Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919
ħal kollox ekonomiku u prova kemm prova biex jinawgura proġetti, kien kollu għalxejn. Jekk Clinton kien qal lil George Bush "It's the economy stupid!" kien hemm bżonn xi ħadd li lil Lawrence Gonzi kellu jgħidlu "It's the society stupid!" Dan ixxi ħadd ma kienx wieħed minn dawk li kien jisma' minnu, iżda parti minn ribelljoni li kellu fi ħdan il-grupp Parlamentari stess. Ma tax kasu. Il-pożizzjoni li ħa l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien fuq il-kwistjoni tad-divorzju ma kinitx skont iż-żminijiet. Il-mod kif tratta ma' nies li għandhom orjentazzjoni sesswali differenti mill-maġġoranza tal-poplu kien kontra l-kurrent tal-bidla. Il-mod kif kien jemmen li kellu jiggverna ma kienx il-mod li riedu n-nies f'soċjetà li dejjem tinsisti li tkun konsultata u infurmata. Tibqa' tidwi l-frażi li kien qal "Jien il-Prim Ministru, jiena l-Gvern!" Meta rrealizza li kien żbaljat, kien tard wisq. Kif darba kien qal Martinu Lutheru għal bidliet li kien hemm bżonn fil-Knisja ta' żmienu. Elettoralment id-dada kienet mitfugħha u l-poplu kien diġà ħa deċiżjoni... ried il-bidla. Minkejja li diġà saru xi tibdiliet profondi bl-ewwel liġijiet li għaddiet din l-Amministrazzjoni, din is-sena ser ikun hemm jew talinqas għandu jkun hemm, tibdiliet oħra. Mhux fuq livell ta' individwi kif sar sa issa iżda fuq skala aktar nazzjonali. Din is-sena ser tiftaħ bi tliet diskussjonijiet kbar li kollha jippuntaw lejn ħtieġa waħda: riforma Kostituzzjonali ta' veru. Il-Partit Laburista diġà wiegħed Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 | illum 17 dan fil-manifest elettorali tiegħu. Fil-15 ta' Jannar ser tkun diskussa mozzjoni dwar il-kwistjoni li tolqot iċċittadinanza Maltija. Ilmistoqsija li ser issir, mhux jekk l-iskema hiex waħda tajba jew le, iżda kemm id-definizzjoni ta' ċittadinanza li għandna llum tassew tirrifletti l-pożizzjoni li għandha llum fl-Unjoni Ewropea b'ċittadinanza supranazzjonali u bil-mod kif globalizzat ruħha d-dinja tallum. Għandna eluf ta' ċittadini 'Maltin' li sa ftit snin ilu lanqas konna noħolmu li jkollna. It-tieni kwistjoni se tkun l-għażla tal-President. Diġà bdiet il-kontroversja għaliex il-Partit Nazzjonalista qiegħed jinsisti li għandu jkun xi ħadd Nazzjonalist. Ma għandniex xi ngħidu li kulħadd nesa li qabel George Abela kien hemm mhux anqas minn żewġ eks-viċi kapi tal-PN, eks-Ministru Nazzjonalista u ċ-ċirasa fil-pudina, Kap tal-PN li l-għada li spiċċa minn din ilkariga mill-aktar politika spiċċa President! Il-punt mhux jekk għandux ikun hemm xi ħadd minn kamp politiku partikolari, iżda jekk għandniex nibdlu l-Kostituzzjoni dwar il-mod kif jinħatar il-President u x'poteri għandu jkollu barra dawk ċerimonjali. It-tielet kwistjoni ser tirrigwarda l-ġudikatura. Wara diversi inċidenti xejn sbieħ li kienu jinvolvu membri talĠudikatura, bl-aħħar tnejn riċenti ħafna, il-bżonn ta' riforma fil-Qrati hija mhux biss neċessarja iżda ċentrali biex tinkiseb il-fiduċja tal-poplu fl-Istituzzjonijiet tal-pajjiż. Għalhekk kien providenzjali li sar rapport dwar ir-riformi li hemm bżonn li jsiru biex naċċertaw li jkun hemm sens ta' serjetà u dixxiplina f'min qiegħed jippretendi dixxiplina u serjetà minn ħaddieħor. Dawn it-tliet kwistjonijiet jindikaw li hemm bżonn riforma Kostituzzjonali. Iżda ma tistax issir bl-imqieta. Trid issir b'mod komprensiv u bħala pakkett wieħed. Il-Konvenzjoni Kostituzzjonali li dejjem wiegħed il-Partit Laburista