Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

fejn l-għalliema ma riditx tgħallimni għax kont żeffiena. Lanqas il-parents day ma kienu jħallu lill-ġenituri jiġu. Kienet twaqqagħni għaċ-ċajt quddiem klassi tfal meta ma kontx niftakar xi poeżija u tgħidli 'ara kif tiżfen tiftakar.' Dan wassalni biex meta spiċċat l-iskola, sħabi kollha kienu qed jibku għax spiċċaw u jien tlaqt lejn id-dar u lanqas biss mort niġbor iċ- ċertifikat." Janice kienet iffissata fuq iż-żfin jazz, tapping, ballet, cabaret u ma kienet lesta ċċedih għal ħadd, lanqas għall-għarus tagħha (illum żewġha) tant li rrakkuntatli li dak iż-żmien fis-sajf kienu jinfirdu għax kien ikollha ħafna xogħol ta' żfin u jerġgħu jirranġaw fix-xitwa. Bħala mudella qatt ma rebħet xejn, anzi kienet tiġi minn tal- aħħar, "naħseb minħabba t-tul" qaltli Janice bi tbissima. Iżda ma kontx naqta' qalbi xorta, dak id-dawl fuqi u n-nies iċapċpu kien isaħħarni. Qatt ma naf li rrabbjajt għax ma rbaħtx avolja kont nixtieq li nirbaħ." Ta' 18-il sena, Janice ħarġet tqila bla mistenni u ħolma li kellha li tiżżewweġ b'libsa ħamra fuq bajja taret mar- riħ għax il-ġenituri tagħha xtaquha tiżżewweġ qabel titwieled it-tarbija u semgħet minnhom. Żewġha spiċċa jaħdem l-Ingilterra għal diversi snin u Janice telgħet miegħu flimkien ma' binthom fejn tiftakar li fil-borra u l-kesħa kienet twassalha l-iskola fuq ir- rota fejn kienet taqdef għal erba' kilometri kuljum. Iżda hemm ma qagħditx tħares avolja ma kinitx taħdem u fil-fatt għamlet korsijiet ta' interior design u fotografija. Iżda l-immudellar u ż-żfin qatt ma telqu mill-vini tagħha u meta waslet Malta bdiet taħdem ma' aġenzija tal-immudellar bħala fotografu. Imbagħad meta għalqet din l-aġenzija fetħet għal rasha. Janice ħolqot kors tal-immudellar b'differenza, kors li ħolqitu hi minn dak li tgħallmet fil-kors ta' ħajjitha. Lill-mudelli tagħha barra l-mixi fuq il-catwalk u l-photoshoots riedet tgħallimhom id-drama, "għax nemmen li fuq il-palk wieħed irid jilbes maskra u jekk għandu problemi d-dar jgħattihom bil-maskra." Fil-kors tagħha tgħallimhom ukoll jagħmlu l-make up u anke xagħarhom ħalli jekk il-ġenituri tagħhom ma jkunux jaffordjaw li jħallsulhom biex jagħmluhom ma jkollhomx problemi għax ikunu kapaċi jaqdfu għal rashom. Bħalissa mal-Vipaj Modelling hemm bejn 30 u 35 mudella bejn l-10 snin sa 23 sena. "Jiġu ħafna bi tfal ta' sentejn iżda jien ma nżommhomx," qaltli Janice, "li kelli nżommhom nakkwista ħafna flus, iżda l-flus mhux kollox u jien ma naqbilx ma' mudelli ta' età hekk ċkejkna." Indunajt li mill-mudelli kollha tagħha ma kienx hemm ġuvni wieħed. "Hemm diversi raġunijiet. Hemm perċezzjoni li dawk li jimudellaw jew ikunu gays, inkella kesħin jew donnaioli u għalhekk huma fil-minoranza. Hu fatt ukoll li l-immudellar fuq l-irġiel hu aktar iebes għax hu bbażat ħafna iżjed fuq il-physique tagħhom u jridu jitħarrġu ħafna għalih. Nixtieq li jkolli subien iżda s'issa ma rnexxilix." Ħadna belgħa oħra inbid u komplejna nitkellmu dwar kemm idum kors u dwar il-kompetizzjonijiet. "Suppost kors jieħu 12-il ġimgħa iżda jien inkompli nġebbidhom għax ma nkunx irrid nitlef l-istudenti wara li nkun drajthom. U dan nagħmlu mingħajr ħlas żejjed." Bintha, Yanika, wkoll hi mudella iżda ma tikkompetix fil-kompetizzjonijiet li torganizza ommha għax ma tħosshiex komda li tiġġudika lil bintha, li hi mudella li marret tirrappreżenta lil Malta f 'diversi pajjiżi. Janice qalet wkoll li tħossha mweġġgħa l-aktar meta wara kompetizzjoni jkun hemm mudelli u familjari tagħhom li ma jaċċettawx li ma rebħux. "Jibdew isabbtu u jkollhom rabja kbira. Wara jogħsfru u jibdew jgħidu kontrija. Inweġġa' ħafna b'din l-attitudni. Għax jien naf x'inkun għamilt għalihom. Wara ġurnata photoshoots li ma jħallsux għaliha nibqa' mqajma sas-2am nirranġa r-ritratti u ntellagħhomlom fuq is-sit. Nispiċċa mkissra u mgħawġa ganċ minħabba li nbati minn slip disc. U minn