Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 Ritratti: Chris Mangion Il-grupp Firelight għad-Danimarka: Coming Home ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Is-serata infetħet mill-kantanta Gaia Cauchi Il-membri tal-ġurija li għażlu r-rappreżentat ta' Malta l-Eurovision Song Contest li se jsir d-Danimarka Uħud mit-tfal li akkumpanjaw liċ-ċkejkna Gaia Cauchi JIDHER li Muscat hu sodisfatt bid-dedikazzjoni ta' Konrad Mizzi, Marie- Louise Coleiro Preca, Evarist Bartolo, Chris Cardona u Joe Mizzi, b'dan tal-aħħar ikollu wkoll il-problema tat-trasport pubbliku x'isolvi wara t-tluq tal-Arriva. Kollox jindika li dawn il- ministri se jżommu posthom fil-kabinett. Il-Ministru tas-Saħħa hu kkunsidrat bħala l-weakest link tal-kabinett. Wieħed seta' jinnota żieda sostanzjali fil-konferenzi tal-aħbarijiet li saru dan l-aħħar biex jippruvaw jagħtu sinjal pożittiv dwar il-ħidma tiegħu. Ftit jiem ilu ddefenda l-pożizzjoni tiegħu meta qal li ma setax jattwa r-riformi meħtieġa mill-ewwel ġurnata għax sab li l-pedamenti tas- settur ma kienu sodi xejn. Il-Ministru tal-Finanzi jeċċella bħala ekonomista iżda mhux daqstant fl-irwol politiku. Dan jista jwassal biex hu wkoll jitlef postu, minkejja li l-baġit kien meqjus bħala pożittiv. Jekk kif maħsub il-Prim Ministru jagħżel membru tal-kabinett bħala president, allura l-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella u d-deputat Prim Ministru Louis Grech huma l-aktar favoriti. Huwa fatt magħruf li Muscat jixtieq mara li sservi ta' President, wara li l-unika mara li żammet din il-kariga kienet Agatha Barbara fit- tmeninijiet. F'dan ix-xenarju l-għażla hija limitata iżda tista taqa' fuq il-Ministru Marie- Louise Coleiro Preca. Tkompli minn paġna 1 Dawn il-bidliet għandhom isiru qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Il-preżentaturi tal-festival kienu Moira Delia u l-kantanti Ira Losco u Gianluca Bezzina ILGRUPP Firelight bid-diska Coming Home huma r-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest 2014. Ilbieraħ filgħaxija ittellgħet is-serata finali tal-Malta Eurovision Song Contest fejn matulha ntgħażel il- kanzunetta Coming Home li se tirrapreżenta lil Malta fid-59 Eurovision Song Contest 2014 li se jsir fl-10 ta' Mejju li ġej fid-Danimarka. Il-grupp Firelight jikkonsisti minn Michelle Mifsud, Richard Micallef, Tony Polidano, Matthew Ellul u Leslie Decesare. Il- kanzunetta għandha kitba u kompożizzjoni ta' Richard Micallef. Bosta persuni segwew is-serata miċ-Ċentru tal- Mediterran għall-Konferenzi, l-MFCC, filwaqt li eluf oħrajn segwew dan il-festival annwali minn djarhom. Il-kanzunetta rebbieħa kienet determinata mill-voti ta' ħames membri tal-ġurija, kif ukoll permezz tat-televoting. Il-favurita tat-televoting kienet Jessika bil-kanzunetta Hypnotica. Is-serata infetħet mill- kantanta ċkejkna Gaia Cauchi - ir-rebbieħa tal-Junior Eurovision Song Contest – u inkludiet fost l-oħrajn il-parteċipazzjoni tal-grupp Malti Winter Moods u tal- kantanta rebbieħa tal-edizzjoni li għaddiet tal-festival tal- Eurovision Emilie de Forest. Il-preżentaturi tal-festival ta' din is-sena kienu Moira Delia u l-kantanti Gianluca Bezzina u Ira Losco – li t-tnejn irrappreżentaw lil pajjiżna f 'edizzjonijiet passati tal- Eurovision. Din is-sena daħlu total ta' 210 diska, li minnhom tniżżlu għal 70. Minn dawn is-70 intgħażlu 20. L-20 finalisti kienu Same kind of wonderful ta' Wayne William, City lady ta' Ryan Paul Abela, Brand new day ta' Davinia Pace, Let the sunshine in ta' Sophie Debattista, Hypnotica ta' Jessika, Invisible ta' Raquel Galdes, One last ride ta' Daniel Testa, Pin the middle ta' Debbie Stivala, Oblivion ta' Chris Grech, Until we meet again ta' Deborah C, Because I have you ta' Amber, Love tricity ta' Christabelle Borg, Coming home ta' Fire Light, Safe ta' Miriam Christine, Addictive ta' Romina Mamo, Now and forever ta' Andreana Debattista, Love will take me home ta' Franklin Calleja, Ten ta' Corazon, Take me ta' Pamela u Just no place like home ta' Fabrizio Faniello. Il-grupp Firelight bid-diska Coming Home huma r-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest 2014

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014