Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
8 illum | Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 LAĦBAR mill-Gvern Laburista Malti li se jibda l-proċess ta' rimborż lil iktar minn 40,000 ċittadin li ħallsu l-VAT fuq it- taxxa ta' reġistrazzjoni fuq karozzi ġodda hija konferma biżżejjed ta' kemm il-Gvern hu lest li jonora l-wegħdi elettorali tiegħu. Kienet ukoll l-ewwel pass sabiex finalment titneħħa wkoll din it-taxxa inġusta darba għal dejjem fuq livell Ewropew. Permezz ta' mistoqsija parlamentari jien ħadt l-opportunità li nressaq il-kwistjoni fil-Parlament Ewropew. Staqsejt lill- Kummissjoni Ewropea għall-aġġornament u kjarifiki dwar ix-xogħol tal-Kummissjoni fuq livell Ewropew s'issa b'rabta mat- taxxa tar-reġistrazzjoni. M'hemmx fejn iddur fuq din il-kwistjoni. Għamilt talba formali lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-dettalji tal-ħidma mwettqa s'issa u x'qed isir fil-preżent biex finalment u uffiċjalment jeliminaw dan l-ostaklu kbir għal kull persuna Ewropea li tixtri karozza minn pajjiż ieħor stat membru tal-Unjoni Ewropea. Ostaklu għaċ-Ċittadin Sa ftit xhur ilu kellna gvern li nsista li din it- taxxa la kienet illegali u lanqas inġusta, u kien il-Prim Ministru preżenti, Joseph Muscat, meta kien għadu fl-Oppożizzjoni, li qabad l-barri minn qrunu u nieda kampanja massiva biex tirrappreżenta lil dawk l-eluf ta' ċittadini vittmi sabiex jikkontestaw il-ħlas tal-VAT fuq it-taxxa tar- reġistrazzjoni fil-qorti. F'mistoqsija parlamentari tiegħi lill-Kummissjoni, jiena semmejt ir-rapport tal- Kummissjoni Ewropea tal- 2010 dwar iċ-ċittadinanza Ewropea fuq it-tneħħija tal- ostakli għaċ-ċittadini kollha fl-Unjoni Ewropea. Dan huwa rapport ta' importanza kbira għal bosta ċittadini għax fih jifhmu x'inizjattivi qed jittieħdu biex jitneħħew dawn l-ostakli kollha fl-iqsar żmien possibbli. Wara kollox, kienet il- Kummissjoni nnifisha li kienet identifikat il- problemi marbuta mar- reġistrazzjoni tal-karozzi bħala ostaklu li jfixkel il-ħajja taċ-ċittadini Ewropej meta huma jeżerċitaw id- drittijiet tagħhom ta' kuljum skont il-liġi Ewropea. Il-Kummissjoni kienet fil-fatt impenjat ruħha biex tiżgura li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni tal-karozzi fl-Istati membri kollha jiġu ssimplifikati. Iddeċidejt li nsemmi dan il-punt peress li ma kien sar xejn f 'erba' snin. Spiża addizjonali inġusta ta' eluf ta' ewro Filwaqt li finalment f 'Malta għandna Gvern li huwa tassew konxju tal- ħtieġa li titneħħa din it- taxxa inġusta, oħrajn f 'livell Ewropew jidhru li qed jittratienu għad-detriment ovvju taċ-ċittadini Ewropej. L-intenzjoni tiegħi hi li nżomm din il-kwistjoni fuq livell għoli fl-aġenda tal- Parlament Ewropew. Iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin għandhom bżonn assigurazzjoni li skont ir- regolamenti rilevanti tal-UE li nisperaw li jidħlu fis-seħħ, l-ebda gvern futur ma jkollu qatt tentazzjoni li jintroduċi mill-ġdid din it-taxxa tar- reġistrazzjoni tal-karozzi li għal kull ċittadin komuni li jiddeċiedi li jixtri karozza tfisser spiża addizjonali inġusta ta' eluf ta' ewro. Hija ħasra li minkejja l-progress miksub fil- proċess tal-integrazzjoni f 'suq wieħed, il-problemi bir-reġistrazzjoni tal- karozzi jkomplu jippersistu. Iċ-ċittadini u n-negozji għadhom jiffaċċjaw ostakli proċedurali u finanzjarji f 'dan l-istess suq. Aħna wegħedna azzjoni u hekk jixraq li nwettqu fl-interess ta' kulħadd. Joseph Cuschieri hu Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Il-Punt Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Taxxa inġusta DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Għawdex għal qalbek JOSEPH CUSCHIERI HEKK tgħidilna l-inizjattiva ġdida tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo. Inizjattiva li għal darb'oħra għandha tgħin lil gżira Għawdxija f 'dan iż-żmien meta x-xogħol ikun kwiet. Għal weekend ta' San Valentinu l-Ministeru għal Għawdex bil-kollaborazzjoni tal-BOV u bl-appoġġ tal-Gozo Channel, il-Gozo Tourism Association u l-Gozo Business Chamber nieda inizjattiva fejn dawk il-Maltin li jridu jqattgħu weekend għal qalbhom f 'Għawdex se jkun hemm roħs ta' kważi 50% fil- prezzijiet tal-Gozo Channel. Filwaqt li n-noll tal- passiġġiera minn €4.65 ħa jorħos għal €1.50, dawk tal-vetturi mhux kummerċjali minn €15.70 se jonqos għal €8.50. Dawn il-prezzijiet tan- noll se japplikaw għall-vjaġġi kollha bejn il-Ġimgħa 14 ta' Frar mis-7.15pm sa l-ewwel vjaġġ it-Tnejn dak tas-1.30am. Sadattant diversi entitajiet kummerċjali Għawdxin ħadu l-okkażjoni minn din l-inizjattiva fejn qed joffru roħs u anke joffru rigali għal dawk li jmorru fil-lokalitajiet tagħhom. Hemm fosthom li anke n-noll imħallas lesti li jagħtuh lura lill-klijenti Maltin li jieħdu vantaġġ minn dawn l-offerti tal-weekend ta' Valentinu. Hemm farmhouses li qed joffru lejl għal sitt persuni għal €125, oħrajn qed joffru skont minn 10% sa 25%. Lukandi li qed joffru żewġt iljieli għal €25 kull persuna jew €35 ewro half board. Bla dubju offerti mill- aktar vantaġġjużi għal dawk li jieħdu l-okkażjoni għal tmiem din il-ġimgħa ta' mħabba. Barra hekk diversi ristoranti qed joffru persentaġġi tajbin Jekk int tħobb lir-raġel, jew int tħobb lil mara, jekk int tħobb lis-sieħeb jew sieħba tiegħek, jekk trid turi l-imħabba tiegħek lejn l-ambjent u n-natura, jekk trid tiltaqa' mal-imħabba… indirizz wieħed hemm fil-ġurnata ta' San Valentinu… GĦAWDEX. In-noll tal-passiġġiera se jorħos għal €1.50 u tal-vetturi għal €8.50 YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Ir-reġistrazzjoni: ostaklu għaċ-ċittadin Ewropew