Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 Avveniment storiku fl-2014: Jerome Caruana Cilia jccilia@mediatoday.com.mt F'AWWISSU, it-tnax ilgħaqda li jiffurmaw parti mill-Koalizzjoni Kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa nedew il-proċess li permezz tiegħu nbdiet petizzjoni bilgħan li jinġabru l-34,000 firma meħtieġa biex ikun jista' jissejjaħ referendum dwar it-tneħħija tal-kaċċa fir-rebbiegħa. Erba' xhur wara, l-għaqdiet li jiffurmaw din ilKoalizzjoni qegħdin filproċess li jivverifikaw dawn il-firem. Il-PN ma ħax pożizzjoni favur dan ir-referendum. Il-Kap tal-PN Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni mhix favur referendum biex tispiċċa l-kaċċa firrebbiegħa, iżda tinsab favur diskussjoni sabiex jiġi stabbilit perjodu qasir u kkontrollat ta' kaċċa firrebbiegħa. Jista' jkun li ser jiġri bħalma ġara fil-każ tad-divorzju? Dak iż-żmien, minkejja li Joseph Muscat kien favur l-introduzzjoni tad-divorzju f 'pajjiżna, il-Partit Laburista ma ħax deċiżjoni uffiċjali u pprefera jilgħab għallgallarija. Wieħed jifhem għalfejn il-Partit Nazzjonalista u speċjalment Simon Busuttil ma jistgħux ikunu favur dan ir-referendum. Il-PN u speċjalment Busuttil ħadmu qatigħ fuq livell Ewropew sabiex pajjiżna jkollu numru ta' derogi vis-à-vis l-kaċċa Ir-referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa fir-rebbiegħa. Għaldaqstant ma tagħmilx sens li issa l-PN immexxi minn Busuttil joħroġ favur dan irreferendum. Madanakollu, jagħmel sew il-PN li jkun aktar viċin tal-ambjentalisti. Ma tridx tkun għaref biex tasal għallkonklużjoni li l-vot talkaċċatur qatt mhu ser imur għall-Partit Nazzjonalista. Il-kaċċatur iħossu ttradut mill-PN u mhux lest li jerġa' jafdah. Għaldaqstant, il-PN jeħtieġ li jkun eqreb ta' dawk li għalihom l-ambjent naturali tagħna huwa prijorità. Iktar u iktar meta l-Partit Laburista qiegħed dejjem aktar jieħu attitudni favur il-kaċċatur u l-ispekulatur. Ftit tal-ġimgħat ilu l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) nediet petizzjoni biex titlob lil Parlament Malti jemenda l-Att tarReferenda u dan biex ikunu protetti l-interessi u d-drittijiet u l-privileġġi tal-gruppi u individwi li qegħdin f 'minoranza fissoċjetà Maltija. Il-President talFederazzjoni, Joe Perici Calascione, sostna li l-kampanja tal-Federazzjoni trid twassal biex referendum abrogattiv ma jkunx jista' jsir dwar attivitajiet leġittimi billi l-maġġoranza timponi ruħha fuq kwalunkwe minoranza. Hu rrefera għall-firem li qed tiġbor, li trid li jkollha 34,000 firma biex issejjaħ għal referendum biex jitwaqqaf id-dritt tal-kaċċa għas-summien u għallgamiem fir-rebbiegħa. Perici Calascione fakkar li dan id-dritt jifforma parti mill-pakkett li Malta kisbet biex issir membru tal-Unjoni Ewropea permezz ta' deroga. Fakkar li l-poplu Malti vvota f 'referendum għas-sħubija fl-UE li jinkludi mandat biex il-kaċċa fir-rebbiegħa tibqa'. Joe Perici Calascione qal ukoll li l-Qorti Ewropea talġustizzja tat sentenza favur li Malta tibqa' tipprattika l-kaċċa fir-rebbiegħa għallgamiem u għas-summien. Għalhekk qal li l-ġbir talfirem biex isir ir-referedum biex titwaqqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa hi azzjoni antidemokratika minn grupp ta' nies li jrid ineħħi