Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 Walker sewa iktar minn nofs miljun FUQ medda ta' ħames snin il-MEPA ħallset mat-€52,000 fuq kontijiet tat-telefon, kiri ta' karozza uffiċjali, fjuwil għal din il-karozza, mobile, internet u servizzi fi sptarijiet privati lill-eks ċermen tagħha Austin Walker. Dawn l-ispejjeż akkumulaw bejn l-2008 u l-2012. Kien fl-2008 li Walker inħatar bħala ċermen tal-MEPA. Huwa kien intagħżel b'mod personali minn Lawrence Gonzi biex ikun ċermen tal-MEPA. It-tnejn kienu ħbieb kbar u ħadmu flimkien fil-Mizzi Group. Fl-2008 Gonzi kien qal li kien għażel lil Walker biex iżid l-effiċejnza, it-trasparenza, l-kontabilità u l-konsistenza filMEPA. Fil-ħames snin li għamel bħala ċermen tal-MEPA, Walker daħħal medja ta' €93,000 fissena f'salarju biss, total ta' kważi €470,000. Fl-2010 f'intervista Walker kien iġġustifika dan issalarju u qal li jekk tixtri karozza lussuża trid tħallas għaliha. Jirriżulta issa li ma' din l-ispiża fuq is-salarju, il-MEPA ġarret ukoll €52,000 oħra fi spejjeż addizzjonali f'isem Walker. Fil-fatt bejn l-2008 u l-2012 lil Walker tħallaslu l-kont tattelefon bi spiża ta' €1,977, il-ħlas ta' kiri ta' karozza uffiċjali li tellgħet kont ta' €35,113, il-fjuwil għal din il-karozza li tela' għal €5,670, il-kont tal-mobile ta' €2,285 u tal-internet fid-dar għal €1,344 u spejjeż ta' servizzi fi sptar privat għalih, għal mara u dipendenti oħra bi spiża ta' €5,588. Dawn il-ħlasijiet kollha saru mingħajr ma' Walker kellu kuntratt iffirmat. Il-falliment sħiħ li Austin Walker kellu bħala ċermen tal-MEPA kkonfermah il-Partit Nazzjonalista fir-rapport tattelfa li kien ippubblikat wara l-aħħar elezzjoni ġenerali. F'dan ir-rapport intqal li l-MEPA kienet saret "nightmare" mhux biss għall-kuntratturi iżda wkoll għall-familji. L-istess rapport tat-telfa jgħid li l-perċezzjoni inġenerali tan-nies kienet li r-riforma fil-MEPA mhux biss ma wasslitx għar-riżultati mixtieqa iżda saħħet ilperċezzjoni pubblika li din l-awtorità kienet saret mostru burokratiku li ħadd ma kellu kontroll fuqu. Jirriżulta issa li ma' din l-ispiża fuq is-salarju, il-MEPA ġarret ukoll €52,000 oħra fi spejjeż addizzjonali f'isem Walker Reazzjoni pożittiva dwar ir-ritorn tar-rotot l-antiki JAMES PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt L-AĦBAR li l-gvern beħsiebu jdaħħal lura r-rotot antiki ta' qabel l-Arriva tidher li ntlaqgħet tajjeb, b'bosta jikkummentaw favuriha fuq mezzi soċjali differenti. Kienet din il-gazzetta li fil-ħarġa li għaddiet żvelat l-intenzjonijiet tal-gvern li jieqfu r-rotot kumplessi talArriva, u jerġa' jidħol fis-seħħ il-mudell li kien jara l-Belt Valletta bħala ċ-ċentru tattrasport pubbliku. "Ma tistax tippjana sistema mingħajr ma tifhem ir-realtà tat-toroq tagħna u t-traffiku. Dan kien l-akbar difett talArriva. Il-mudell tal-Belt fiċ-ċentru ta' kollox kienet ilha taħdem għal għexieren ta' snin, fil-passat l-ilmenti kienu jikkonċernaw biss il-kwalità tal-vetturi u l-atteġġjament tax-xufiera, u mhux ir-rotot u kif topera s-sistema," qal wieħed li kkummenta fuq l-istorja fis-sit talMaltaToday. Madankollu oħrajn ikkummentaw li r-rotot li ġew introdotti b'suċċess mill-Arriva għandhom jinżammu, fosthom ir-rotot lejn l-ajruport internazzjonali ta' Malta. Dan ma kienx eskluż mill-Ministru Joe Mizzi flintervista tal-ġimgħa l-oħra, meta kien qal li minbarra r-rotot l-antiki wieħed kellu jieħu inkonsiderazzjoni wkoll "żviluppi riċenti u ċirkostanzi li nbiddlu." F'kummenti lil din ilgazzetta, il-Ministru għatTrasport Joe Mizzi qal kif ir-rotot inħadmu wara proċess ta' konsultazzjoni mal-pubbliku u mal-kunsilli, li ppreferew ir-rotot l-antiki. Filwaqt li dawn se jkunu l-bażi tad-diskussjoni biex jintgħażel l-operatur il-ġdid, Mizzi qal li hu lest li jilqa' suġġerimenti oħra minn dak li se jkun l-operatur, jekk dawn is-suġġerimenti jagħmlu r-rotot aktar effiċjenti. Minbarra li l-Ministru kien fiduċjuż li r-rotot se jwasslu għal titjib fit-trasport pubbliku, hu wera wkoll sodisfazzjon li dan "ġieh b'xejn." "Tliet snin ilu ntefqu kważi miljun ewro f 'konsulenzi dwar ir-rotot il-ġodda. Jien ġewni b'xejn grazzi għallparteċipazzjoni tal-pubbliku u l-kunsilli lokali," kien sostna Mizzi. Daqstant ieħor intlaqgħet tajba l-aħbar li l-bendy buses se jinbiegħu barra minn Malta, b'wieħed mill-kummentaturi malajr jissuġġerixxi li ma' dawn ilkarozzi għandna nagħtu wkoll ħaddiem tat-tifi tan-nar! Il-proġett ta' Delimara Ikompli minn paġna 1 WARA din ilkorrispondenza uffiċjali, il-Kummissjoni Ewropea ddiskutiet dan it-tħassib mal-awtoritajiet nazzjonali Maltin f 'serje ta' laqgħat li saru f 'pajjiżna. Il-proġett tal-gvern jikkonsisti minn ħażna ta' gass naturali likwifat, faċilità ta' regassifikazzjoni u infrastruttura biex tipprovdi l-gass naturali flimkien ma' bini ta' impjant li jiġġenera l-elettriku. F'dan ir-rigward ġie nnutat li qed jitħejja studju dwar l-impatt ambjentali li jassigura li jintlaħqu l-kriterji kollha stabbiliti fid-direttiva Ewropea Ambjentali. Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li dan il-proċess isegwi d-direttivi ambjentali mitluba mill-Unjoni Ewropea u li għalhekk mhux se tkun qed tieħu l-azzjonijiet mitluba mill-Għaqda Din l-Art Ħelwa. Fl-aħħar xhur, l-istess argumenti miġjuba millgħaqda Din l-Art Ħelwa tqajmu wkoll minn diversi esponenti tal-Partit Nazzjonalista fost l-oħrajn mill-eks Ministru George Pullicino li għamel diversi mistoqsijiet Parlamentari b'rabta ma' dan.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014