Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 3 ITTRA FILQATTUS TALMOSTA IMUT ĊIKKU FENECH INFURZAR Uffiċjali li qed jinvestigaw il-kaz tal-qtates imsallbin sabu ittra fl-aħħar qattus. "Aktar minn 48 sena jgħix f 'sofferenza għaliex għebet it-tama li jsib mara li tħobbu. Għex bit-torment ta' mara oħra u ttorturat bl-ilsien velenu tan-nies minbarra li Alla warrbu." Din instabet mal-qattus li kien imdendel mal-istatwa ta' San Filippu li qiegħda fuq iz- zuntier tar-Rotunda tal-Mosta. Ilbieraħ miet Ċikku Fenech, magħruf bħala l-persuna wara l-qtil ta' Ċikku Vella, f' Ġunju tal- 1963. Hu għamel tliet xhur maħrub bil-pulizija jfittxuh. Għal ġimgħat sħaħ hu għex fl-għerien tal- Ġnejna u Fomm ir-Riħ sakemm ta ruħu b'idejh fit-28 ta' Settembru tal-1963. Dan wara li kien assigurat permezz ta' terza persuna, li l-pulizija mhux se tuża' brutalità u forza żejda fuqu. Fil-fatt, Fenech żamm kellmtu u kien ġie arrestat fejn il-funtana ta' Triq Sant'Anna fil- Furjana. F'waħda min-numru ta' azzjonijiet diretti ta' infruzar, li ttieħdu fl-aħħar jiem, il-MEPA neħħiet estensjoni għal Mitħna storika fiż-Żurrieq. Mitħna li saħansitra hija skedata fil-livell ta' grad wieħed. Snin ilu ma' din il-mitħna nbniet kamra u minkejja d-diversi avviżi ta' infurzar is-sidien ma ħadux azzjoni. Fin-nuqqas ta' dan daħlet il-MEPA u neħħiet l-istruttura illegali. EŻEKUTTIV ĠDID Ilbieraħ saru l-elezzjoni tal-eżekuttiv tal- Partit Laburista. It-12-il membru Ordinarju tal- Eżekuttiv Nazzjonali li kienu eletti huma: Frans Agius, Mario Azzopardi, Krista Caruana, Monica Farrugia, Nettu Farrugia, Mario Farrugia Borg, Catherine Fenech, Sean Meli, Carlo Mifsud, Emmanuel Rocco u Jurgen Zammit. Ethelbert Schembri kien l-uniku kandidat li ma ġiex elett. Aktar kmieni, il-Prim Ministru u Mexxej tal- Partit Laburista, Joseph Muscat, akkumpanjat mill-Viċi Prim Ministru Louis Grech u d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Toni Abela tefgħu l-vot tagħhom. Perit f ' bord tal-MEPA b'introjtu ta' €788,000 jitħallas €80 is-siegħa waqt li għal xogħol ta' kontroll ta' ħsejjes u vibrazzjoni jitħallas €165 is-siegħa. Fuq Smart City, il-Perit Sciortino għandu żewġ ħlasijiet differenti, €65 is- siegħa u €300 kuljum. ILLUM huwa informat li bil-ftehim li Sciortino għamel mal-MEPA, huwa jibqa' jgawdi minn dawn il-ħlasijiet fenominali sakemm jitlestew Smart City, Fort Cambridge u Metropolis. Ippruvjana nitolbu kumment minn dan il-perit ilbieraħ, iżda ma kien hemm ebda risposta. Eddie Fenech Adami: jibqa' mnaqqax fl-istorja ta' pajjiżna f 'Xarabank u qabel il-programm kien ġol-green room jitkellem ma' persuni li jafda. Inzertajt kont qed nissemma bla ma jaf. Xi ħadd kien qallu li jekk Alfred Sant jaċċetta r-riżultat tar-referendum, kien jirbaħ l-elezzjoni. Fenech Adami kien wieġeb li ma jimpurtax li l-Partit Nazzjonalista jitlef l-elezzjoni iżda l-aqwa li ma jintilifx iċ-ċans li Malta tidħol fl- Unjoni Ewropea." Azzopardi sostna li Eddie Fenech Adami wettaq rivoluzzjoni siekta jisimha 'solidarjetà'. Ħoloq spazji enormi biex ħadd ma jibqa' lura. Ir- riħ tal-bidla fi żmienu sar riefnu. Il-preżentatur tal-programm Xarabank qal li iżda kienet il- libertà li għasses kuljum li xelfet 'il-valuri tradizzjonali' li bdew jinbiddlu bil-bidla li ġab huwa stess. "Bħala Prim Ministru kien jisħaq fuq il-valuri nsara. Jien kont wieħed minn dawk li ġieli kien 'iqabbiżieli' jitkellem qisu l-Knisja. Iżda llum naħseb li kienu dawn l-istess valuri nsara li mexxewh u naħseb li kieku ma kienx jemmen u jgħix dawn il-valuri ma kienx iġib ir-rivoluzzjoni siekta li ġab fil- qasam soċjali," temm jgħid Peppi Azzopardi. Joe Grima qal li t-tmexxija ta' Eddie Fenech Adami li qabel l-elezzjoni tal-1987 kien wiegħed li jekk jitla' hu, aħna nkunu lkoll aħwa Maltin, bdiet ħażin b'arroganza spjetata fil-Parlament mal-Oppożizzjoni minn uħud mill- Ministri u d-deputati Nazzjonalisti ġodda u b'mijiet ta' transfers lill- nies li ma kinux tal istess fehma politika tal-Gvern