Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 Il-Kunsill Ġenerali tal-PN mistenni japprova l-emendi fl-istatut JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt DIN il-gazzetta tinsab infurmata li bejn il-Ħamis 30 ta' Jannar u l-Ħadd 2 ta' Frar se jittella' l-ewwel Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista għas-sena 2014. F'dan il-Kunsill Ġenerali se jiġu diskussi u mressqa għallapprovazzjoni numru ta' emendi fl-istatut tal-PN. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM is-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said qal li għaddejja ħidma intensiva sabiex dan il-Kunsill Ġenerali jkun suċċess. "Dan il-Kunsill Ġenerali ser ikun imqassam fuq erbat ijiem. B'hekk ser ikollna ċans niddiskutu sew l-emendi mressqa." Fil-jiem li għaddew saret ukoll preżentazzjoni ta' dawn l-emendi lill-Eżekuttiv talPartit. Il-Partit Nazzjonalista ilu għaddej b'numru ta' riformi sabiex jiġġedded. Il-proċess biex isir aġġornament talistatut b'numru ta' emendi, involva bosta persuni minn setturi differenti. Bidliet li żgur se jagħmlu ħoss fil-PN huma l-ħatra talKap u l-Viċi Kapijiet tal-Partit. Dawn se jibdew jiġu eletti mit-tesserati kollha tal-Partit waqt Konvenzjoni Ġenerali. Wara elezzjoni ġenerali li tkun intrebħet mill-PN, il-konferma tal-Kap u tal-Viċi Kapijiet issir mill-Kunsill Ġenerali. L-emendi ser jaffettwaw ukoll lill-Kunsill Amministrattiv. IlKummissjoni qed tipproponi li għandha titwaqqaf Kummissjoni dwar l-Għażla tal-Kandidati. Għandu jitwaqqaf Bord ta' Reviżuri li l-membri tiegħu jinħatru mill-Kunsill Amministrattiv fuq rakkomandazzjoni tas-Segretarju Ġenerali. Barra minn hekk, każijiet ta' dixxiplina jgħaddu biex jinstemgħu minn Kummissjoni maħtura millKunsill Amministrattiv u li tagħti r-rakkomandazzjonijiet tagħha. Fost l-emendi li qed jiġu mressqa se jkun hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Kunsill Ġenerali billi jiżdiedu bħala membri bid-dritt tal-vot filKunsill Ġenerali. Fosthom dawk kollha li matul is-snin ġew eletti deputati f 'isem il-PN u li ma tkeċċewx jew irriżenjaw mill-Partit; dawk kollha li matul is-snin ġew eletti MEPs f 'isem il-PN u li ma tkeċċewx jew irriżenjaw mill-Partit u l-membri kollha tal-Kumitati Eżekuttivi tal-Fergħat u l-Movimenti mwaqqfa skont l-emendi talistatut. Barra minn hekk, mistennija ssir bidla fil-mod kif jinħatru l-membri bid-dritt tal-vot fil-Kunsill Ġenerali: kunsillier għal kull 350 votant (minflok 500) jew parti minn 350 votant. L-emendi mressqa jinkludu wkoll emendi fil-kumitat eżekuttiv. Mistenni jkun hemm bidla fin-numru ta' membri eletti mill-Kunsill Ġenerali li ser jiżdied minn 13 għal 18. L-elezzjoni se ssir b'żewġ listi separati: lista tal-irġiel li minnha jiġu eletti 9 irġiel u lista tan-nisa li minnha jiġu eletti 9 nisa. L-emendi għall-istatut tal-PN jgħidu wkoll li għandhom jitwaqqfu Policy Fora sabiex ifasslu l-politika tal-partit li mbagħad tkun approvata mill-Kumitat Eżekuttiv u millKonvenzjoni Ġenerali. Dawn l-emendi jolqtu lil Għawdex ukoll. L-emendi mressqa jsostnu li għandu jitwaqqaf Kumitat Reġjonali għal Għawdex minflok ilKumitat Organizzativ. Dan Il-Partit Nazzjonalista b'numru ta' riformi sabiex jiġġedded ikun kompost minn President u sitt membri eletti mittesserati Għawdxin għallperjodu ta' sentejn. Għandu jkun hemm ukoll Laqgħa Ġenerali darba fis-sena. Ftit tax-xhur ilu l-Kap tal-PN Simon Busuttil ħatar Kummissjoni mmexxija minn Francis Zammit Dimech sabiex tipprepara rapport u tipproponi emendi għallistatut tal-Partit Nazzjonalista. Din il-Kummissjoni żammet numru kbir ta' laqgħat u kkonsultat b'mod wiesa' ħafna. Finalment waslet biex issottomettiet numru ta' emendi li ġew ikkunsidrati mit-tmexxija tal-PN. Benefiċċji tal-enerġija: jinqatgħu direttament mill-kont MINN għada se jintbagħtu għall-aħħar darba l-vawċers tal-benefiiċċji tal-enerġija bil-posta hekk kif issa se jibda jingħata direttament fil-kont. F'konferenza stampa lbieraħ filgħodu, il-Ministru għallFamilja Marie Louise Coleiro Preca u l-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi ħabbru kif madwar 26,000 benefiċċjarju m'għandhomx għalfejn joqogħdu fil-kju biex isarrfu dan il-vawċer.Preżentament, f 'Malta hawn madwar 26,000 familja li jitqiesu bħala każijiet soċjali u jirċievu vawċers għallbenefiċċji tal-enerġija. Dawn il-familji jaqilgħu inqas minn €169 fil-ġimgħa, erba' ewro inqas mill-paga minima. Persuni li jbatu minn xi diżabbilità jew xi kundizzjonijiet mediċi se jgawdu minn din l-iskema wkoll, anke jekk id-dħul tagħhom jaqbeż il-paga minima. Madwar 90 organizzazzjoni se jibbenefikaw ukoll minn din l-iskema. Il-Ministri qalu li madwar €4.3 miljuni kienu ffinanzjati għal din il-miżura. "Dan huwa eżempju ċar kif il-gvern juri solidarjetà soċjali. Indikaturi soċjali wrew li madwar 9.7% tal-popolazzjoni Marie Louis Coleiro Preca u Konrad Mizzi Maltija sabet diffikultà biex tħallas il-kontijiet tad-dawl. Fl-2012 din telgħet għal 11.1%" Coleiro Preca qalet. Intant, Mizzi qal li kull sena madwar €500,000 f 'vawċers jibqgħu ma jissarrfux. "Ma tagħmilx sens li l-benefiċċjarji tal-iskema jkollhom jiskambjaw il-vawċers jekk dawn ma jkollhomx biżżejjed flus biex iħallsu l-kontijiet tad-dawl fil-bidu. Għalhekk, dawk li jikkwalifikaw għal din l-iskema se jirċievu kreditu fil-kontijiet tagħhom," Mizzi tenna. Il-Ministru qal ukoll li l-ministeru tiegħu qiegħed jaħdem sabiex il-gvern Malti jipprovdi prezz stabbli għal tul ta' żmien fuq il-gass u l-fjuwil.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014