Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 MELA l-weekend li għadda kien organizzat il-Malta Rocs Festival. Dan festival tar-reklami u fl-ispazju ta' bejniethom kultant jitkantaw xi diski. Jien ir-reklami ma nħobbhomx u nħobb ħafna z-zekzik tan- nies mhux bħal Papa għax dak idejqu qal. Għalhekk segwejt ir-Rocs Festival fuq il-Fejsbuk. U ħa ngħidlek vera tgħallimt, għax barra l-grammatika u l-Ingliż impekkabli li jinkiteb stajt insegwi l-polz ta' poplu espert fil-mużika u fil- kritika. Sirt naf li kien hemm speċi ta' kantanti li libsu ħwejjeġ li jġibu ħara lid-disinjaturi bħal Versace u Armani. Kien hemm qalu min kien liebes qisu diva Griega jew anġlu ġej mis-sema u kien hemm min qabbluh ma' pavaljun tal-festi f 'Għawdex. F'daqqa waħda għagħa kbira fuq il- Fejsbuk… Ira ġennet lil kull raġel fuq il-Fejsbuk bil-libsa. Il-fantasija ta' moħħhom ġriet b'kull raġel imxennaq li kien hemm fuq Fejsbuk… dak li ħasbu li hu ġisem għeri kienet biss libsa kulur il-laħam, 'optical illusion' jgħidulha l-Ingliżi, bil-Malti waqa' għan-nejk tal-ġaħan Malti. Bilħaqq għax kont insejt fir-Rocs Festival tkantaw xi diski wkoll u ma' kull kanzunetta ruxxmata ta' powsts fuq il-Fejsbuk… "m'hemmx waħda sura" … "x'faqar ta' diski" … Bejn diska u oħra, bejn nofs tużżana reklami u tużżana oħra wasalna lejn il-votazzjoni… fejn il-ġaħan Malti nefaq flusu jipprova jilgħabha ta' membru tal- ġurija u spiċċa qisu ħmar jinħaq fid-deżert għax tiddeċiedi r-rebbieħ kienet ir-Russa, it-Taljan u xi stripper sportiv qaluli. Tħabbret id-diska rebbieħa u bdejna… "tat-tieni kienet aħjar"… "anke tat-tielet." Tiskanta l-istess nies li qalu ma kienx hemm diska sura… issa lemħu tnejn (dejjem barra dik rebbieħa) ... Għalkemm ikolli nammetti li kien hemm qbil fuq Fejsbuk li l-aqwa li kienet il-libsa ta' Ira Losco u t-tiċrita tal-ħalq tat-tabib li trid tiftaħ is-sound beraħ forsi tisma' leħnu meta jkanta. Xi ftit tal-ġranet oħra titfaċċa l-Bendybus ta' Peppi… u nibdew… x'familja simpatika… x'diska dik… (bilħaqq dawn dejjem l-istess nies ta' qabel eh)… Tasal il-ġurnata li l-entourage Nazzjonalist jitla' għad-Danimarka… u tibda taqra… "għandna diska bomba" … "ninsabu fost il-favoriti" ... "għandna biex nirbħu." Peppi jagħmel kuntatt ma' martu fid- Danimarka u tgħidilna li Richard (ir-rebbieħ) ġennen partita Daniżi warajh…ħafna minnhom irġiel…Waqt il-voti Malta kollha tieqaf tistenna d-douze points (and the 12 points go to…)…u meta flok isem Malta jissemma xi pajjiż Russu jew Skandinav nibdew…"voti bejn il-ġirien" ... "ħbieb tal- ħbieb." Joħroġ r-riżultat u niftakru li Malta kienet diġà nqalgħet il-ġurnata ta' qabel u tibda taqra… "għalfejn nipparteċipaw?" … "ħela ta' flus il-poplu" … "dan kollu jsir biex issiefer il-klikka t'Anton, Silvio u Manwel." Jibda l-paroli għaliex ma bgħatniex lil Ira u ninsew li meta marret Ira l-istess diskors kien intqal fuqha… Sadattant sieħbi l-Bundy jkompli jagħmel mistoqsijiet li ma jweġibhomlu ħadd… Għax il-bendybus ta' Peppi għadha għaddejja u l-Bundybus għadha tistenna… Insomma tgħaddi ġimgħa u ninsew li kien hemm grupp jismu Firelight… għax il- poplu Malti jkollu xi ħaġa oħra fuq xiex jehda… Issa nkunu rridu nuru għerfna fuq l-elezzjonijiet għal ħrief tas-sagrifiċċju Ewropej. U l-kotra tkompli tgħajjat Malta Maltija u jekk ma tħobbnix ommi tħobbni z-zija. Se jirbaħ kulħadd 97 ġurnata oħra u jkollna rebħa kbira għal Malta tagħna lkoll. Kollox lest biex niċċelebraw ir-rebħa elettorali tal-ħrief tas- sagrifiċċju. Ta' Simone kulma jridu siġġu ieħor (nispera li ma jiswielhomx daqs dak tal-parlament il-ġdid għax żgur li m'għandhomx biex iħallsuh). Filwaqt li tal- moviment ir-raba siġġu ma In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek JOHN BUSUTTIL Kemm ġie ħelu Norman Vella hawn Waħda minn dawn għal President

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014