Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 ILFAQAR u l-inugwaljanza huma magħmulin mill-bniedem, għalhekk huwa l-istess bniedem, jiġifieri s-soċjetà li trid timpenja ruħha u telimina din il-pjaga soċjali. Nhar L-Erbgħa li għadda komplejna nwittu t-triq biex dan ikun jista' jseħħ. Il-Gvern nieda Green Paper li meta tiġi adottata bħala l-politika tal-Gvern se tkun qed tnaqqas il-faqar bi 22,000 persuna, b'mod partikolari tfal u anzjani. Sa mill-ewwel jiem ta' din il-leġiżlatura middejna għonqna għax-xogħol sabiex infasslu strateġija ħolisitika li twieżen lid-dgħajjef u lill- vulnerabbli. Iggwidati mill-valur tal- ġustizzja soċjali nemmnu li tabilħaqq se nimplimentaw din l-istrateġija li tindirizza l-faqar. U dan għaliex aħna determinati li naslu. L-indikaturi soċjali juru kif fl-2006 dawk f 'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali kienu madwar 76,000 persuna. Fl-2012 dan in-numru tela' għal 94,000 persuna. Dawn il-figuri xokkanti jagħmel il-faqar waħda mill-akbar prijoritajiet għall-Gvern, u għal dan il-għan nedejna din il-Green Paper. Din l-istruttura għandha l-għan li toħloq struttura ta' politika li tkattar il-ġid u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja għal kulħadd. Se nkejlu s-suċċess ta' dan il-Gvern b'kemm kapaċi nipprovdu għal kulħadd, u mhux bil- flus li jintefqu. Aħna Gvern li tassew nisimgħu u propju din il-Green Paper tiġbor l-interpretazzjoni tal- konsultazzjonijiet wiesa' li saru mal-pubbliku inġenerali fosthom mat-tfal li taw wiċċ lill-faqar mil- lenti tagħhom. M'aħniex se nagħlqu l-bibien tagħna għall-konsultazzjoni. Fil- fatt din il-Green Paper se tkompli tistimola aktar diskussjoni u għalhekk se nibqgħu nisimgħu u nilqgħu suġġerimenti sal-20 ta' Frar li ġej. B'hekk tkun saret konsultazzjoni wiesa' ma' kulħadd qabel jiġi finalizzat il-qafas għal Strateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal- Faqar u l-Inklużjoni Soċjali 2014 – 2024. Il-mira tagħna hija li sal- 2015, in-numru ta' dawk f 'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali jonqos bi 22 elf persuna. Il-Gvern preċedenti kien għamel mira li sal-2020 in-numru ta' dawk f 'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali jonqos b'6,500 persuna. Din kienet mira wisq dgħajfa u inaċċettabbli għal min verament jemmen fil- ġustizzja soċjali. Digà tajna bidu għal vjaġġ mimli sfidi iżda kommessi li naslu sabiex nindirizzaw dawk li nqabdu fix-xibka tal-povertà. Wara dubji u kritika inġusta mill-Partit Nazzjonalista, f 'Marzu li ġej il-familji Maltin u Għawdxin se jibdew igawdu mir-roħs tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Nafu li l-kontijiet tal- enerġija kienu ta' piż kbir għall-familji Maltin u Għawdxin. Kien għalhekk li l-Gvern wiegħed li jraħħas il-kontijiet, biex jerġa' jagħti n-nifs mistħoqq lill-poplu. Fil-Baġit għal din is-sena neħħejna wkoll it-taxxa fuq id-dħul għall-gruppi vulnerabbli fosthom il- pensjonanti li qegħdin fuq pensjoni żgħira u dawk li jaqilgħu paga minima. Qed ninċentivaw ix- xogħol u biex aktar nisa jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol se nagħmlu ċ-child care centres b'xejn. Qed nintroduċu l-kunċett tas-sistema tat-tapering of benefits għal benefiċjarji tas-servizzi soċjali u li jsibu x-xogħol, biex nimmotivaw lil kull min jiflaħ biex jaħdem. B'hekk inkunu qed nippremjaw il-bżulija għaliex ix-xogħol huwa għodda għal mobiltà soċjali. Qed nagħtu wkoll għajnuna lil grupp akbar ta' anzjani li jgħixu fir-residenza tagħhom permezz tal-għotja ta' tliet mitt ewro ta' darba fis-sena li qabel kienet tingħata