Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 SPORTSillum Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 1 ta' Frar Newcastle U. vs Sunderland 0-3 West Ham U vs Swansea C. 2-0 Cardiff C. vs Norwich C. 2-1 Everton vs Aston V. 2-1 Fulham vs Southampton 0-3 Hull C. vs Tottenham H. 1-1 Stoke C. vs Manchester U. 2-1 Fixtures Kampjonat Barclays Prmeier Il-Ħadd 2 ta' Frar 14:30 WBA vs Liverpool 17:00 Arsenal vs Crystal P. It-Tnejn 3 ta' Frar 21:00 Manchester C. vs Chelsea Riżultati Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 1 ta' Frar Bologna vs Udinese 0-2 Cagliari vs Fiorentina 1-0 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 2 ta' Frar 15:00 Atalanta vs Napoli 15:00 Catania vs Livorno 15:00 Chievo V. vs Lazio 15:00 Roma vs Parma 15:00 Sassuolo vs Hellas Verona 20:45 Juventus vs Inter It-Tnejn 3 ta' Frar 20:45 Genoa vs Sampdoria Stoke City jiksbu l-ewwel rebħa kontra Manchester United kważi 30 sena STOKE City ġewwa darhom ixxukkjaw lil Mancheser United meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-1 biex kisbu l-ewwel rebħa kontra r-Red Devils fi kważi 30 sena u komplew jagħmlu dan l-istaġun wieħed tassew diżastruż għar-Red Devils. Il-gowls ta' Stoke City waslu minn doppjetta ta' Charlie Adams fit-38 u fit-52 minuta waqt li l-gowl waħdieni ta' Manchester United fil- logħba wasal minn Robin van Persie fis-47 minuta. Hull City ukoll ġewwa darhom żammew fi draw ta' 1-1 lil Tottenham Hotspur bil-plejer Shane Long jiftaħ l-iskor fit-12 -il minuta waqt li Paulinho ġab l-iskor indaqs għall-iSpurs fil- 61 minuta. Southampton ikkonvinċew bil-kbir meta barra minn darhom għelbu lil Fulham bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Lallana, Lambert u Rodriguez. Everton, ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Naismith u Mirallas fl-74 u fil-85 minuta rispettivament waqt li l-uniku gowl għal Aston Villa fil-logħba wasal minn Leandro Bacuna fl-34 minuta. Riżultat sorpriża kien dak li wasal f 'St James Park hekk kif Sunderland barra minn darhom għelbu lil Newcastle United bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jiġu skorjati minn penalty ta' Borini fid- 19 –il minuta, Johnson fit- 23 minuta u Jack Colback fit-80 minuta. West Ham United ġewwa darhom għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 2-0 bil- plejer Kevin Nolan ikun l-eroj assolut tagħhom fil-logħba hekk kif skorja doppjetta fis-26 u fil-45 minuta, waqt li l-Hammers spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom Andy Carroll fid-59 minuta. Cardiff City dawru telfa f 'rebħa meta ġewwa darhom għelbu lil Norwich City bl-iskor ta' 2-1. Kien il-plejer Robert Snodgrass li rnexxielu jsib ix-xibka l-ewwel fil-logħba wara biss ħames minuti logħob għal Norwich City iżda Cardiff City wettqu rimonta tajba u dawru r-tiżultat favurihom f 'temp ta' żewġ minuti biss pernezz ta' gowls ta' Craig Bellamy u Kenwyne Jones fid-49 u fil-51 minuta rispettivament. Intant, fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM fl- Italja, Udinese barra minn darhom għelbu lil Bologna bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Di Natale wara kwarta logħob kif ukoll minn Nicolas Lopez fid-90 minuta. F'logħba oħra, Cagliari ġewwa darhom għelbu lil Fiorentina bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn penalty ta' Ricardo Pinilla fid-39 minuta. Mill-istess kampjonat, illejla fil- Juventus Stadium fit-20:45 tintlgħab id-Derby tal-Italja bejn Juventus u Inter waqt li għada t-Tnejn ukoll fit- 20:45 tintlgħab Derby oħra, din id-darba fi Stadio Luigi Ferraris bejn il-ġirien iżda arċi-rivali eterni, Genoa u Sampdoria. TopSpin Table Tennis Academy – il-futur tat-table tennis f 'Malta KIEN propju fis-sena 1988, ġewwa l-belt kapitali tal-Korea t'Isfel, Seoul, li l-isport tat-table tennis sar wieħed mill-isports uffiċjali fl-Olimpjadi tas-sajf. Illum, 26 sena wara, dan l-isport baqa' jikber madwar id-dinja kollha fl-ammont ta' nies li jilagħbuh. Dawk kollha li jsegwuh, żgur li xi darba jew oħra semgħu bil-qawwa Ċiniża fit-table tennis. B'kollox, huma rebħu total ta' 47 midalja fl-Olimpjadi, li jinkludu 24 tad-deheb. It-table tennis f 'Malta wkoll qabad ritmu tajjeb. Wieħed forsi jistaqsi: "Għalfejn għandi nilgħab it-table tennis?" Ir- risposta hija faċli! Minbarra li bħal kull sport ieħor, din id-dixxiplina żżommok fiżikament attiv u b'saħħtek, il- logħba tat-table tennis teħtieġ l-użu kontinwu tal-moħħ iktar min kull attività fiżika oħra. Flimkien mat-taħriġ fiżiku, it-taħriġ mentali u strateġiku huwa importanti. Huwa għalhekk, li madwar disa' xhur ilu, l-akkademja tat- table tennis f 'Malta, TopSpin Table Tennis Academy fetħet il-bibien tagħha għall- istudenti. Il-ħsieb ta' din l-akkademja kien tal-Head Coach, Edward Baldacchino, flimkien ma' erba' kowċis oħra li jgħinuh fit-taħriġ, li huma Alex Soler, Matthew Micallef, Dorianne Magri u ċ-champion preżenti ta' Malta, Daniel Bajada. Ilkoll f 'daqqa, dawn qegħdin jiddominaw l-ogħla diviżjoni tal-kampjonat Malti organizzat mill-Assoċjazzoni Maltija tat-table tennis. Fl-età ta' 41 sena, Edward Baldacchino, huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar plejers Maltin li kisbu suċċess f 'din il-logħba ġewwa pajjiżna. Minbarra li hu tmien darbiet champion ta' Malta, Baldacchino ħa sehem f 'diversi training camps organizzati ġewwa l-Italja u l-Ingilterra. Iktar minn hekk, Parteċipazzjoni qawwija minn tfal u żgħażagħ -akkademja tat-table tennis - Topspin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014