Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 27 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Vittoriosa Stars jirritornaw għar-rebħ permezz ta' rebħa minima fuq Rabat Ajax Ġlieda għall-ballun l-logħba bejn Vittoriosa Stars u Rabat Ajax Rabat A ...................0 Vittoriosa S .............1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VITTORIOSA Stars irritornaw għar-rebħ permezz ta' rebħa minima ta' 1-0 fuq Rabat Ajax bil-gowl għalihom jasal minn Marcelo Pereira lejn tmiem l-ewwel taqsima. Għall-Magpies din kienet is-17 –il telfa f '21 logħba, u għalhekk baqgħa ankrati fil-qiegħ tal-klassifika b'6 punti biss. Għal Vittoriosa Stars iddebutta bejn il-lasti l-goalkeeper veteran Mario Muscat wara li ngħaqad magħhom mingħand Hibernians nhar il-Ħamis filgħaxija. Huma kienu mingħajr Malcolm Buttigieg. Min- naħa l-oħra Rabat Ajax kellhom lill-plejer Dani Pelaez Bellido nieqes minħabba li kien sospiż. Għalkemm Rabat Ajax ħolqu l-iktar periklu fil-fażi inizjali tal-logħba, kienu l-iStars li kellhom l-ewwel tentattiv lejn il-lasti avversarji fis-17 –il minuta meta Francisco Arriagada Mella ttanta xortih permezz ta' lob minn nofs il-grawnd wara clearance żbaljata ta' Velimirivoc iżda l-ballun għadda barra. Minuta biss wara, Rabat Ajax irrispndew permezz ta' xutt imdawwar mill-isbaħ ta' Diego Carrilo Pendas li għadda jħakkek mal- lasti. Ftit wara Velimirovic dawwar f 'corner xutt mid- distanza ta' Arriagada u fl-40 minuta kien imiss lil Mario Musact li jdawwar f 'corner freekick ta' Diego Carrillo Pendas. F'kontrattakk veloċi għal Vittoriosa Stars, minuta biss wara, Guerrero għadda lejn Pereira fuq ix-xellug u x-xutt fil-baxx ta' dan ġie newtralizzat mill-goalkeper ta' Rabat Ajax. Vittoriosa Stars finalment fetħu l-iskor żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima meta kross shot ta' Gilbert Martin mix- xellug ġie mblukkat minn Velimirovic u mir-rebound, Marcelo Pereira tefa' ġewwa. Fil-ħin miżjud, Velimirovic dawwar f 'corner ieħor tentattiv ta' Siraj Arab minn barra l-kaxxa. Tliet minuti mill-ftuħ tat- tieni taqsima, Mario Muscat xellef f 'corner freekick sabiħ ta' Diego Carrillo Pendas mix-xellug. Fit-53 minuta, wara corner mogħti minn Carrillo Pendas, kien hemm clearance qasira u tentattiv minn xutt fil-baxx ta' Joseph Caruana minn barra l-kaxxa ħabat ma' sieq il-lasta. Fuq in-naħa l-oħra tal-grawnd, xutt b'saħħtu ta' Oscar Guerrero għadda jħakkek mal-lasta qabel intemm barra. Fis-77 minuta, xutt ta' Diego Carrillo Pendas imxellef minn Sidibe ġiegħel lil Muscat iwettaq save diffiċli u jdawwar f 'corner. Sitt minuti wara, xutt tajjeb ta' Gilbert Martin ġie mdwwar f 'corner minn Velimirovic. Mill-corner li rriżulta, daqqa ta' ras mill-viċin ta' Ousame Sidibe ġiet newtralizzata mill- goalkeeper ta' Rabat Ajax. Erba' minuti minn tmiem id- 90 minuta, Velimirovic salva lit-tim tiegħu għal darb'oħra meta mblokka f 'corner xutt mil-lemin ta' Marcelo Pereira. Rabat A.: Velimirovic, Gauci, Azzopardi, Carapic, Falzon (Borg 87'), Caruana, Bajada, Oproisecu, Licari (Smeir 74'), Micallef, Carrillo Pendas Vittoriosa S.: Muscat, Brincat, Samir Arab, Martin (Mifsud 89'), Guerrero (Santaguida 73'), Arrigada Mella, Siraj Arab (Sammut 64'), Pereira, Aguiar, Vella Critien, Sidibe Referee Mario Apap GILBERT MARTIN Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-4 ta' Ottubru 1984 Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Qabel ingħaqad ma' Vittoriosa Stars, lagħab ma' Mosta