Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 www.citroen.com.mt NEW CITROËN C4 PICASSO Michael Attard Ltd. – Citroën Showroom, Mdina Road, Attard – T: 2144 2005 / 2248 2602 – E: citroensales@michaelattard.com 0746. Citroen - C4 Picasso - 18x5.indd 1 19/12/2013 17:23 Jilmentaw li ngħataw karta b'oħra fl-eżami JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt STUDENTI tal-ewwel sena fl-ITS din il-ġimgħa kellhom il-ħolma kerha ta' kull student: li jkollhom karta tal-eżami li ma jkunux stennew. Dan ġara aktar kmieni din il-ġimgħa waqt l-eżami tal- 'Introduzzjoni għat-Turiżmu', bl-istudenti dlonk jgħidu li tawhom karta b'oħra. "Għamilna karta tal-eżami li ma kienetx l-istess waħda li l-lecturer prepara għalina. Ovvjament kienet mimlija materjal li m'għamilniex fil-klassi. Din mhix serjetà!" kkummentat fuq Facebook waħda mill-istudenti. Madankollu, meta kkuntattjat minn din il- gazzetta ċ-ċermen tal-ITS Ernest Azzopardi ċaħad li sar dan l-iżball u spjega kif din is-sitwazzjoni kienet biss frott nuqqas ta' ftehim. "Is-suġġett hu mgħallem minn żewġ lecturers differenti. It-tnejn kellhom jippreżentaw karta tal-eżami separata, bil-kap tad- dipartiment ikollu jagħżel waħda minnhom. Din hija l-proċedura u nikkonferma li kollox sar kif suppost," qal Azzopardi. Hu kompla jispjega li bl-għan li jgħin aktar lill-istudenti u jtaffilhom mit-tensjoni tal-eżami, wieħed mill-lecturers kien spjegalhom kif kienet imqassma l-karta tiegħu. "Meta dawn l-istudenti sabu karta differenti minn dik mwegħda lilhom ħasbu li sar xi żball u li ngħataw karta b'oħra," spjega ċ–ċermen tal- ITS. Din il-konvinzjoni kompliet tikber meta apparentament, iffaċċjat mill-istudenti, il-lekċerer qalilhom li dik ma kienetx il-karta li preparalhom hu. Iżda ċ-ċermen ikkjarifika ma' din il-gazzetta li l-karti mħejja miż-żewġ lekċerers it-tnejn kienu jkopru l-istess suġġetti u li b'hekk ma kienx hemm lok ta' żvantaġġ għal xi studenti. Hu ċaħad l-ispekulazzjoni li jekk numru kbir ta' studenti ma jgħaddux mill-eżami, jerġa jsir mill-ġdid b'karta differenti. Madankollu, f 'każ li ma jgħaddux l-istudenti ikollhom iċ-ċans li jagħmlu r-resit. Iċ-ċermen tal-ITS jgħid li kien hemm nuqqas ta' qbil bejn lekċerer u l-istudenti Reporter jiddiskuti l-bejgħ taċ–ċittadinanza GĦADA jirritorna l-programm Reporter fuq TVM li se jiddiskuti l-iskema tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment. Il-mistiedna speċjali se jkunu l-Ministru tal-Intern Manuel Mallia, u l-kelliem tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, se jeżamina dak li ġara matul dawn l-aħħar jiem. Il-Kwistjoni ta' bejgħ taċ- ċittadinanza huwa kapitlu magħluq? L-uniku bidla hi li investitur potenzjali jrid ikollu stat ta' residenza għal tnax-il xahar? Dan ifisser li l-Gvern Laburista ċeda quddiem il-Kummissjoni Ewropea? U jekk dan hu l-każ, għalfejn ma wettaqx dawn il-bidliet qabel? L-Oppożizzjoni Nazzjonalista taqbel ma dawn it-tibdiliet? X'se jkunu l-passi li se tieħu issa? Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u l-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl- 22.15 fuq TVM2.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014