Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

L-għomja jitolbu l-privatezza waqt li jkunu qed jivvutaw 4 illum | Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 JAMES J. PISCOPO Għalhekk qed ninsistu li ndaħħlu persuna tal-għażla tagħna biex jgħinna hu," ssokta jgħid Tirchett. L-akbar problema tidher li hi waħda politika, minħabba li dan il-pass jista' jagħti lok ta' abbuż. Il-problema tikber meta wieħed jikkonsidra li bejn wieħed u ieħor hawn madwar 5,000 persuna b'nuqqas ta' dawl. "Vera li teżisti din il-biża' ta' lok ta' abbuż, imma f 'dan il-każ il-fiduċja fejn hi? Biex niġbed il-flus jien nieħu lil mara, kif nafda f 'dawn l-affarijiet nafda wkoll bil-vot tiegħi. Vera li s-sitwazzjoni hija sikkina li taqta' minn żewġ naħat, imma hekk ukoll huwa veru li s-sistema ta' 'person of trust' teżisti f 'bosta pajjiżi oħra Ewropej." L-argumenti tal-għomja sabu l-appoġġ tal-Kunsill Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD) u ċ–ċermen tagħha Joe Camilleri, li qal kif jaqbel li dawn il-persuni għandu jkollhom l-assistenza ta' persuna ta' fiduċja li jdaħħlu magħhom, minflok l-assistenza tal-AECs. "Il-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilità) tal-2000 teżiġi, bla tlaqliq, li mhux permess li persuna b'diżabilità tiġi ttrattata b'mod 'inqas favorevoli' abbażi tad-diżabilità tagħha, meta titqabbel mat-trattament li tieħu persuna bla diżabilità. Fil-każ tal-proċess tal-vot din id-diskriminazzjoni teżisti," qal Camilleri. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità Franco Mercieca kien kawt iżda qal li qed jiġu kkunsidrati bosta metodi oħra. "Waqt li napprezzaw li l-persuni b'diżabilità għandu jkollhom l-assistenza meħtieġa, jeżistu riservi dwar il-mod ta' kif tintgħażel ilpersuna ta' fiduċja. Għalhekk qegħdin nesploraw metodi teknoloġiċi biex bi qbil mal-partijiet kollha involuti, tiġi introdotta proċedura li tassigura li d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità jiġu mħarsa kompletament," qal Franco Mercieca. Il-Kummissarju Elettorali Salvu Gauci rrifjuta milli jidħol fil-mertu tal-kwistjoni. Qal biss li jkun meħtieġ emenda fil-liġi elettorali b'kunsens bejn iż-żewġ naħat. BEJN l-1998 u l-2011 kienu kważi 10 miljuni l-persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza minn pajjiżi differenti talUE. Madwar 90% minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi minn barra l-Unjoni. Ċifri pprovduti mill-UE jikkonfermaw li fuq medda ta' erbatax-il sena, bejn l-1998 u l-2011, in-numru ta' persuni li ngħataw ċittadinanza ta' xi pajjiż membru tal-UE, kiber minn 530,000 għal 780,000, żieda ta' 250,000 jew 48%. Miċ-ċifri tal-UE jirriżulta li l-akkwist taċ-ċittadinanza Ewropea minn ċittadini minn pajjiżi mhux Ewropej, iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed issir xi ħaġa għal kollox normali. Tant li waqt li fl-1998 kienu ftit iktar minn ħames mitt elf iċ-ċittadini li akkwistaw iċ-ċittadinanza Ewropea, sal-2004 dan innumru qabeż is-seba' mitt elf u fl-2010 saħansitra kienu iktar minn tmien mitt elf iċ-ċittadinanzi Ewropej li ngħataw. L-iktar erba' pajjiżi Ewropej li ħarġu ċittadinanzi kienu Franza, ir-Renju Unit, il-Ġermanja u Spanja. Bejniethom dawn l-erba' pajjiżi ħarġu iktar minn sitt miljun ċittadinanza. Il-pajjiżi minn barra l-UE, li minnhom kienu ġejjin l-ikbar ammonti ta' ċittadini li ngħataw ċittadinanza Ewropea, huma l-Marokk, itTurkija, l-Ekwador u l-Indja. Fl-2011 biss mal-200,000 ċittadin minn dawn l-erba' pajjiżi ngħataw ċittadinanza Ewropea. jpiscopo@mediatoday.com.mt PERSUNI neqsin mid-dawl qed jitolbu lil gvern biex jemenda l-liġi elettorali u jagħtihom aktar privatezza waqt li jkunu qed jivvutaw. Fil-preżent, persuni neqsin mid-dawl ikollhom l-assistenza tar-rappreżentanti tal-partiti u tal-Kummissjoni Elettorali. Madankollu, isSoċjetà għall-Persuni Neqsin mid-Dawl qed targumenta biex persuni għomja jkunu jistgħu jdaħħlu magħhom xi membru tal-familja biex jgħinuhom fil-votazzjoni. "Hi kwistjoni ta' privatezza. Vera li għandna l-assistenza tal-AECs fil-kamra, iżda wieħed irid jirrikonoxxi li għalina din mhix privatezza li tgħid kif trid tivvota lil erba' persuni li huma stranġieri għalik," qal Frans Tirchett, president ta' din l-għaqda f 'kummenti li ta lill-ILLUM. Huma ilhom snin jimbuttaw għal dawn l-emendi, u fl2007 poġġew il-każ tagħhom quddiem il-Qorti iżda tilfu l-kawża. Tirchett jgħid kif dan li qed jitolbu huwa dritt tagħhom. Tant hu hekk li f 'konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, hemm artiklu li Ilhom snin jimbuttaw għal dawn l-emendi, u fl-2007 poġġew il-każ tagħhom quddiem il-Qorti iżda tilfu l-kawża jinsisti li l-persuna b'diżabilità għandha dritt tivvota permezz ta' vot sigriet, u dan jew permezz ta' teknoloġija assistiva, jew ta' persuna talgħażla tal-persuna b'diżabilità. Madankollu, il-Gvern kien poġġa r-riserva tiegħu dwar dan u b'hekk ma nbidel xejn. "Min hu għama mit-twelid ma jafx jikteb numri… u apparti dan, il-braille mhux kulħadd jafu. U anke jekk ikollu għajnuna oħra bħallawdjo, xorta diffiċli li għami jħażżeż in-numri għax daqs tazza ilma biex jiġi invalidu. 10 miljun ċittadinanza mill-UE f '14-il sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014