dritt lil grupp ieħor ta' nies li huma f 'minoranza. Huwa ċar li Perici Calascione m'għandux idea ta' x'inhu jgħid. L-ambjentalisti jargumentaw li Malta tkun qed tikser illiġi kemm Ewropea kif ukoll dik Maltija meta tippermetti li ssir il-kaċċa fir-rebbiegħa. Il-kaċċa fir-rebbiegħa mhix dritt fundamentali, iżda sempliċiment qtil ta' għasafar għall-gost. Dan mhuwiex aċċettabbli f 'soċjetà moderna. Ftit xhur oħra naraw il-verdett għal dan irreferendum storiku. Gladjat minn John Busuttil Il-Gladjaturi tal MATUL dawn l-aħħar 3 xhur laqqajtkom ma' 15-il gladjatur tal-ħajja. Gladjaturi feroċi li ma ħallew xejn milli jwaqqafhom jissieltu biex ikollhom ħajja aħjar. Gladjaturi li qatt ma qatgħu qalbhom milli jkomplu mexjin it-triq tal-ħajja pożittiva. Gladjaturi li żgur li jagħmlu kuraġġ lil dawk li wara l-ewwel saram jibdew jaqtgħu qalbhom li se jaslu safejn iridu. Għalhekk qabel inlaqqagħkom mal-gladjaturi tas-sena 2014 xtaqt infakkarkom ftit filgladjaturi tas-sena li għadha kif intemmet. 1. 'Mulej jekk ma tridx tagħtini tfal tagħtinix iżda tagħtinix tfal b'diżabilità L-istorja ta' Teddy u Anna Saliba minn Għajnsielem Għawdex li wara 12-il sena bla wlied kellhom tewmin b'diżabilità intelletwali. Tewmin li tawhom ħajja ġdida u mhux talli seħtu l-mument li ġew dawn iż-żewġ ulied iżda talli jqisuhom barka. Teddy kellu wkoll jissielet ma' żewġ kanċers li ħareġ rebbieħ fuqhom ukoll. 2. Anzjan bil-bastun idur l-Ewropa bi tren Jinġabru l-firem u issa jinsabu fil-proċess tal-verifikazzjoni Lukardu Borg ta' 78 sena jibża' jirkeb ajruplan u xorta ma jħallix sena li ma jmurx vaganza ta' madwar xahar fl-Ewropa. Jimxi bil-bastun wara aċċident li kellu b'karrozza u ma jafx jaqra u jitkellem b'lingwa oħra u waħdu ma jaqtax qalbu jirkeb u jbiddel treni u anke jmur fil-lukandi fejn ikun irid imur mingħajr ma jaqta' qalbu. Ibati biss meta tkun ix-xita għax b'id waħda jrid iżomm il-bagalja, bl-oħra l-bastun u ma jkollux id oħra biex iżomm l-umbrella. 3. Minn receptionist għal lukandiera Maria Helga Muscat hi mara ta' 45 sena li minn meta bdiet il-ħajja tax-xogħol bħala receptionist qatt ma ħarset lura biex tasal fejn riedet. Kienet miżżewġa Ġermaniż li miet mewta traġika, u għexet għal diversi snin fil-Ġermanja. Flimkien miegħu kienet bdiet aġenzija tal-ivjaġġar ilĠermanja u llum irnexxielha wkoll tibda n-negozju bħala lukandiera fejn għandha lukanda ċkejkna l-Qawra u l-ħolma tagħha hi li tkabbar in-negozju tagħha billi tiftaħ boutique hotel tas-Sliema. 4. Minn tfajjel ġwejjed għal artist b'ħajja mqanqla Mark Mallia kien tfajjel għalih waħdu li minn dejjem kien iħobb ipinġi wċuħ koroh. Is-sens artistiku tiegħu wasslu biex beda jaħdem fil-mezzi tax-xandir bħala kameraman ta' wirjiet tal-moda fejn il-flus li kien jaqla' wassluh biex ikollu ħajja frivola man-nisa. Sadattant baqa' jikber bħala artist fejn illum għandu gallerija tal-arti. Baqa' ġuvni għax ma jridx jagħmel kompromessi ma' xi relazzjoni barra l-arti. 5. Ta' 13-il sena tilef iddawl… ta' 35 sena kandidat għall-Parlament Ewropew Kevin Cutajar tilef id-dawl wara marda meta kellu 13-il sena. Dan kollu ma qatagħlux qalbu biex ikompli jistudja. Fil-fatt laħaq avukat u llum jgħix waħdu Malta għalkemm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014