jistax ġudikant jippretendi illi jibqa' jgħix ilħajja illi kien jgħix meta kien avukat. Niftehmu sew, anke avukat irid joqgħod attent kif jaġixxi u ma' min jagħmilha, aħseb u ara membru talġudikatura. Mhuwiex aċċettabbli illi membru talġudikatura jorganizza festin u jistieden lill-membri oħra tal-ġudikatura, xi avukati, xi uffiċjali tal-pulizija u xi ġurnalisti. Anke kieku l-attività ma ddeġeneratx bil-mod kif iddeġenerat u ma kienx hemm l-inċident surreali illi ġurnalist spiċċa arrestat, l-idea li jiġi organizzat tali festin hija mill-bidu nett idea ħażina. U nispjega għala. Mhuwiex assolutament aċċettabbli li ġudikant jesprimi preferenzi filkonfront tal-avukati u uffiċjali tal-pulizija illi jidhru quddiemu u għandu jittratta lil kulħadd l-istess. Is-simpatiji u l-antipatiji illi bħala bniedem żgur ser ikollu fil-konfront ta' min jidher quddiemu jrid iżommhom mistura u ma jħallihomx jinfluwenzawh għaliex inkella l-ġustizzja mhux biss ma tidhirx li qiegħda ssir imma lanqas issir. Għaldaqstant ġudikant irid joqgħod attent ferm illi ma jorganizzax attivitajiet illi b'xi mod juri preferenzi lil xi individwi u li jżomm ċertu distanza millkumplament tas-soċjetà. Barra minn hekk, ġudikant irid joqgħod ferm attent illi ma jispiċċax f 'kontroversji pubbliċi. Fil-każ inkwistjoni, kien ikun ferm għaqli kieku l-ġudikant jew ma qal xejn jew skuża ruħu għal dak li ġara. Minflok, sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet fid-dar tiegħu fejn ipprova jagħti l-verżjoni tiegħu ta' dak li ġara u fil-proċess, kompla jitfa' aktar nar fuq il-ħatab. Ġudikant mhux xi politiku li jrid joqgħod jiddefendi l-aġir tiegħu pubblikament u allura l-ispjegazzjonijiet għandu jagħtihom fis-sede opportuna. Huwa totalment mhux f 'loku li ġudikant jispiċċa jattakka eks-President tar-Repubblika u jiddefendi ruħu billi jgħid illi saru festini oħra fil-bini tal-qorti illi dwarhom ħadd ma qal xejn. Ħaġa oħra illi tikkonċernani hu illi dan il-ġudikant allega li kien ikkuntattjat misSegretarju Parlamentari Owen Bonnici bit-telefon. Owen Bonnici ċaħad illi kien hu illi ċempel lill-Maġistrat imma stqarr illi kien il-Maġistrat illi għamel hekk biex jiġġustifika ruħu. Hu x'inhu l-każ, il-fatt illi Maġistrat jitkellem ma' segretarju parlamentari huwa totalment mhux aċċettabbli. Jekk hu minnu illi kien Owen Bonnici illi kkuntattja lillMaġistrat, il-Maġistrat xorta naqas meta dehrlu illi għandu jagħtih l-ispjegazzjonijiet li dehrlu li għandu jagħti għaliex kif għidna, tali spjegazzjonijiet għandhom jingħataw fissede opportuna u mhux lil xi membru tal-eżekuttiv. Dan l-inċident espona problemi oħra: jidher illi hemm ċertu promiskwità bejn ċerti membri tal-istampa, ċertu membri tal-ġudikatura u ċertu avukati. Jekk wieħed janalizza s-sentenzi illi jiġu rappurtati mill-qorti, wieħed jara sproporzjon fissentenzi ta' ċertu ġudikanti jew li jkunu jinvolvu ċertu avukati. Wieħed jifhem illimitazzjonijiet tal-istampa li bil-fors ikollha tiddependi fuq l-informazzjoni illi tingħatalha mill-pulizija jew mill-avukati. Imma l-istampa trid toqgħod attenta illi ma tispiċċax tiddependi totalment fuq l-informazzjoni illi jgħaddulha individwi interessati u għaldaqstant, trid ukoll iżżomm ċertu distanza biex taqdi l-irwol tagħha b'mod ekwilibrat. L-inċident fejn il-ġurnalist inkwistjoni, li mhuwiex ġurnalist li normalment ikun il-qorti u għalhekk, ma kienx magħruf, spiċċa arrestat ukoll, tagħti lok għal ħafna tħassib. Ċertament maġistrat fil-kors ta' inkjesta għandu l-poter illi jordna l-arrest ta' xi persuna imma illi maġistrat jordna tali arrest f 'inċident illi kien involut hu stess personalment mhu bl-ebda mod aċċettabbli. Il-Kummissarju talPulizija għandu jwettaq l-investigazzjoni meħtieġa ħalli jara għaliex sar dan l-arrest illi s-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici sejjaħ "manifestament illegali u abużiv." Din ilkolonna taqbel ma' dan il-ġudizzju u jidhrilha illi s-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici kkomporta ruħu f 'dan l-inċident b'mod oġġezzjonabbli kif fuq kollox qed jikkomporta ruħu fittmexxija tad-dikasteru fdat f 'idejh. Dan l-inċident spjaċevoli turi l-ħtieġa urġenti illi jitwettqu wħud mill-proposti tal-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja. Fost il-proposti illi wieħed isib hemm dwar ilmod kif għandhom jinħatru l-membri tal-ġudikatura. Is-sitwazzjoni llum hi li dawn jinħatru fuq proposta tal-ministru tal-ġustizzja illi tiġi aċċettata millKabinett. Sfortunatament, mhux l-għażliet kollha kienu azzekati u kellna każijiet fejn min inħatar jew ma ġabx ruħu sew jew ma ħadimx bil-galbu illi kien mistenni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi illi l-membri talġudikatura jintgħażlu wara illi min ikun esprima x-xewqa illi jinħatar jgħaddi minn skrutinju billi jiġi intervistat minn awtorità illi trid titwaqqaf illi "tistħarreġ sew il-karattru, il-kompetenza professjonali u l-curriculum vitae tagħhom, u anke titlob għal riferenza dwarhom, inkluż kif sħabhom stess fil-professjoni jarawhom, u teżamina l-kondotta penali u l-imġiba morali tagħhom." L-awtorità proposta għandha wkoll tara illi l-ġudikant propost ma jkollux negozju kif ukoll kif żviluppa l-karriera tiegħu kemm akkademikament kif ukoll fil-qorti. Proposta oħra hi illi jiżdiedu l-miżuri dixxiplinarji filkonfront ta' membri talġudikatura. Is-sitwazzjoni llum hi barra l-għażla nukleari tad-denunzja, il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni talĠustizzja ma tistax timponi sanzjonijiet dixxiplinarji. Anke f 'dan ir-rigward, ilmiżuri proposti illi ġudikant jista' jitwiddeb jew jiġi mmultat sa €1,000 huma fiddirezzjoni t-tajba. Jalla s-sena d-dieħla nagħlquha mingħajr aktar skossi għall-qasam talġustizzja! Il-Milied it-Tajjeb lil kulħadd.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 December 2013