tista' tkun is-soluzzjoni biex nittraduċu ż-żminijiet. Irridu nidħlu f'libsa biex noħorġu millibsa li għandna llum għaliex mhux biss tiġina ssikkata iżda ħriġna minnha u għadna ma ntbaħniex. Is-sena kostituzzjonali tajba lil kulħadd u kull risq u hena lilkom. Marchionne qatt ma seħħet. Madankollu, Fiat ma kinitx ser tinħall mill-għerusija ma' GM mingħajr ma tieħu dota. U inkredibbilment GM ħallsu lil Fiat $2 biljun sabiex tinħall mill-call option illi Fiat kellha sabiex ma tkunx imġiegħla tixtriha. Marchionne għamel l-ewwel kolp tiegħu u wara sena Fiat Auto reġgħet bdiet taqla' l-flus. Madankollu, Marchionne rrealizza illi l-Fiat ma setgħetx tkompli tipproduċi l-karozzi waħedha u riedet tirreplika l-istrateġija tal-Volkswagen sabiex tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni u jkollha prodott aktar kompetittiv. Fil-ħajja, wieħed irid jagħraf l-opportunitajiet illi jkollu u ħażin għalih min ma jaħtafhomx għax mhux dejjem jerġgħu jitfaċċaw. Meta fl-2009, faqqgħet ilkriżi finanzjarja li lkoll nafu biha, il-kriżi ma damitx ma affetwat lill-ekonomija reali u l-manifatturi Amerikani tal-karozzi bdew ibatu. Kemm Chrysler, it-tielet l-akbar manifattur u anke General Motors kellhom jitolbu protezzjoni millkredituri tagħhom sabiex ikomplu joperaw. Fl-Amerika għandhom liġi tal-falliment imsejħa Chapter 11 u kumpaniji f 'diffikultajiet finanzjarji jirrikorru għaliha sabiex jirristrutturaw mingħajr ma jkollhom jaffaċċjaw ilkawżi tal-kredituri tagħhom. Inzerta kien għadu kemm laħaq president Barack Obama illi kien wiegħed filkampanja elettorali li mhux ser iħalli mpjiegi Amerikani jintilfu. Meta Chrysler ġiet fix-xifer tal-irdum u kienet qed taffaċja likwidità, ilgvernijiet Amerikani u Kanadiżi taw self lil kumpanija ġdida illi twaqqfet sabiex tieħu l-maġġorparti tal-assi ta' Chrysler . Fil-kumpanija l-ġdida, Fiat ħadet 20% talishma mingħajr ma ħarġet sold u kienet intitolata li takkwista 15% oħra tal-ishma mingħajr ħlas jekk tilħaq ċertu miri li ffissa l-gvern Amerikan, fosthom illi Chrysler tniedi karozza illi ma taħlix. Minbarra hekk, Fiat kienet obbligata illi tarma fabbrika ġdida bi spejjeż tagħha sabiex tipproduċi l-karozza ekonomika li ntrabtet illi tniedi fuq issuq Amerikan. Ftit ftit, Fiat bdiet iżżid is-sehem tagħha fi Chrysler u wara illi tali sehem kien diġà laħaq 30%, f 'Mejju 2011, Fiat ħallset $1.3 biljun sabiex akkwistat 16% oħra tal-kapital u Chrysler spiċċat prattikament tagħha. Dan l-akkwist sar meta Chrysler irnexxielha tħallas ħafna qabel iż-żmien stabbilit $7.6 biljun li kienet issellfet mill-gvernijiet Amerikani u Kanadiżi. Imma peress illi dan is-self kellu rata qawwija ta' imgħax, kien flinteress ta' Chrysler illi tħallas is-self lura kemm jista' jkun malajr. F'Lulju 2011, Fiat akkwistat l-ishma tat-Teżor Amerikan fi Chrysler u s-sehem tagħha fil-kapital tela' għal 53.5% sakemm kompla jitla' f 'Jannar 2012 għal 58.5% meta ntlaħaq it-tielet objettiv illi kien iffissa l-Gvern Amerikan. Imma t-tir ta' Marchionne kien illi jgħaqqad iż-żewġ kumpaniji flimkien sabiex jiffranka l-ispejjeż u jkollu saħħa finanzjarja akbar. Dan ma setax jagħmlu minħabba li l-kumplament tal-ishma kienu f 'idejn il-Voluntary Employees Beneficiary Association illi hi kkontrollata mill-United Auto Workers Union u li kienet assumiet l-obbligu li tħallas hi l-pensjonijiet tal-ħaddiema ta' Chrysler fl-2007. Il-VEBA kienet akkwistat dawn l-ishma fi Chrysler bħala kumpens għal xi benefiċċji li kienu tilfu l-ħaddiema meta