Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

4 illum | Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 Wara l-Arriva: titjib mingħajr mirakli JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt IT-TLUQ tal-Arriva minn pajjiżna f 'dawn il-jiem m'għandux iħalli impatt negattiv fuq is-servizz attwali, kelliema għallMinisteru tat-Trasport qalet mal-ILLUM. Ir-rotot eżistenti u l-frekwenza tagħhom se jibqgħu fisseħħ sakemm ma jidħol l-operatur il-ġdid, meta mistenni jkun hemm titjib fuq dak li ried ilpubbliku wara l-proċess ta' konsultazzjoni li sar fl-aħħar xhur. Il-konsultazzjoni kienet tinkludi laqgħat mal-kunsilli lokali, proposti millpubbliku u dawk involuti fis-settur. Madankollu dan it-titjib ma kienx intlaqa' mill-Arriva u jista' jitqies bħala wieħed mill-kaġuni li taw bidu biex l-Arriva titlaq minn pajjiżna. Fi stqarrija, il-gvern sostna li apparti li l-pubbliku ma kienx qed ikun moqdi, ma riedx ir-riskju li l-kumpanija Arriva tiġi likwidata u l-pajjiż jispiċċa mingħajr servizz ta' trasport pubbliku mil-lum għal għada. F'kummenti lil din ilgazzetta, il-kelliema għallgvern qalet li r-rotot ilġodda se jkunu ppubblikati fis-sejħa għall-espressjoni ta' interess li mistennija toħroġ fil-ġranet li ġejjin. Il-ħsieb tal-gvern hu li kif xi kumpanija lokali jew barranija tirrispondi għallespressjoni għall-interess, jinfetaħ proċess trasparenti biex tintgħażel il-kumpanija l-ġdida li se topera s-servizz. "Il-Gvern mhux qed iwiegħed mirakli, iżda se jimpenja ruħu bl-aħjar mod possibbli biex jiżgura li pajjiżna jkollu servizz effiċjenti, li jasal fil-ħin u li jaffordjah kulħadd." U x'ser jiġri mill-mijiet ta' vetturi li l-Arriva xtrat għal Malta? Il-kelliema kkonfermat L-uġigħ ta' ras għas-sewwieqa: il-bendybuses li dawn għaddew f 'idejn il-gvern għal dan il-perjodu tranżitorju peress li huma fost l-uniċi assi li għandha l-kumpanija Arriva. "Sussegwentament dawn se jgħaddu għand il-kumpanija l-ġdida meta din tintgħażel." Madankollu, il-kelliema ma kinitx f 'pożizzjoni li tagħti timeframes ta' meta l-operatur il-ġdid mistenni jibda, anke minħabba li dan jidher li jiddependi fuq l-andament tal-espressjoni tal-interess. Skont il-ministru Mizzi, diġà hemm interess minn xi kumpaniji kemm lokali kif ukoll barranin. Hu qal dan waqt intervista li kellu fuq l-istazzjon nazzjonali dakinhar li ġie ffirmat ilftehim bejn Transport Malta u l-Arriva biex dawn talaħħar jitilqu. X'ser jiġri issa? - Ir-rotot u l-frekwenzi se jibqgħu l-istess - Il-gvern se jieħu t-tmexxija flok l-Arriva - Titwaqqaf il-Malta Public Transport Services Ltd b'allokazzjoni ta' €8.5 miljun - Xi konsulenti tal-kumpanija se jibqgħu hawn waqt ittranżizzjoni - Il-prezz għall-Maltin se jibqa' l-istess - Se jitraħħas il-prezz għall-barranin li b'mod diskriminatorju kienu jħallsu aktar - Il-gvern se jieħu f'idejh l-assi tal-kumpanija Arriva - L-assi jinkludu l-vetturi, is-sistema tal-IT u l-Park & Rides - Id-dejn ta' €70 miljun li kellha l-Arriva ma ġewx trasferiti lil gvern - Il-gvern għandu jagħmel tajjeb għal €3 miljuni lil kredituri - Possibbilment ikollu jħallas ukoll dejn ieħor ta' €6 miljuni L-uġigħ ta' ras għall-pubbliku: ir-rotot Reporter janalizza l-qasam soċjali GĦADA jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Ilprogramm ser jiddiskuti l-qasam soċjali f 'pajjiżna. Ilmistiedna speċjali ser tkun il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali MarieLouise Coleiro Preca. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser janalizza l-ħidma talMinisteru responsabbli millqasam soċjali f 'pajjiżna. Issistema tal-pensjoni f 'pajjiżna hija sostenibbli? X'riformi huma meħtieġa f 'dan ilqasam? Il-baġit li għadda jipprovdi direzzjoni strateġika ċara biex il-pajjiż jersaq iktar lejn l-oġġettiv ta' soċjetà iktar ġusta? L-età tal-irtirar se tiżdied u għalfejn? Waqt il-programm ser ikun hemm numru ta' kummenti minn ekonomisti mħejjija aktar qabel minn Jerome Caruana Cilia. Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u l-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl-22.15 fuq TVM2. Marie-Louise Coleiro Preca f'Reporter ta' għada

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014