Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 Skema biex jitnaddfu widien u rdum li jinsabu fi stat mitluq f'Għawdex JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt "IMPENJATI bis-sħiħ biex inħallu Għawdex ferm aħjar milli sibnieh." Sostna l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo waqt li nieda l-iskema ta' tindif tal-widien u l-irdum f 'Għawdex. Dawn il-widien u rdum li huma l-ġmiel tagħhom tħallew għal dawn l-aħħar snin fi stat mitluq: vittmi ta' rimi illegali u vandaliżmu. L-ewwel minn dawn ixxogħlijiet ta' tindif li qed isir huwa f 'Wied Għasri. Dan huwa wieħed milliktar widien sbieħ li hemm f 'Għawdex. Ix-xogħol, li kien jikkonsisti fi ġbir ta' skart li ntefa' matul is-snin ġewwa u madwar il-wied, qed isir millħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex. Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-viżjoni li għandu l-Ministeru għal Għawdex sabiex jagħmel lil Għawdex post iktar attraenti u nadif għall-abitanti tiegħu. Flistess ħin dan ħa jżid ukoll il-kwalità tat-turist li jżur il-gżira Għawdxija. Fil-fatt, filwaqt li tkellem mal-ħaddiema li qegħdin jieħdu ħsieb it-tindif ta' dawn il-pajsaġġi, l-Ministru saħaq kemm hi għal qalbu l-kampanja Għawdxija u tenna l-ħidma tiegħu biex jilħaq il-miri tal-EcoGozo. "Irridu nkunu aħna stess li ngħarfu u napprezzaw ilpatrimonju uniku ta' pajjiżna," enfasizza l-Ministru Refalo. Ta' min ifakkar kif ftit tal-ġranet ilu kienet ukoll imħabbra l-iskema tal-field service fejn ġiet imwaqqfa unit li se jkollha l-inkarigu li tirrapporta ħsarat u skart mitluq illegalment filkampanja f 'Għawdex. Intant, l-Assoċjazzjoni għatTuriżmu f 'Għawdex laqgħet din l-iskema b'sodisfazzjon u rringrazzjat lill-Ministeru għal Għawdex ta' din l-inizjattiva. L-Assoċjazzjoni qalet li din il-kampanja ta' tindif ser ittejjeb il-kwalità tal-prodott Għawdxi b'mod ħolistiku. It-tindif f 'Wied il-Għasri, li huwa wieħed mill-isbaħ widien f 'Għawdex u li huwa Il-ġbir ta' rimi illegali mill-kampanja Għawdxija ffrekwentat minn bosta turisti barranin u anke Maltin, hi inizjattiva li marret tajjeb ma' dawk li jipprovdu xi servizzi turistiċi filmadwar. Dan għaliex matul is-snin. Ir-rimi ta' skart u ħmieġ akkumula kemm filwied u l-madwar. L-Assoċjazzjoni għatTuriżmu f 'Għawdex inkoraġġiet lill-Ministeru għal Għawdex sabiex ikompli b'dawn l-inizjattivi matul l-istaġun tax-xitwa, ħalli b'hekk ikollna Għawdex aktar nadif u akkoljenti. "Dan ifisser li l-kampanja fil-gżira Għawdxija ser tkun waħda iktar nadifa u attraenti għal dawk it-turisti li jħobbu jmorru jimxu," sostniet l-Assoċjazzjoni fi stqarrija. Finalment, l-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f 'Għawdex appellat lill-pubbliku sabiex ikun iktar responsabbli billi jwaqqaf ir-rimi ta' ħmieġ u skart fil-kampanja u l-widien f 'Għawdex. "Dan qed jagħti stampa negattiva lis-sbuħija naturali tal-kampanja f 'Għawdex. Din il-kampanja sabiħa li iktar ma jgħaddi ż-żmien qed tkompli tattira ħafna iktar turisti." www.citroen.com.mt NEW CITROËN C4 PICASSO Michael Attard Ltd. – Citroën Showroom, Mdina Road, Attard – T: 2144 2005 / 2248 2602 – E: citroensales@michaelattard.com 0746. Citroen - C4 Picasso - 18x5.indd 1 19/12/2013 17:23

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013