Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt B ħas-soltu ma nistennewx xi kampanja intelliġenti jew informattiva dwar l-Ewropa. Minflok nistennew ġlieda bejn żewġ partiti li jridu jaslu biex ma jmorrux agħar milli marru l-aħħar darba. Il-PN huwa fl-iktar pożizzjoni vantaġġjuża, għax allaħares għal Simon Busuttil li ġġib riżultat ħażin. Jidher mis-sondaġġi li l-PN ma għamilx biżżejjed avvanzi imma hemm ukoll xquq żgħar imma xquq fl-edifiċju tal-PL. Muscat diġà qed jgħid li huwa underdog, li ma tantx hija kredibbli. Ilu ma jkun hemm elezzjoni fejn pereżempju l-mezzi tax- xandir tal-istat mhux qed itambru ġurnata wara l-oħra kontra l-Partit Laburista. Dan kollu jafu Muscat. Imma jibqa' l-fatt li wara biss sena (kważi) fil-gvern kien hemm deċiżjonijiet li taw spinta lil Simon Busuttil. L-għażla tan-nies f 'pożizzjonijiet kruċjali jew fuq bordijiet u kif ukoll il-kwistjoni taċ-ċittadinanza. Imma minn naħa l-oħra Muscat wera li huwa business friendly u lest biex iressaq il-gvern u l-istrutturi tiegħu lejn il-komunità tan-negozju. Dan kollu għandu jservi biex ikun hemm ċertu għarfien għall- politika ta' Muscat. Li huwa żgur ukoll li Simon Busuttil irnexxielu jerġa' jattira parti mill-hardcore Nazzjonalisti. Iżda ma jidhirx li rebaħ fuq dawk li telqu l-PN minħabba amministrazzjoni li kienet titratta n-nies ħażin. Apparti hekk hemm ukoll l-għażla tal-Alternattiva Demokratika. Partit li għandu politika ambjentali ċara. Li hu ċert ukoll li ħafna nies mhux ser jivvutaw għall- kandidati, iżda għall-partiti. Li hu ċert ukoll li ħafna nies ma għandhomx xi interess partikolari fil-Parlament Ewropew. Jaraw l-avveniment bħala opportunità oħra biex jagħtu appoġġ lill- partit tagħhom jew il-politika partikolari. Jixraq li dan l-appuntament partikolari jħares ftit ukoll lejn ix-xogħol tal-kandidati u membri parlamentari. U forsi jiżen ftit il- kapaċitajiet tagħhom u jippremja dawk li jaħdmu u jkollhom riżultati. Bħala gazzetta nemmnu li l-votant u dak eliġġibli biex jivvota għandu jkollu d-dmir biex jivvota. Bħal ma kienu jgħidu, l-għażla f 'idejna. Il-kampanja għall-Ewropa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014