Chrysler falliet u twaqqfet il-kumpanija l-ġdida u kienet qed tippretendi mhux anqas minn $5 biljun għalihom. Fiat u l-UAW ma setgħux jaqblu u anke bdew arbitraġġ sabiex jirrisolvu l-kwistjoni. Fl-istess ħin, l-UAW riedet illi Chrysler toffri l-ishma tagħha lill-pubbliku biex tillikwida parti minn sehemha fil-kumpanija. Din kienet strateġija riskjuża għaż-żewġ naħat għaliex tali offerta pubbika kienet ser ittawwal iż-żmien u kienet ser iddaħħal azzjonisti ġodda fil-kumpanija illi mhux neċessarjament kienu jħaddnu l-viżjoni għall-futur tal-kumpanija illi Marchionne u l-Fiat għandhom. Mill-banda l-oħra, il-unjin ma kellha l-ebda garanzija illi kien ser jirnexxilha ġġib il-prezz li kienet qiegħda titlob. Għaldaqstant, ftit xhur ilu, reġgħu bdew in-negozjati fuq offerta ġdida li għamlet il-Fiat sakemm tħabbar illi ntlaħaq ftehim fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida. Permezz tal-ftehim milħuq, VEBA ser tirċievi b'kollox $4.35 biljun, ferm anqas milli kienet qed titlob imma aktar milli Fiat kienet ippreparata inizjalment illi tħallas. L-aktar aspett straordinarju ta' dan il-ftehim hu l-mod kif inhu strutturat. Effettivament, Fiat kull ma ser toħroġ mill-but hu $1.75 biljun u mhux ser ikollha ħtieġa illi żżid il-kapital jew id-dejn sabiex tiffinanzja dan l-akkwist. Dan hu fattur ferm importanti peress illi l-grupp Fiat għandu livell għoli ta' dejn. Il-kumplament tal-flus ser jingħataw lil VEBA permezz ta' dividend straordinarju ta' $1.9 biljun illi ser tiddikjara Chrysler kif ukoll erba' ħlasijiet ta' $175 miljun fis-sena għal erba' snin. Prattikament, Fiat ser takkwista 41.5% ta' Chrysler bi flus Chrysler stess ħlief għal $1.75 biljun. B'kollox, Fiat ser tkun ħarġet $4 biljuni biex akkwistat il-kontroll totali ta' Chrysler. Sabiex wieħed jirrealizza kemm hu kbir il-kolp ta' Marchionne, wieħed irid iqis illi fl-1998, DaimlerBenz nefqet $36 biljun sabiex takkwista Chrysler, operazzjoni illi ma tatx il-frott mixtieq. Fil-fatt, DaimlerBenz spiċċat tbiegħ 80.1 % ta' Chrysler $7.5 biljun lill-fond privat ta' investiment Cerberus disa' snin wara fl-2007. Bl-għaqda ta' Fiat u Chrysler, ser titwieled is-seba' l-akbar kumpanija tal-karozzi fiddinja f 'termini ta' produzzjoni ta' karozzi, qabel Honda imma wara Nissan. Imma kif bosta analisti rrimarkaw, ix-xogħol iebes ser jibda issa sabiex jiġu integrati aktar iż-żewġ kumpaniji u joħroġ il-benefiċċju mixtieq minn tali għaqda. Li għandu vantaġġ Marchionne hu illi din l-għaqda tagħmel ħafna sens peress illi Fiat u Chrysler ma jikkompetux ma xulxin la fi swieq ġeografiċi u lanqas fil-faxex differenti tas-suq. Il-prodotti tagħhom jikkumplimentaw lil xulxin u għalhekk jistgħu jisfruttaw ix-xibka ta' distribuzzjoni tagħhom sabiex iżidu l-bejgħ u l-produzzjoni. L-idea ġenerali hi li fl-Ewropa jinbiegħu aktar Jeeps u Dodge mentri fl-Amerika, jiġu rilanċjati Alfa Romeo u Maserati. L-isfidi huma kbar u flEwropa, Fiat qiegħda tbati ħafna min-nuqqas ta' mudelli ġodda. Probabbilment dan hu minħabba kalkolu ta' Marchionne illi sakemm is-suq Ewropew jirpilja, ma jagħmilx sens tniedi mudelli ġodda fil-mument. Wieħed jistenna u jara kif din l-għaqda bejn żewġ kumpaniji b'kultura industrijali ferm differenti ser tevolvi. Fuq kollox, jekk ilgrupp industrijali ġdid hux ser jibqa' jitmexxa minn Turin jew jekk jibdiex jitmexxa minn Detroit. Storja tassew affaxxinanti illi forsi taf il-bidu tagħha għallfatt illi ċertu Barack Obama kien isuq Fiat Ritmo meta kien student Harvard.