fuq jaġixxu miegħi hekk." Janice qaltli wkoll li żewġha hu l-prime judge iżda hi ma tkellmux fuq il-mudelli sal-kompetizzjoni ħalli ma tinfluwenzahx. "Ħafna drabi nargumentaw fuq l-għażliet tiegħu għax ma naqbilx bħalma ġara s-sena l-oħra li l-mudella li tħalliet barra biex tmur l-Italja għal kompetizzjoni internazzjonali, spiċċat telgħet flok waħda li ma setgħetx titla' u din Jasmine Camilleri spiċċat kaxkret il-kuntest fost 26 mudella Maltin u Taljani." Iżda l-akbar argumenti bejnha u bejn ir-raġel hu minħabba li tagħti ħafna ħin u ma taqlax flus biżżejjed. "Il-flus għandi bżonnhom, fil-fatt naqla' eżatt biex inħallas il-loan tal-istudio li xtrajt hawn. Iżda jien mhux il-flus nara iżda li nħossni tant sodisfatta meta narahom ferħanin u jidħku. Il-fatt li narahom entużjasti nħossni li għandi l-miljuni. Daħka ta' waħda minnhom hi biżżejjed għalija." "Wara kollox il-familja m'għandhomx għalfejn igergru għalija, għamilt 'il fuq minn 10 snin wieqfa minn xogħli biex iddedikajt ħajti għalihom. Problemi kelli u mhux ftit iżda bil-perseveranza tiegħi ħriġt minnhom u f 'dan ix-xogħol sibt fih saħħa u enerġija biex inkompli ħajti." Il- perċezzjoni hi li dawn l-aġenziji tal- immudellar huma kollha magna biex jakkwistaw il-flus minn żgħażagħ ħalliema. "Żgur li jien mhux hekk. Ħafna minn dawn it-tfajliet jiġu jimmudellaw għax ikunu bullied u jkunu jridu juru lil dawk li jwaqqgħuhom għaż- żufjett li kapaċi jagħmlu xi ħaġa b'ħajjithom. Dan l-aħħar kelli żewġ adolexxenti li jqattgħu lilhom infushom bix-xfafar u xħin rajthom u qaluli li ma jħossuhom tajbin għalxejn u li jixtiequ jmutu nfqajt nibki magħhom. Imma s-sodisfazzjon li ħadt meta poġġejt ir-ritratti tagħhom fuq Facebook u tiktiblek grazzi u taraha tifraħ, hu xi ħaġa li l-ebda somma flus ma tista' tagħtihielek." Fil-fatt Janice qaltli li billi m'għandix kuntatti biżżejjed biex l-istudenti tagħha jidhru fuq magazines, ħolqot magazine online jismu 'Runway Affair' biex il-mudelli tagħha jkunu jistgħu jarawhom barra minn xtutna fejn diġà kien hemm xi offerti għal xi wħud minnhom. L-immudellar hu fattur fejn il-ġmiel u l-figura tiżboq fuq kollox u għalhekk staqsejt lil Janice jekk taċċettax tifla li tkun kemxejn mibruma u qasira jew mhux ħelwa biżżejjed u tkun trid tagħmel il-kors. "Naċċettaha. U dan ma nagħmlux biex noħdilha flusha għax il-kors li nagħtihom jgħinhom xorta għad-dinja tax-xogħol. Hemm mod kif tgħidilha li għandha bżonn tonqos u għalhekk ngħidilha biex tagħmel l-eżerċizzju fiżiku u tiekol ikel tajjeb għas-saħħa iżda qatt ma ngħidilhom biex jagħmlu dieta. "Bħalissa għandi studenta ta' 16-il sena li għandha l-kanċer u qiegħda l-Ingilterra għall- kura. Kellimtha u qaltli li qed tipprepara għal photoshoot u meta staqsejtha kif inhi qaltli 'ma jista jiġrili xejn aktar milli ġrali.' Bqajt bla kliem. L-esperjenzi li tiltaqa' magħhom huma ħafna. Hemm każi fejn adoloxxenti ta' 14-il sena jixtiequ jmutu u hemm minnhom li qed imorru jaħdmu għal €1 fis-siegħa biex iħallsu l-kors għax il-ġenituri tagħhom ma jistgħux jew ma jridux iħallsulhom. Fil-fatt ġieli tajt korsijiet mingħajr ħlas. Għax wara l-ħlas nieħdu bit-tbissima li jkollhom fuq fommhom. Hemm oħrajn li jgħiduli biex nirranġalhom ir-ritratt, billi nnaqsilhom minn hawn jew minn hemm u nirranġalhom id-dehra u jien ngħidilhom li jridu jaċċettaw ruħhom kif inhuma. L-istudenti tiegħi kulma jridu li tismagħhom u jien dak li qed nagħmel għax inħoss li jien qatt ma kelli l-ħadd li semagħni u rrid nagħtihom dak li ma kellix jien u nagħtihom ukoll minn dak li gawdejt jien." Din hi Janice Azzopardi gladjatur għal dawn l-adoloxxenti li trid tgħinhom jsibu l-ferħ fuq il-problemi tal- adoloxxenza tagħhom. Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 11 Gladjaturi tal-Ħajja Tuża l-immudellar biex timla liż-żgħażagħ bil-ferħ "Nitħallas bit-tbissima ta' fuq fommhom"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014