Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt FL2013 f 'Malta waslu ftit aktar minn elfejn immigrant irregolari, żieda ta' 118 il- persuna fuq is-sena preċedenti. ILLUM hi infurmata li kwart tal-immigranti irregolari li waslu Malta s-sena li għaddiet kienu tfal u żgħażagħ. Il-maġġoranza kellhom bejn sittax u tmintax-il sena u l-biċċa l-kbira ma kinux akkumpanjati minn ġenituri jew familjari oħra. Dawn jammontaw għal 500 żagħżugħ li minnhom kien hemm biss 73 tas-sess femminil. Barra dawn, kien hemm ukoll erbat itfal żgħar. Mal-wasla tagħhom f 'Malta, dawk li ma jkunux akkumpanjati jingħatalhom gwardjan legali taħt ordni ta' ħarsien mill-Ministeru għall- Familja, wara li tkun aċċertata l-età tagħhom. Skont l-Aġenzija tan- Nazzjonijiet Uniti għar- Refuġjati (UNHCR) jirriżulta li l-immigranti waslu Malta permezz ta' 24 dgħajsa li ġew interċettati mill-Forzi Armati ta' Malta. Kull dgħajsa li waslet fi xtutna telqet mil-Libja. "Matul l-2013 id-dgħajjes li waslu Malta kienu ġejjin biss minn dan il-pajjiż, ma kienx hemm dgħajjes li telqu minn rotot oħra," qal kelliem għall- uffiċċju tal-UNHCR f 'Malta. Infatti l-wasliet ta' immigranti kompla jikber b'mod partikolari matul it-taqlib politiku fil-Libja u wara l-waqgħa tar-reġim ta' Gaddafi. It-total ta' immigranti għall- 2013 kienu t-tieni l-akbar fl-aħħar tnax-il sena, u t-tielet żieda konsekuttiva fl-aħħar tliet snin. Iżda hu żbaljat li wieħed jassoċja l-immigrazzjoni irregolari mal-wasliet bil-baħar biss. L-uffiċju tal-UNHCR f 'Malta hu infurmat li matul l-2013 saru madwar 350 applikazzjoni għall-ażil minn individwi li ma waslux Malta permezz tad-dgħajjes. Bħas-snin preċedenti, il-maġġoranza assoluta tal-immigranti jkunu ġejjin mis-Somalja, mill-Eritrea u mis-Sirja. L-istatistiċi għall-2013 jikkonfermaw dan, fejn wieħed minn kull żewġ immigranti kienu Somali (50%) waqt li wieħed minn kull erbgħa kien ġej mill-Eritrea (23%). Isegwu refuġjati ta' nazzjonalità Sirjana (8%) Niġerjani (4%) u dawk Palestinjani (3%). Il-gwerra ċivili fis-Sirja bejn ir-reġim ta' Bashar al-Assad u r-ribelli kienet il-kaġun ewlieni għaż-żieda ta' refuġjati Sirjani fl-aħħar snin. Matul l-2013, refuġjati Sirjani ammontaw għal kwart ta' dawk li ngħataw protezzjoni mill-awtoritajiet Maltin. Interessanti l-fatt li minkejja l-prinċipju ta' solidarjetà li jgħaqqad l-iStati Membri tal- Unjoni Ewropea, kienet l-Istati Uniti li għenet l-aktar biex immigranti bi status ta' refuġjat jibdew ħajja ġdida f 'pajjiż ieħor. Kelliem għall-UNHCR f 'Malta qal kif minn 412-il persuna li ġew rilokati f 'pajjiż ieħor, l-Istati Uniti ħadet xejn inqas minn 390. L-oħrajn ittieħdu mill-Irlanda, mill-Polonja u l-Kanada. Seba' refuġjati oħra telqu lejn l-Awstralja taħt programm separat. Mill-2005 s'issa, 2,240 refuġjat ġew rilokati f 'pajjiż ieħor minn Malta. illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 2013: kwart tal-immigranti kienu tfal u żgħażagħ Sena Numru ta' dgħajjes Total ta' Immigranti 2002 21 1,686 2003 12 502 2004 52 1,388 2005 48 1,822 2006 57 1,780 2007 68 1,702 2008 84 2,775 2009 17 1,475 2010 2 47 2011 9 1,579 2012 27 1,890 2013 24 2,008

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014