Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 3 xettiċiżmu: qed jgħolli rasu? Michael Falzon, Olivier Friggieri u Peter Agius ministru Nazzjonalista. Fil-każ tal-iskema taċċittadinanza nippretendu li Malta tista' tagħmel dak kollu li trid anki jekk dan jaffettwa l-istati membri l-oħra mingħajr dawn ma għandhom kontroll. "Ilproblema hi jekk il-Maltin jemmnux tassew fl-Ewropa magħquda u fil-ħolma li wasslet għal din l-għaqda. U hawn aħna aktar immaturi milli ewroxettiċi: irridu l-UE fejn jaqblilna biss." L-eks ministru Nazzjonalista fisser kif ilgvern għadu jaħseb aktar fil-fond dwar il-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet tiegħu. Il-Perit Falzon jaħseb li l-mod kif il-gvern ittratta l-kwistjoni tal-IIP kien superfiċjali wisq. "Il-gvern ra li ċ-ċittadinanza hija prerogattiva tal-istati membri u mexxa mingħajr ma ħares lejn l-implikazzjonijiet kollha tal-iskema. Ir-reputazzjoni tajba tiġi jekk il-Gvern jimxi b'mod serju u s-superfiċjalità ma tgħinx biex wieħed jimxi b'serjetà." Il-Professur Oliver Friggieri qal li hu liema hu l-punt li jqum minn żmien għal ieħor bejn l-Unjoni Ewropea u Malta, il-qofol essenzjali huwa li Malta mhux biss hija stat imma hi wkoll stat li ma għandux aktar mid-daqs ta' belt medja. Hu spjega kif iċ-ċokon jista' jxekkel lill-parti Maltija li tinsa li hi gżira ta' daqs eċċezzjonali, waqt li l-mod kif l-Unjoni Ewropea tikkonċepixxi kull eventwalità hu mod li jikkonsidra li kull pajjiż hu wisq akbar. "Wieħed jittama li l-Unjoni Ewropea, waqt li tibqa' tqis li l-mejda tad-diskussjoni hi waħda u hi l-istess waħda għal kulħadd, madankollu titfassal politika maħsuba apposta għal pajjiżi ta' ċokon eċċezzjonali bħal Malta. Malta tistħoqq ukoll li tkun ittrattata b'politika maħsuba apposta għall-gżejjer. Membru li hu wkoll gżira hu differenti minn pajjiż li hu parti mit-terra ferma." Il-Professur Friggieri ma jaħsibx li ż-żewġ kwistjonijiet imsemmija għandhom bilfors ikabbru l-ewroxettiċizmu, minħabba li dan hu sentiment li jista' jitnissel dejjem, bħala prinċipju ta' min jaħseb li l-Ewropa ma tista' qatt tingħaqad moralment. "Pajjiż ċkejken, fis-sud, u fix-xifer nett jista' jkun minnu nnifsu diffidenti, xettiku, dwar kunċett ta' unifikazzjoni li hu qabel xejn nordiku, iżda l-unifikazzjoni tal-kontinent hi fatt storiku, deċiż diġà, u Malta trid tkompli tadatta ruħha għal dan il-proċess ta' għaqda li qiegħda hemm biex tibqa'." Il-Kap tal-uffiċċju talParlament Ewropew f 'Malta, Peter Agius, sostna li l-aħħar eurobarometer għal Malta kien jindika żieda sostanzjali ta' risposti li jgħidu li l-Maltin qablilhom bl-Unjoni Ewropea. Dan l-istħarriġ sar eżatt wara li Malta ngħatat allokazzjoni ta' €1.128 biljun mill-baġit Ewropew. "Avvenimenti bħal dawn riċenti u oħrajn bħalhom ipoġġu r-relazzjoni tagħna mal-Ewropa taħt illenti. Ma jfissirx iżda li dan huwa negattiv jew li huwa sors awtomatiku ta' ewroxettiċiżmu. Avvenimenti bħal dawn iservu wkoll sabiex iċ-ċittadin jifhem aħjar il-makkinarju, kultant kumpless, tal-Unjoni. Agius qal li jeħtieġ ukoll niddefinixxu x'nifhmu bil-kelma ewroxettiċiżmu. Il-kelma ewroxettiċiżmu tintuża biex tiddeskrivi żewġ sentimenti differenti. Hemm l-ewroxettiċiżmu kostruttiv li jippunta lejn nuqqasijiet fir-realizzazzjoni tal-eżiġenzi ta' poplu wieħed jew aktar jew ta' settur tas-soċjetà u jkompli billi jipproponi soluzzjonijiet u hemm ukoll l-ewroxettiċiżmu fatalist li normalment jeżaġera n-nuqqasijiet tal-Unjoni u jikkonkludi minnufih li hemm soluzzjoni waħda biss, li din tiżżarma, jew li l-pajjiż joħroġ minna. Agius spjega kif l-uffiċċju tal-Parlament Ewropew f 'Malta jeżamina millqrib l-iżviluppi lokali u r-reazzjoni tal-pubbliku u f ' din l-analiżi toħroġ stampa kumplessa fejn l-Unjoni Ewropea u l-esiġenzi tagħna minnha huma dejjem aktar 'il fuq fl-aġenda nazzjonali, iżda dan ma jwassalx neċessarjament għal żieda awtomatika fis-sentiment ewroxettiku tal-Maltin. "Jekk wieħed iħoss li l-Ewropa tista' tagħti soluzzjonijiet aħjar f 'ċerta oqsma, mela dan għandu jipprova jbiddel dik il-parti tal-Ewropa li ma tgħoġbux." Agius qal li dan mhux proċess impossibbli. Dan għaliex l-Ewropa tinbidel il-ħin kollu biex tagħti soluzzjonijiet liċ-ċittadini tagħha u dan jinkludi wkoll mijiet ta' każijiet fejn il-liġijiet jew l-inizjattivi tal-Unjoni nbidlu jew ġew adattati biex jaqdu aħjar l-interessi