Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 7 27 sena tissokta l-inċertezza airstrip f'Għawdex Nazzjonalista f 'nofs iddisgħinijiet li sejjaħ għalliżvilupp ta' din l-airstrip fuq art agrikola fiż-żona Ta' Lambert fix-Xewkija, bieb ma' bieb mal-Heliport. Iżda fir-ritorn tal-Partit Laburista fil-gvern fl-1996, l-eks Prim Ministru Alfred Sant waqqaf dan l-iżvilupp minkejja li disa' snin qabel kien il-predeċessur tiegħu li ħareġ b'din l-idea. Il-proġett deher li baqa' abbandunat taħt il-gvernijiet ta' Fenech Adami, li kien stqarr li ma kienx konvint bis-sostenibbiltà tiegħu u li pprefera jinvesti fi flotta ġdida ta' vapuri tal-Gozo Channel. L-interess fil-proġett reġa' qam mat-tmexxija ta' Lawrence Gonzi, li rrikonoxxa n-nuqqas ta' aċċessibbiltà għall-gżira Għawdxija imma ried joqgħod fuq aktar studji. Il-Gvern ma jikkommettix ruħu Id-direzzjoni tal-gvern Laburista f 'dan ir-rigward għadha mhux ċara. Jiem qabel l-elezzjoni, fi Frar 2013 il-mexxej Laburista kien qal lil rappreżentanti ta' negozjanti Għawdxin li l-bini ta' airstrip f 'Għawdex mhix prijorità. Iżda f 'Ottubru li għadda, il-Ministeru għal Għawdex ammetta li qed jieħu inkonsiderazzjoni dan ilproġett, wara li kien tħabbar li qed isiru diskussjonijiet dwar aċċessibbiltà bl-ajru bejn Malta, Għawdex u Sqallija. Dan ix-xettiċiżmu ssokta din il-ġimgħa meta kelliema għall-Ministeru qalet biss li t-tindif li qed isir kien għal benefiċċju ta' bdiewa li jaħdmu fil-qrib. "Il-proċess ta' tindif se jwassal biex isebbaħ l-ambjent minħabba li din iż-żona tal-heliport kienet abbandunata għal diversi snin. Fl-istess ħin jagħmel possibbli li din iż-żona tkun tista' tiġi kkunsidrata jekk ikun hemm bżonn ta' infrastruttura ġdida," qalet il-kelliema b'referenza għall-wegħda elettorali talPartit Laburista li jsaħħaħ l-aċċessibilità bejn iż-żewġ gżejjer. Bejn tkabbir ekonomiku u wirt storiku Kienu l-Gozo Business Chamber u l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu li fi stqarrija, laqgħu dan it-tindif "bħala preparazzjoni għallbini tal-airstrip f 'Għawdex." Huma ilhom jappellaw favur dan il-proġett mit-twaqqif tagħhom fl-1999. "Illum aktar minn qabel, il-futur tat-turiżmu f 'Għawdex jiddependi fuq aktar aċċessibbiltà. Bħala destinazzjoni turistika distinta, Għawdex tista' tkun kompetittiva jekk ikun hemm rotot diretti ma' Malta u ma' pajjiżi oħra miżżona Schengen," qalu dawn l-assoċjazzjonijiet fi stqarrija konġunta. Madankollu, waħda mirraġunijiet ewlenin li żammet dan il-proġett lura matul issnin kien l-aspett arkeoloġiku taż-żona. Skont diversi arkeoloġisti, ix-Xewkija huwa post rikk fejn jidħol fdalijiet arkeoloġiċi u diversi 'cart-ruts' instabu inqas minn kilometru 'l bogħod minn fejn l-airstrip kien propost. Mhux eskluż li fil-viċinanzi taż-żona hemm fdalijiet oħra li fil-preżent huma mgħottija b'terrapien meta kien hemm il-kostruzzjoni tal-Heliport. Fl-2006, stħarriġ tal-MEPA kien ikkonkluda li minħabba t-terrapien u t-tibdil sostanzjali fiż-żona, kien diffiċli li wieħed janalizza birreqqa l-art inkwistjoni. Iżda dan ma jfissirx li ma jkunx hemm "sorpriżi" meta jibda l-iżvilupp. Għalfejn Ta' Lambert? Iż-żona Ta' Lambert kienet għażla naturali, għax fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija serviet bħala post għat-tlugħ u nżul ta' ajruplani militari għal madwar xahrejn. Jingħad kif minħabba li f 'Għawdex ma kienx hemm airfield waħda filwaqt li f 'Malta kien hemm seba', l-Amerikani talbu lill-Isqof t'Għawdex il-permess biex jibnu waħda fl-1943 u għażlu din iż-żona. Kien hemm żewġ runways, li waħda minnhom intużat biex issir triq li tagħti mill-Imġarr għar-Rabat. Madankollu l-oħra għadha teżisti. Minkejja li din l-airfield intużat b'mod temporanju għal madwar sitt ġimgħat, jingħad li minnha għamlu użu mijiet ta' ajruplani talAlleati waqt l-invażjoni ta' Sqallija. Ir-runways l-antiki f'din iż-żona kif kienu jidhru fuq mappa taż-żmien it-Tiene Gwerra Dinija Iż-żona Ta' Lambert fix-Xewkija. Ir-ritratt juri l-Heliport li kien jintuża, u parti mir-runway li kienet tintuża fl-1943. Waħda mir-runways kienet ġiet trasformata fi triq li tagħti mill-Imġarr għar-Rabat

