Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 Divorzju: 1,100 talba, 4 biss miċħuda JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt MILL1 t'Ottubru 2011 s'issa, saru kważi 1,100 talba għal divorzju fil-Qrati Ċivili. Skont stħarriġ li għamlet din il-gazzetta jirriżulta li minn total ta' 1,086 talba sal-aħħar ta' Jannar li għadda, ġew deċiżi 907 li ntlaqgħu kważi kollha bl-eċċezzjoni ta' erbgħa. Dawn jinkludu 60 talba ta' rikors biex kawża ta' separazzjoni li tkun għadha pendenti tinbidel għal waħda ta' divorzju. Skont il-liġi li tirregola d-divorzju, biex il-Qorti tal-Familja tilqa' t-talba ta' divorzju jridu jkunu sodisfatti ċertu kriterji, fosthom li l-miżżewġin ikunu għexu separatament mill-inqas għal erba' snin matul l-aħħar ħames snin qabel ma ssir it-talba. Il-proċeduri jibdew fuq talba ta' waħda mill-miżżewgin kontra l-persuna l-oħra. Il-liġi tgħid li l-Qorti trid tkun sodisfatta li m'hemm l-ebda tama raġonevoli għal rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin. Kundizzjoni oħra tikkonċerna l-garanzija ta' manteniment fejn dan hu applikabbli, iżda dan id-dritt għall-manteniment jista' jiġi irrinunzjat mill-partijiet f 'kull żmien. L-akbar ammont ta' talbiet għad-divorzju saru fl-ewwel tliet xhur minn mindu daħlet il-liġi. Infatti bejn Ottubru u Diċembru 2011, kienu saru xejn inqas minn 222 kawża. L-ammont kompla jikber matul l-2012 għal 442, filwaqt li naqas matul is-sena l-oħra b'340 talba. F'Jannar li għadda, saru 23 kawża li l-ebda minnhom ma kienu deċiżi sa ftit jiem ilu. Huma tnejn l-imħallfin li jiddeċiedu dawn il-kawżi, l-Imħallef Abigail Lofaro u l-Imħallef Robert Mangion. B'kollox, il-Qorti Ċivili (sezzjoni tal-familja) għad għandha quddiemha kważi 180 talba pendenti, li l-maġġoranza kienu reġistrati s-sena l-oħra. Id-divorzju daħal fis-seħħ f 'Malta fl-1 t'Ottubru 2011 wara referendum jaħraq f 'Mejju tal-istess sena. Qabel, il-liġi Maltija kienet tirrikonoxxi divorzji li jkunu ngħataw minn Qrati barranin, iżda minkejja dan il-Qrati Maltin ma setgħux jamministraw huma l-ogħti tad-divorzju. Dan kien qajjem il-mistoqsija jekk id-divorzju kinitx kwistjoni ta' privileġġ peress li min kien jiflaħ iħallas kien iġibu minn barra u dawk li ma setgħux kellhom jibqgħu mingħajru. Dan wassal biex f 'Lulju 2010, id-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando ressaq Private Members Bill biex tiġi diskussa l-introduzzjoni tad- divorzju. Madankollu din ma kinitx l-ewwel darba li ġara hekk, wara li d-deputat Laburista Joe Brincat kien ressaq Private Members Bill fl-1996 iżda qatt ma telgħet fl-aġenda tal- Parlament. Minkejja li kien sejjaħ għal referendum, u r-riżultat kien wieħed ċar ta' vot favur, l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi xorta kien ivvota kontra fil- Parlament. Il-vot fil-Parlament kien għadda b'52 vot favur, 11 kontra u 5 astensjonijiet. META ġiet ikkuntattjata Buttigieg ikkonfermat li għandha salarju iżda qalet: "Ma tafux kemm naħdem sigħat twal." Mhux magħruf kemm hu t-tieni salarju tagħha. Buttigieg kienet bdiet il- karriera tagħha bħala kantanta jazz f 'nightclubs u mbagħad preżentattriċi televiżiva fuq NET u One TV. Kienet ukoll involuta fit-tnedija ta' televiżjoni privat li mbagħad falla. Wara perjodu mhux ħażin fuq One TV mmexxija mill- Partit Laburista daħlet fix-xena politika u spiċċat kelliem ta' Joe Cassar il-Ministru tas-Saħħa fi żmien Lawrence Gonzi. Joe Cassar huwa wieħed mill- ikbar ħbieb ta' Simon Busuttil u kif ukoll parti mill-grupp ta' strateġija ta' Busuttil. Buttigieg tikkonferma t-tieni salarju Il-maġġoranza kuntenti wara t-tluq tal-Arriva ILMAĠĠORANZA ta' dawk li pparteċipaw fi stħarriġ mhux xjentifiku tal-MaltaToday jaħsbu li t-tluq tal-Arriva ma ħalliex impatt negattiv fuq it- trasport pubbliku, anzi hemm min jaħseb li mar 'il quddiem. Mistoqsija kif jevalwaw is-servizz tat-trasport pubbliku wara t-tluq tal- Arriva, 38% qalu li s-servizz mar għall-aħjar. Huma jaħsbu li minn mindu l-gvern ħa f 'idejh dan is- servizz, il-karozzi tal-linja qed ikunu aktar fil-ħin u qed jużaw aktar dan it- trasport pubbliku. 35% qalu li ma ħassewx tibdil sinjifikanti fil-livell tas-servizz, filwaqt li 28% qalu li s-servizz mar għall- agħar minn mindu l-gvern ħa post l-Arriva sakemm jinstab operatur ġdid. L-Arriva laħqet ftehim mal-Gvern Malti fi tmiem is-sena li għaddiet biex ittemm l-operat tagħha li kien qed jiġġenera telf. Il-gvern ma wiritx is-70 miljun Ewro dejn tal- kumpanija. Minflok, waqqaf il-Malta Public Transport Services b'allokazzjoni ta' €8.5 miljun, biex b'mod temporanju tmexxi s-servizz hi sakemm aktar tard din is-sena jintgħażel operatur ġdid. Tkompli minn paġna 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014