Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
26 illum Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 SPORTSillum SPORTSillum Qormi......................3 Birkirkara ................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT TIDHER li teżisti relazzjoni speċjali bejn Qormi u l-U*BET FA Trophy, hekk kif fl-aħħar sentejn dan it-tim dejjem wasal sal-finali ta' din it-tieni l-iktar kompetizzjoni importanti fil-futbol Malti wara l-Kampjonat BOV Premier, u b'hekk wara din ir-rebħa jista' jerġa' jasal sal-finali għat-tielet darba konsekuttiva fl-4 ta' Mejju li ġej. U lbieraħ ma kinitx eċċezzjoni hekk kif huma eliminaw lit-tim li jinsab fil-quċċata tal- Kampjonat, Birkirkara, meta xxukkjawhom u kontra kull mistenni għelbuhom bl-iskor ta' 3-1 wara li saħansitra kienu gowl minn taħt kmieni fil- logħba. Kienu Birkirkara li fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta Shola Shodiya Haruna għadda tajjeb lejn Paul Fenech li qabeż difensur qabel għeleb lil Matthew Farrugia permezz ta' xutt b'saħħtu minn tarf il-kaxxa. Madankollu fil-31 minuta Qormi ġabu l-iskor indaqs meta minn freekick ta' Triston Caruana, Alejandro Mendoza u Alfred Effiong għolew għall-ballun bid- difensur ta' Birkirkara jitfa' fix-xibka tiegħu stess biex b'hekk irriżulta awto-gowl. U s-sofor u suwed irnexxielhom imorru fil- vantaġġ żewġ minuti fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta l-goalkeeper Justin Haber ħareġ ħażin biex jinterċetta cross mix-xellug ta' Effiong, u għalhekk ippermetta lil Leighton Grech biex jitfa' f 'lasta vojta. Fid-90 minuta Qormi għamluhom 3 meta f 'kontrattakk veloċi, Alfred Effiong dar tajjeb ma' Justin Haber u l-konklużjoni tiegħu ġiet imblukkata minn Alejandro Mendoza iżda mir- rebound, Lucas Maximilian Cantoro, tefa' ġewwa u lill- partitarji ta' Qormi f 'dellirju ta' ferħ. Qormi: Farrugia (Sultana 43'), Bugeja (Vella 3'), Gianola, Bondin, Pisani, Quintieri (Bajada 73'), Caruana, Da Silva, Cantoro, Effiong, Grech Birkirkara: Haber, Zerafa, Mendoza, Vukanac, Temile (Calheira Seara 75'), Sciberras, Scicluna (Camenzuli 58'), Fenech, Shola Shodiya haruna, Herrera, Benites da Conceicao (Vella 79') Referee Ville Nevalainen (FILL) Ritratt: Ray Attard LEIGHTON GRECH Twieled fl-20 ta' Marzu 199 Skorja t-tieni gowl tant importanti fil- ħin miżjud tal-ewwel taqsima propju kontra wieħed mit-timijiet li lagħab magħhom fil-passat, Birkirkara Barra ma' Qormi, fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma' Birkirkara, Vittoriosa Stars, Hibernians, kif ukoll mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Qormi jixxukkjaw lil Birkirkara u jeliminawhom mill-U*BET FA Trophy Shola Shodiya Haruna jara x-xutt tiegħu mill-viċin jiġi milqugħ mill-goalkeeper u captain ta' Qormi, Matthew Farrugia

