Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

SPORTSillum kjedi ħafna saħħa Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 35 Jessica Ghigo Twieldet fiż-Żurrieq Bdiet il-karriera tagħha bħala atleta millġinnastika Fil-bodybuilding, rebħet l-unuri tanNABBA Malta Miss Figure fl-2008, NABBA Malta Miss Physique fl-2009 u ġiet fit-tieni post fl-IFBB Malta Miss Physique fl-2011 Ritratt: Ray Attard Fil-weightlifting, fil-Kampjonati Nazzjonali li saru f'Novembru rebħet l-'overall' femminili b'186 punt waqt li f'Diċembru rebħet il-'Most Improved Award' tan-nisa "Ma jfissirx li trid tkun b'saħħtek iktar biex tkun bodybuilder" jikkompetu kif ukoll tfajliet. Kif tqabbel ir-riżorsi relatati mal-bodybuilding u l-weightlifting li fihom titħarrġu f 'Malta ma' dawk ikkumparati barra minn Malta? Jiena nemmen li biex titħarreġ, il-motivazzjoni u r-rieda huma l-iktar żewġ affarijiet importanti. Kowċ tajjeb huwa kruċjali wkoll. Dejjem għandna fejn navvanzaw rigward riżorsi fejn nitħarrġu, speċjalment fil-weightlifting fejn sfortunatament nara li l-awtoritajiet konċernati ma jagħtux każ ta' dan l-isport daqs kemm jistħoqqlu. Hemm ħafna weightlifters Maltin li għamlu unur barra minn xtutna u li qed jiksru rekords lokali wkoll. It-taħriġ tagħkom filbodybuilding u fil-weightlifting fiex jikkonsisti u x'inhi d-differenza fit-taħriġ tal-irġiel meta kkumparat ma' dak tan-nisa? Il-bażi hija l-istess kemm fil-bodybuilding kif ukoll filweightlifting. Imbagħad fil-każ tal- bodybuilding, jiddependi mara x'kategorija tkun se tagħżel - jekk hux 'bikini', 'figure' jew 'physique'. Fil-weightlifting, it-teknika u t-taħriġ huma l-istess. Ikun hemm differenza biss fil-'barbell' fejn dik tan-nisa tkun tiżen 15-il kilogramma waqt li dik tal-irġiel tkun tiżen 20 kilogramma. Il-mezzi tax-xandir f 'pajjiżna jagħtukom biżżejjed pubbliċità? Naħseb li qed tiżdied bil-mod imma xorta naħseb li mhux biżżejjed! Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-weightlifting u filcrossfit? S'issa nħossni sejra tajjeb u qiegħda għal qalbi! Għaddi messaġġ lil dawk iżżgħażagħ speċjalment tfajliet li qegħdin jaħsbu biex jibdew jipprattikaw il-bodybuilding u l-weightlifting f 'ħajjithom. Il-bodybuilding jagħtik bażi ta' dixxiplina u titgħallem ħafna fuq il-muskolatura u l-ikel. Ilweightlifting jgħinek issir iktar atleta komplet minħabba li tuża saħħa, flessibiltà, kordinazzjoni, veloċità, ħila, bilanċ u taħriġ fitteknika li naraha li hija l-bażi talfitness in ġenerali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014