Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919
Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 | illum 19 Editorjal W ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Ħamsin sena wara ara ħamsin sena ħaqqna nifhmu kemm hu speċjali li bħala gżira u nazzjon ċkejken wasalna fejn wasalna. Aktar u aktar meta naraw li minkejja d-differenzi xi kultant kbar, l-intriċċi u kif ukoll ittribaliżmi, dan il-pajjiż kien kapaċi jipproduċi soċjetà moderna u wisq aktar. Illum is-soċjetà Maltija hija rappreżentata minn klassi medja kbira li għandha ħafna preġji fosthom: li t-tfal jikbru f 'kumdità tajba, opportunitajiet edukattivi tajbin, aċċessibilità għall-kura medika, xibka ta' appoġġ soċjali u opportunitajiet tax-xogħol. Fuq livell ta' pajjiż irnexxielna nilħqu miri ekonomiċi fejn pajjiżi oħra fallew u tfarrku. Irnexxielna nxejnu l-marda tal-faqar u nsaħħu l-istrutturi demokratiċi. Dan hu pajjiż li għamel impatt fuq l-isfera dinjija permezz talpożizzjoni ġeografika sensittiva li ninsabu fiha u kif ukoll minħabba li aħna l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Fuq livell ta' negozju u nies kapaċi, konna kapaċi nipproduċu nies u negozji ta' standard internazzjonali. U li nattiraw investiment minn barra. Veru għandna ħafna problemi, fuq livell mikro, imma rridu nammettu li għandna pajjiż meraviljuż. Poplu ħanin, poplu li huwa mimli enerġija u pajjiż u klima stupenda. Iżda issa li jenħtieġ hu li pajjiżna jaqbeż saff ieħor biex nniedu dak li ħafna jsejħu t-tieni Repubblika. Repubblika msejsa fuq il-valuri mhux tal-illum iżda ta' għada. Repubblika li tħaddan id-diversità u li tfittex li tifrex it-tifsira ta' demokrazija. Li tfittex li tabbraċja d-differenzi u kif ukoll tinvesti f'bilanċ serju bejn l-iżvilupp u l-ambjent. Repubblika li ma tibqax tirrikonoxxi reliġjon wieħed bħala r-reliġjon tal-istat u fejn r-rappreżentanza demokratika tiftaħ lil hinn miż-żewġ partiti. Fl-aħħar ħamsin sena pajjiż indipendenti jkun xieraq li niċċelebraw dik il-kisba bħala nazzjon u poplu wieħed. U fuq kollox li niċċelebraw dan kollu b'ferm aktar konvinzjoni u attenzjoni minn meta ċċelebrajna d-dħul ta' Malta fl-Ewropa jew inkella li Malta saret Repubblika. Li qegħdin hawn wara ħamsin sena, kburin u komdi, diġà huwa akkwist kbir bħala pajjiż.