Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 23 IDDILETTANTI tal-Formula 1 ser ikomplu jgawdu l-azzjoni tal-Grand Prix fuq GO Sports sal-2016. Apparti x-xandira ta' kull tellieqa, id-dilettanti tal-karozzi tat-tlielaq ser ikunu jistgħu jsegwu l-free practice kull nhar ta' Ġimgħa u Sibt flimkien mas-sessjoni ta' kwalifikazzjoni għal tliet staġuni oħra. Michèle Dandria, Manager - Content and Digital Media, ma' GO, qalet: "It-tlielaq tal-Formula1 huma popolari ħafna f 'Malta fejn għandna ħafna dilettanti tal-karozzi. L-istaġun tal-F1 ser jibda dalwaqt, eżattament fis-16 ta' Marzu fl-Awstrija. Għal darb'oħra GO ser tkun qed twassal b'mod esklussiv kull sessjoni tal-Grand Prix għad- dilettanti Maltin għal tliet snin oħra. GO qed timpenja ruħha biex twassal l-aqwa xandir tal- isports f 'Malta u d-dilettanti Maltin tal-Formula1 jafu li GO Sports hu l-unika post fejn jistgħu jgawdu bis-sħiħ l-isport favorit tagħhom." "It-tlielaq tal-Formula1 huma wieħed mill-iktar sports popolari fid-dinja, u dis-sena d-dilettanti jistgħu jħarsu 'l quddiem għad-19-il tellieqa inklużi żewġ tlielaq ġodda fl-Awstrija u r-Russja qabel mal-istaġun jispiċċa bl-aħħar tellieqa f 'Abu Dhabi f 'Novembru. Kulħadd jinsab ħerqan biex jara minn ser ikun qed jisfida lis-sewwieq Sebastian Vettel. Il-klijenti ta' GO Sports ser ikun jistgħu jsegwu kull żvilupp li jseħħ tul l-istaġun," qalet Dandria. Minbarra l-Formula1, GO Sports ixxandar il-logħob tal- futbol taċ-Champions League, il-Barclays Premier League, Serie A u Ligue 1, apparti l-International Rugby, l-ATP Tennis Masters u l-Wimbledon Championships, il-logħob ewlieni tal-golf u r-Ryder Cup, fost ħafna logħob u turnaments ewlenin oħra fid-dinja tal- isports. It-tlielaq tal-Formula1 jistgħu jkunu inklużi mas-servizz standard tal-GO Sports għal dawk kollha abbonati mal- pakketti Silver jew Gold TV għal €7.99 iżjed fix-xahar. Il-pakkett GO Sports Premium jagħti lil dawk kollha abbonati numru ta' stazzjonijiet tal- klabbs tal-futbol fosthom tal- Manchester United, Juventus, AC Milan, Chelsea, Inter u Liverpool. Il-pakkett GO Sports Premium hu disponibbli bħala add-on għal dawk abbonati Silver jew Gold għal €14.99 fix-xhar. Il-klijenti GO interactive TV jistgħu wkoll jabbonaw ruħhom għal pakkett HD li jinkludi l-GO Sports 1 u l-GO Sports 2 f 'kwalità HD. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Għal aktar tagħrif dwar GO Sports jew l-aġġornamenti tal- Formula1 li jintbagħtu bl-SMS fuq il-GO mobile, il-klijenti mistiedna jżuru s-sit www. go.com.mt, jew iċemplu fuq il-Freephone 8007 2121 inkella 146 mill-mowbajl tal-GO tagħhom. Kummercjali Bank of Valletta jappoġġja l-wirt marittimu Malti WARA s-suċċess lokali dwar il-programm outreach fejn it-tfal fl-iskejjel lokali ngħataw preżentazzjoni dwar il-wirt kulturali taħt il-baħar. Dan il-programm issa ġie esportat barra minn xtutna. Aktar minn 100 student u għalliema minn diversi skejjel madwar Sydney f 'Awstralja ġew introdotti għal din id- dinja inkredibbli li tinsab taħt il-baħar li jdawwar arċipelagu kbir tagħna f 'nofs il-baħar Mediterran. Dr Tim Gambin mill-Università ta' Malta ta lekċer dwar il-wirt kulturali li jinsab taħt il-baħar Malti fil- Mużew Nazzjonali Marittimu f 'Sydney. Huwa rikonoxxut li l-gżejjer tagħna huma mimlija b'ġojjelli prezzjużi li huma xhieda tal-istorja sinjura u turbulenti tagħna. Madankollu, mhux spiss li aħna niġu esposti għal wirt marittimu li jinsab taħt wċċ il-baħar. Meta kien qed jitkellem mar- ritorn tiegħu fl-Awstralja, Dr Gambin esprima l-eċitament tiegħu għal laqgħa kbira li ngħata. "Meta tħares lejn l-uċuħ tat-tfal meta qed jiġu introdotti għal din id-dinja tagħmel dan il-proġett vallapena. Dan il-proġett qed itella' fil-wiċċ evidenza kompletament ġdida dwar il-passat sinjur tagħna. Dan huwa xogħol iebes iżda r-riżultati huma bla prezz." Permezz ta' dan il- programm, Dr Gambin żar diversi skejjel fejn it-tfal affaxxinaw ruħhom dwar l-istorja marittima rikka ta' Malta. Sa mindu, ġie stabbilit bħala NGO – Il- Mediterranean Institute of Marine Studies fl-2007, aktar minn 9,000 tifel u tifla approfittaw minn din l-inizjattiva. Dan il-proġett diġà għandu rekord li kopra medja ta' 2,000 student f '25 skola kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin. Is- sessjonijiet bdew f 'Ottubru u jkomplu sa Mejju 2014. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jagħmel kuntatt mal-koordinatur tal-MIMS Maria Baldacchino fuq mariabaldacchino@live.com. Dan huwa proġett eċitanti ieħor li ra d-dawl grazzi għall- appoġġ tal-programm estensiv tal-Community Relations fi ħdan il-BOV. "Dan il-proġett jindirizza żewġ pilastri fuq dan il-programm – edukazzjoni u wirt b'mod li nżidu l-valur lit-tnejn. Huwa għalhekk li aħna ninsabu eċitati li naraw dan il-program jilħaq aktar u aktar tfal," qal Kenneth B. Micallef, Kap Eżekuttiv fi ħdan il-BOV. Il-preżentazzjonijiet ta' Dr Gambin għandhom l-appoġġ ukoll tad-Dipartiment tal- Classics and Archaeology fi ħdan l-Università ta' Malta. Dan il-proġett qed itella' fil-wiċċ evidenza kompletament ġdida dwar il-passat sinjur tagħha It-tlielaq tal-Formula 1 esklussivament fuq GO Sports sal-2016 Ward b'risq il-Hospice WARDA għal Jum San Valentinu tista' tgħin ħafna lil Hospice Malta fil-ħidma voluntarja tagħha. Dawk kollha li jixtiequ jordnaw warda għal donazzjoni ta' €5 jistgħu jagħmlu dan billi jċemplu lil Hospice Malta fuq 21440085 jew billi jżuru s-sit elettroniku tal-Hospice Malta www.hospicemalta.org. Wieħed jista' jordna online jew fuq il-paġna ta' Facebook. Grazzi tal- appoġġ. Il-gżejjer tagħna huma mimlija b'ġojjelli prezzjużi, xhieda tal-istorja rikka u turbulenti tal-pajjiż GO qed timpenja ruħha biex twassal b'mod esklussiv kull sessjoni tal-Grand Prix għal perjodu ta' tliet snin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014