tal-Maltin, tenna l-Kap tal-uffiċċju talParlament Ewropew f 'Malta. "Dan it-tibdil isir permezz ta' żewġ għodod prinċipali u permezz tal-Ministri tagħna li jmorru Brussell fil-Kunsill kif ukoll permezz tas-sitt MEPs Maltin li qegħdin f 'ħidma kontinwa fi Brussell u Strasburgu biex jimmaterjalizzaw il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-Maltin." ħal Sapiano wara estensjoni ta' kuntratt Georg Sapiano diġà rċieva mal-miljun ewro taħt gvernijiet Nazzjonalisti maġġoranza tal-każi jingħataw b'direct order u mhux b'tender. Tant hu hekk li din il-gazzetta ftit xhur ilu żvelat kif uffiċjali fil-Ministeru għat-Trasport ma sabu l-ebda ħjiel li l-eks kandidat Nazzjonalista Georg Sapiano rebaħ xi tender. Dan minkejja li minn dan il-ministeru biss, taħt inNazzjonalisti, Sapiano kien irċieva kważi nofs miljun ewro f'xogħlijiet. Fost ix-xogħlijiet li kien ingħata kien hemm ilkonsulenzi għar-riforma tattrasport pubbliku. Din il-gazzetta kienet ippubblikat ukoll dokumenti li juru kif f'Jannar 2009 u April 2009, il-Ministeru tal-Finanzi kien diġà avża lil Ministeru ta' Austin Gatt biex ma jagħtix aktar xogħlijiet b'direct orders lil Sapiano "minħabba raġunijiet ta' trasparenza, kontabbiltà u kompetittività." Minkejja dawn iddirezzjonijiet, fl-2010 l-istess Ministeru ħallas aktar minn €130,000 lill-istess Sapiano. Id-direct orders kienu ngħataw mill-Awtorità Dwar it-Trasport (ADT) u Transport Malta. Il-kuntratt ta' Sapiano ma' Kordin Grain Terminal 2008–09: €950 fix-xahar 2010–12: €1,000 fix-xahar 2013–14: €1,200 fix-xahar 2015: €1,500 fix-xahar Total: €97,000 Minbarra n-nofs miljun mill-Ministeru għat-Trasport, Sapiano rċieva wkoll kważi kwart ta' miljun mill-Awtorità tas-Saħħa fuq il-post tax-xogħol, €170,000 mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali, €114,000 mill-Korporazzjoni għasservizzi tal-ilma u €42,144 mill-Aġenzija Sedqa. Dawn is-somom inġemgħu fi żmien għaxar snin. Profil: Georg Sapiano waqqaf ilkumpanija tiegħu 'Sapiano & Associates' fl-1998, qabel ma din inbidlet f'Aequitas Legal. Fl-2008, hu kkontesta l-elezzjoni ġenerali malPartit Nazzjonalista fejn ġab 58 vot tal-ewwel preferenza. FLUS LURA Dawk kollha li xtraw vettura għall-użu personali bejn 1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2008, se jirċievu pagament ex gratia. Dan ħareġ ilbieraħ waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħadu sehem ilMinistru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Joe Mizzi, ilMinistru tal-Finanzi, Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, Owen Bonnici. Il-Gvern qal li l-ewwel pagament li se jibda minn April li ġej se jkun ta' bejn €10 u €90. IS-SUPPERVJA Id-deputata Laburista Marlene Farrugia, waqt ilprogramm 'Għandi xi Ngħid' fuq Radju Malta, qalet li l-Gvern u l-Oppożizzjoni għandhom iwarrbu s-suppervja sabiex jilħqu ftehim dwar l-iskema ta' investiment taċ-ċittadinanza. Din id-dikjarazzjoni tadDeputata Laburista waslet wara li aktar kmieni din ilġimgħa, Farrugia tenniet li wara l-vot qawwi, ta' 90% fil-Parlament Ewropew – kontra l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza – l-Gvern Malti għandu jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu. TIĠĠUSTIFIKA Ż-ŻJARA TAGĦHA Il-kontroversja li nqalgħet din il-ġimgħa minħabba l-użu ta' ħelikopter tal-AFM midDeputata Laburista Justyne Caruana kienet diskussa malistess deputata fil-programm 'Għandi xi Ngħid' fuq Radju Malta. Id-deputata ddefendiet lilha nnifisha u qalet li ż-żjara tagħha f'Marsilja kienet għallinteress nazzjonali. Dan wara li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ordna biex nhar it-Tlieta li għadda, ħelikopter tal-Forzi Armati jwassalha mir-Rabat Għawdex lejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta biex tilħaq titjira lejn Marsilja. IL-KOEDUKAZZJONI SE TTEJJEB IL-LIVELL "Diġà ltqajt mal-għalliema u bdew isemmu t-tħassib tagħhom. Il-ġenituri kienu ta' appoġġ kbir." Dan qalu l-Ministru talEdukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo waqt konferenza talaħbarijiet ilbieraħ filgħodu. Hu qal li s'issa ma kienx hemm problemi kbar, filwaqt li qed jitgħallem ħafna kemm mill-għalliema u l-ġenituri. Waqt il-konferenza ħareġ ukoll li minkejja li l-kunċett ta' koedukazzjoni introdott fliskola ta' Pembroke sar bħala proġett pilota, il-Ministru tal-Edukazzjoni ċaħad dan u ilbieraħ qal li ma kienx.