lill-anzjani minn 78 sena 'l fuq u li issa qed tingħata wkoll lill-anzjani minn 75 sena 'l fuq. L-indikaturi soċjali wrewna li għandna wieħed minn kull tlett itfal jinsabu f 'riskju ta' faqar. Dan huwa inaċċettabli għal pajjiż li qed iħares li jkun l-aqwa fl-Ewropa. Għalhekk se nagħmlu aċċenn fuq tfal u familji bi dħul ta' anqas minn 6,200 ewro fis-sena biex ma jibqgħux aktar fir-riskju tal- faqar. Matul din is-sena, permezz tal-proġett LEAP, se nkunu qed naħdmu biex naraw it-twaqqif ta' Ċentri ta' Riżorsi għall-Familja, ċentri li joffru servizzi fil-qalba tal-komunità. Dan kollu ġej wara li smajna mill-akkademiċi kif ukoll miċ-ċittadini li qed jitlobu li nagħmlu dawk l-interventi minn kmieni u azzjonijiet f 'waqthom biex ma narawx aktar nies jiftaqru u jegħrqu f 'diffikultajiet li jistgħu jiġu ndirizzati fuq livell komunitarju. Jekk il-faqar u l-esklużjoni soċjali jkompli jiżdied, il-piż fuq is-soċjetà jiżdied għalhekk nappella biex flimkien naħdmu ħalli nibnu Malta aktar inklussiva u aktar impenjata fit-tkattir tal-ġustizzja soċjali, biex inkunu kburin li ngħixu f 'soċjetà li tkun tassew ġusta ma' kulħadd. Il-Punt Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Faqar: Ambizzjużi iżda determinati li naslu DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Il-Ministru Cardona jżur fabbriki f 'Għawdex MARIELOUISE COLEIRO PRECA FILFATT, Cardona fisser l-investiment li dawn il-kumpaniji qegħdin jippjanaw li jagħmlu matul l-2014 bħala turija tal- fiduċja li l-privat qed juri fl-ekonomija, fil-ħaddiema u l-politika fil-pajjiż. L-ewwel laqgħa kienet ma' Peter Hili, proprjetarju ta' kumpanija żgħira li timpjega 8 persuni, fosthom lil martu u lil ibnu. Hili, li jagħmel sufanijiet, pultruni mekkaniċi, imtieraħ u quilts, qal li qed jippjana li fi żmien li ġej jinvesti mitt elf ewro u jżid l-impjegati tiegħu b'50%. Matul din iż-żjara, il- Ministru ħa l-okkażjoni jkellem lis-sidien tal- kumpanija dwar l-Att għan-negozju tal-familja, liġi innovattiva li qiegħed jaħdem fuqha l-Gvern biex isaħħaħ is-sostenibbilità ta' dawn in-negozji u jiffaċilita u jinċentiva t-trasferiment tagħhom meta jintirtu minn ġenerazzjoni għal oħra, ħalli dawn in-negozji jiġu kkonsolidati u mhux frammentati. Peter Hili kien kburi wkoll b'sufan li l-kumpanija għadha kif għamlet fejn inkorporat fih hemm sistema ta' mużika surround, u jkollok fejn tpoġġi l-ipod. L-istess sistema wieħed jista jużaha għat-televiżjoni permezz tal-bluetooth. Sufan b'sistema li f 'Malta għad m'hawnx. Meta tkellimna mas-Sur Hili dan qalilna li l-akbar suq tiegħu hu dak lokali. Wara żorna l-kumpanija Pamargan Poducts, li wkoll hija stabbilità fiż-żona industrijali tax-Xewkija. Tkellimt mal-operations manager Christabelle Cutajar li qaltli kif din il- kumpanija hi parti minn kumpanija multinazzjonali Franċiża, u attwalment timpjega 120 impjegat u fl-2013 iġġenerat 5 miljun ewro. Matul l-2014 din il- kumpanija qed tippjana li tinvesti mal-mitejn elf ewro oħra fl-impjant tagħha, Il-ġimgħa li għaddiet ġejt mistieden biex inkun preżenti għaż-żjara li l-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona għamel fiż-żona industrijali tax-Xewkija, Għawdex. Interessanti kien il-fatt li fejn wieħed dejjem emmen li l-industrija tal-manifattura m'għadhiex tirrendi, l-erba' fabbriki li żorna kollha se jinvestu iżjed, sew fil-makkinarju kif ukoll fl-impjiegi. Dan juri biċ-ċar li għad hawn post għall-industrija lokali. Il-Ministru Chris Cardona jwiegħed li jagħmel minn Għawdex mutur ekonomiku li joħloq ix-xogħol YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014