Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919
Pjazzetta Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 | illum 21 Salomé ta' Oscar Wilde, bil-Malti IL-KUMPANIJA Talenti sejra tippreżenta d-dramm notorju Salomé, ta' Oscar Wilde, b'adattament u traduzzjoni għall-Malti minn Alfred Palma. Dan id-dramm sa jittella' fil-11, 12, 18, u 19 ta' Jannar 2014, fit-Teatru ta' San Ġakbu, Valletta, fit-8pm. Dan huwa dramm għalludjenza minn 16-il sena 'l fuq. Salomé huwa dramm f 'att wieħed li Oscar Wilde kiteb fl-1892. Kien ippubblikat għall-ewwel darba bilFranċiż, f 'Pariġi, u wara saret traduzzjoni tiegħu bl-Ingliż, b'għadd ta' illustrazzjonijiet minn Aubrey Beardsley, li ġiet ippubblikata f 'Londra fl-1894. Il-maħbub ta' Wilde, Lord Alfred Douglas (Bosie), ukoll ittanta jagħmel traduzzjoni mill-Franċiż għall-Ingliż, iżda mid-dehra din xejn ma niżlet tajjeb ma' Wilde. Id-dramm huwa wieħed bibliku, traġiku u brutali għall-aħħar. Il-protagonisti ewlenin huma erbgħa: Erodi Antipas, Tetrarka tal-Ġudea, bniedem korrott, imħawwad, vjolenti u żieni; martu Herodias, kiefra u ambizzjuża; Salomé, tfajla sabiħa, mkabbra u żienja, bint Herodias mill-ewwel żwieġ, u Jokanaan (Ġwanni l-Battista). Jokanaan ikun intafa' l-ħabs wara ħafna insistenza minn Herodias, għax spiss kien iċanfar il-ħajja skandaluża u laxka tagħha u ta' bintha Salomé. Din min-naħa tagħha, tkun innamrat mal-Battista u tkun trid tisseduċih b'kull mezz. Iżda l-Battista jirreżistiha u jkompli jċanfar lilha u lil ommha. It-tfajla ma taqtax qalbha! Erodi, superstizzjuż għall-aħħar, ikun jibża' mill-Battista, u qajla jagħti kas l-għawi ta' martu biex jeħles minnu. Iżda sa flaħħar Salomé, mitlufa wara Jokanaan, taqta' xewqitha (u x-xewqa t'ommha) b'żifna erotika li biha ġġennen litTetrarka... B'dan id-dramm kontroversjali l-awtur ċelebri Irlandiż urta lill-oqsma kollha tas-soċjetà Londiniża dejqa ta' żmienu; ħoloq sensazzjonaliżmu li wittielu t-triq għal aktar kontroversji, għal aktar libertajiet letterarji fix-xogħlijiet li kiteb wara, u li għenu bil-bosta fil-waqgħa finali traġika tiegħu miċ- ċelebrità u l-fama għall-għajb u d-diżunur. Dan id-dramm jappella għal udjenza matura minħabba n-natura tiegħu. Jieħdu sehem: Larissa Bonaci, Mario Micallef, Nathalie Micallef u Alan Fenech. Id-direzzjoni hi f 'idejn Mario Micallef. Il-booking jinsab miftuħ mill-istess teatru. Wieħed jista' wkoll iċempel 21223216 biex jibbukkja l-biljetti, jew mis-sit tal-Kavallier ta' San Ġakbu www.sjcav.org KIEN is-suċċess kbir u mhux mistenni tal-ewwel edizzjoni tal-Valletta International Baroque Festival li sar issena l-oħra li ħeġġeġ lillorganizzaturi biex jorganizzaw it-tieni edizzjoni li se ssir bejn l-10 u s-26 ta' Jannar. Il-festival se jkun jinkludi wkoll tliet weekends ta' kunċerti Barokki għall-familja kollha kif ukoll il-Ballu Barokk. Id-direttur artistiku Kenneth Zammit Tabona spjega kif il-festival din is-sena se jibda nhar il-Ġimgħa 10 ta' Jannar ġewwa l-Knisja