il-ġdid. "Jien naħseb li dan ma kienx dak li xtaq Fenech Adami imma li, fi ftit ġranet wara r-rebħa tal-Partit Nazzjonalista, tilef il-kontroll fuq in-nies ta' taħtu u tħallew isiru inġustizzij serji u abbundanti. Aktar tard fl-amministrazzjoni tiegħu, hu stess instab ħati ta' diskriminazzjoni politka." Barra minn hekk, Fenech Adami, li huwa kredenti profond, għabba l-priniċipji reliġjużi tiegħu fuq in-nazzjon kollu u b'hekk drittijiet ċivili li fl-Ewropa kienu ilhom li daħlu, fi żmienu, f 'pajjiżna, baqgħu ma daħlux. Grima fisser il-pożittiv ta' Fenech Adami kien li taħtu l-pajjiż għamel progress ekonomiku, fetaħ toroq ġodda bħal ma kienu s-servizzi finanzjarji fejn kellu suċċess u, permezz tal-viżjoni Ewropea tiegħu u d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, seta' joffri orizzonti ġodda lill-Maltin, speċjalment liż- żgħażagħ. "Kollox ma kollox jien jidhirli li Fenech Adami għandu jibqa' mfakkar bħala politiku, jekk mhux statista kredibbli li ta sehem importanti għall-progress ta' pajjiżna f 'diversi sferi tal-ħajja." Fenech Adami huwa statista kbir. Fl-1977, ftit inqas minn għaxar snin wara li daħal fil-parlament, wara li kien serva f 'bosta karigi fil-partit, li jinkludu President tal-Amministrazzjoni u tal-Kunsill Ġenerali, Fenech Adami ġie elett kap tal-Partit, fejn ħa post lill- predeċessur Ġorġ Borġ Olivier. Mill-1969, Fenech Adami ġie elett f 'kull elezzjoni ġenerali u bħala Kap tal-Partit huwa rebaħ erba' elezzjonijiet 1987, 1992, 1998 u 2003. Fl-1981, għalkemm il-Partit Nazzjonalista ġab il-maġġoranza tal-voti, ma ġabx il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-parlament u għalhekk baqa' fl-Oppożizzjoni. Tibdil fil-kostituzzjoni ta garanzija li l-partit li jirbaħ b'maġġoranza assoluta ta' voti jkollu maġġoranza ta' unijiet. Fil-fatt hekk ġara fl- 1987. Bejn l-1987 u l-1996, Fenech Adami bħala Prim Ministru ta' Malta kkommetta ruħu għal bidliet maġġuri f 'pajjiżna. L-infrastruttura tal-pajjiż, l-istrutturi tal-qasam tax- xogħol u dawk legali ġew leġislati mill-ġdid. Is-settur tal-kummerċ ukoll ingħata bidu ġdid u kien ġie meħlus mis-settur pubbliku. Il-qasam tal-komunikazzjoni, tal- banek u servizzi tal-finanzi ġew liberazzati u privatizzati. Malta bdiet ukoll żmien ta' integrazzjoni mal-Unjoni Ewropea. Malta applikat għall-Unjoni Ewropea fis- 16 ta' Lulju 1990. Bejn l-1996 u l-1998 Fenech Adami serva bħala Kap tal- Oppożizzjoni sakemm il- partit tiegħu rritorna fil-gvern f 'Settembru 1998. Fenech Adami serva ħames snin oħra bħala Prim Ministru u kap tal-Partit Nazzjonalista. L-applikazzjoni ta' Malta għall- Unjoni Ewropea kienet ġiet attivata mill-ġdid minħabba l-Gvern Laburista ta' qablu ffriża din l-applikazzjoni. In-negozjati mal-Unjoni Ewropea ġew konklużi f 'Diċembru 2002. F'April 2003 wara rebħa kemm fir-Referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-elezzjoni ġenerali. Fenech Adami ġie kkonfermat bħala Prim Ministru mill-ġdid. Ftit jiem wara, fis-16 ta' April 2003, Fenech Adami ffirma s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, flimkien ma' kapijiet oħra li kienu se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Bħala Prim Ministru Fenech Adami attenda bosta summits tal-Unjoni Ewropea u rrappreżenta lil Malta f 'bosta laqgħat tal-Commonwealth. Bħala kap tal-partit huwa attenda diversi laqgħat tal-Partit Popolari Ewropew. F'Diċembru 2003 Fenech Adami rċieva l-premju tal-Ewropew tas-Sena. Il-Premju kien mingħand il-gazzetta famuża European Voice għall-isforz li għamel favur is-sħubija ta' Malta fl-UE. Fis-7 ta' Frar 2004, mal-għeluq tas-sebgħin sena, Fenech Adami rreżenja bħala kap tal-partit. Fit- 23 ta' Marzu 2004 huwa rreżenja wkoll kemm mill-Uffiċċju tal- Prim Ministru kif ukoll mis-siġġu parlamentari tiegħu. Inqas minn ġimagħtejn wara, Fenech Adami laħaq President ta' Malta fejn ħa post Guido de Marco bħala s-seba' President tar- Repubblika ta' Malta. Il-Perit Sciortino għandu żewġ ħlasijiet differenti