Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 L-operaturi nkwetati bit-tnaqqis talpassiġġieri mill-cruise liners JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt DIN il-ġimgħa bdejna naraw riżultati kemxejn inkwetanti fil-qasam tat-Turiżmu. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali talIstatistika (NSO) juru li tul is-sena li għaddiet, it-turisti li ġew Malta permezz ta' cruise liner naqsu ħdejn is-sena 2012. Numru ta' operaturi fis-settur turistiku jinsabu mħassbin b'dawn iċ-ċifri. "Wara bosta snin fejn dejjem kellna rekords f 'dan il-qasam, issa rajna dan it-tnaqqis drastiku. Nispera li matul din is-sena, l-affarijiet jinbidlu għall-aħjar," enfasizza sid ta' ristorant fil-Belt Valletta f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM. Wieħed jifhem din l-inċertezza li qed tinbet fost numru ta' sidien ta' ristoranti u operaturi turistiċi oħrajn. Is-sena li għaddiet kienet sena ħażina ħafna għat-turiżmu talCruise Liners. Sfortunatament, hekk kif wara żieda wara l-oħra fis-snin ta' qabel, b'numru minnhom ikunu rekords, fl-2013 kien hemm tnaqqis kbir fin-numru ta' turisti li ġew bil-cruise liners. Bejn Ottubru u Diċembru tal-2013, kien hemm tnaqqis ta' 11,450 turist jew 8.7% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2012. Barra minn hekk, matul is-sena li għaddiet waslu f 'pajjiżna 431,397 passiġġier permezz tal-cruise liners, li jfisser tnaqqis ta' 131,415 fuq it-tnax-il xahar tas-sena 2012, jew 23.3%. Kelliem għall-Ministeru tat-Turiżmu qal li t-tnaqqis flammont ta' passiġġieri li waslu bil-cruise liners matul is-sena 2013 kien wieħed antiċipat u huwa dovut għal deċiżjonijiet li ttieħdu fl-2011 u fl-2012 mill-kumpanija ewlenija talcruises l-MSC, li fl-2013 ma tużax lil Malta bħala port of call. Prinċiparjament dan seħħ minħabba żieda fil-prezzijiet tal-fuel. Dan wassal biex pajjiżna tilef medja ta' 140,000 passiġġier. Il-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-MTA u l-Valletta Cruise Port ħadmu qatigħ biex jikkonvinċu din il-kumpanija biex terġa' tibda topera minn Malta, tant li kif tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, il-kumpanija MSC se terġa' tibda bl-operat tagħha aktar tard din is-sena. Dan se jwassal biex ikun irkuprat parti mit-telf flammont ta' passiġġieri. "Tajjeb jingħad ukoll li għarraba' sena konsekuttiva, it-TUI Cruises, kumpanija Ġermaniża li topera l-cruise liner Mein Schiff reġgħet għażlet lil Malta biex għall-operat tagħha fejn din se tkun qed topera Bejn Ottubru u Diċembru tal-2013, kien hemm tnaqqis ta' 11,450 turist meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2012 fuq bażi ta' homeporting kif ukoll se żżanżan hawn Malta l-aktar cruise liner ġdid tagħha l-Mein Schiff 3. Dan il-cruise liner se jkun qed iġib mal-500 passiġġier aktar kull darba lejn Malta filwaqt li l-kumpanija taħdem ukoll fuq sistema ta' fly and cruise fejn huwa stmat li mal-4,000 passiġġier Ġermaniż se jkunu qed iżuru Malta u jużaw mhux biss servizz bl-ajru iżda wkoll jieħdu cruise minn Malta," kompla dan l-istess kelliem għall-Ministeru. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, il-kelliem talOppożizzjoni dwar it-Turiżmu, Robert Arrigo, qal li din issena qed jistenna li jkun hemm tnaqqis fit-turisti li jiġu pajjiżna. "Jidher li din is-sena kemm it-turisti tal-cruise liners u forsi anke s-suq tal-istudenti jistgħu jaraw tnaqqis." Arrigo fisser kif fil-qasam tat-turiżmu, pajjiżna baqa' għaddej b'ritmu pożittiv. Dan grazzi għal ħidma sfieqa tal-Partit Nazzjonalista filGvern. "Inġenerali, is-settur tat-turiżmu baqa' għaddej fuq l-ispinta li ħalla gvern Nazzjonalista, u issa nistennew l-azzjoni ta' gvern ġdid." Hu sostna li l-cruise liners għandhom bżonn l-għajnuna sabiex jagħżlu l-port ta' Malta minflok portijiet oħrajn u ma jkollhomx iżjed xkiel meta jiġu biex ibigħu x-shore excursions. "Kumpaniji tal-cruises jgħixu fuq shore excursions u Malta f 'dawn is-snin kienet ta' xkiel," qal Arrigo. Hu qal li minkejja li dan in-numru jaf jiżdied xi ftit, għad fadal ħafna xi jsir. "Fl2014, jidher li dan in-numru jista' jiżdied kemm kemm, imma għad fadal biex is-settur tat-turiżmu Malti u allura speċjalment il-Belt Valletta, jerġa' jkollha dak l-impatt pożittiv xieraq." Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra daħlu 92 cruise liner. Din hi żieda ta' 8 cruise liners fuq issena 2012, meta b'kollox kienu daħlu 84 cruise liner f 'pajjiżna. Il-medja tal-passiġġieri għal kull cruise liner bejn Jannar u Diċembru tal-2012 kienet ta' 1,748, filwaqt li fl-2013, il-medja kienet ta' 1,508 passiġġier. Republic Street, Valletta next to the Courts

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014