Ta' Ġieżu bixxogħol monumentali ta' Bach, il-Messiah imtella' mill-Anon u l-Goldberg Ensembles taħt it-tmexxija tas-surmast Michael Laus. Wara dan, ikun imiss ilproduzzjoni interessanti u unika bil-marjonetti f'parodija tax-xogħol Hypolite et Aricie ta' Rameau mis-Centre de la Musique de Versailles. Dan ix-xogħol dritt minn Versailles se jittella' ġewwa t-Teatru Manoel għall-ewwel darba matul l-ewwel tmiem il-ġimgħa; is-Sibt 11 ta' Jannar filgħaxija, segwit minn attività minn Toi Toi il-Ħadd 12 ta' Jannar filgħodu u b'matinée fil-5 ta' wara nofsinhar u produzzjoni speċjali għat-tfal tal-iskola nhar it-Tnejn 13 ta' Jannar filgħodu. Is-sena 2014 qed tfakkar il250 anniversarju mill-mewt ta' Jean-Philippe Rameau, wieħed mill-iżjed kompożituri Franċiżi l-iżjed importanti tal-era Barokka. Għalhekk, m'hemm l-ebda sorpriża li l-edizzjoni tal-festival 2014 se tkun qed tfakkar dan l-anniversarju b'erba' produzzjonijiet ta' Rameau. Fil-fatt, it-tliet kunċerti l-oħra b'xogħol ta' Jean Philippe Rameau se jkunu Galerie des Portraits nhar is-16 ta' Jannar mill-artista tal-klaviċemblu Beatrice Martin u Les Folies Francoises, Airs Enchantees minn Kolner Akademie nhar it-23 u Villains and Lovers minn Les Bougies Baroques nhar is-26 ta' Jannar. Il-festival din is-sena se jkun jinkludi tliet iĦdud Barokki b'kunċerti u attivitajiet għallfamilja kollha. L-attivitajiet li se jsiru filgħodu, kmieni u tard wara nofsinhar mistennija jqajmu 'l Belt Valletta hekk kif il-pubbliku se jkun jista' jattendi minn attività għal oħra l-ġurnata kollha. L-ebda festival Barokk ma jkun komplut mingħajr ftit mixxogħol mill-aqwa ta' Bach u din is-sena mhix se tkun eċċezzjoni fejn nhar l-14 ta' Jannar, Concerto Koln se jdoqqu l-Brandenburg Concertos. L-għada, 15 ta' Jannar se jittella' kunċert ħelu b'mużika ta' Bach fuq żewġ pjanijiet mis-solisti Marco Sollini u Salvatore Barbatano flimkien malOrkestra Filarmonika ta' Malta mmexxija minn Michael Laus. Nhar it-18 ta' Jannar imbagħad, se jittella' kunċert interessanti tal-Goldberg Variations fuq il-kuntrabaxx, il-vjolin u l-vjola filwaqt li nhar is-26 ta' Jannar, il-pjanista Maltija Joanne Camilleri li dan l-aħħar niedet CD tagħha, se ddoqq mużika ta' Bach. Is-segretarju Parlamentari Josè Herrera esprima l-fiduċja tiegħu li din it-tieni edizzjoni talfestival żgur li se jerġa' jaqbeż l-aspettattivi. Hu qal li l-festival mhuwiex biss rivelazzjoni fuq livell artistiku iżda fuq livell iżjed fattwali, il-festival ikompli jikkonferma lil Belt Valletta bħala sit uniku li kapaċi jiġbed lejh lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-ġeneru Barokk, fosthom turisti li jżuru Malta propju għal dan il-festival. Fil-fatt diġà hemm madwar elfejn turist li bbukkjaw sabiex jattendu għal dan il-festival. Salomé (Larissa Bonaci), Erodi (Mario Micallef) u Herodias (Nathalie Micallef) Jirritorna bil-kbir il-festival tal-Barokk Il-festival se jsir bejn l-10 u s-26 ta' Jannar f'diversi postijiet fil-Belt Valletta