Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
12 illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 "DAN l-aħħar Simon Busuttil iffissa fuqi… ma nafx jien!!!!" Mhux għalija qed nirreferi… jien kont ili 43 sena naħdem hemm u qas induna li tlaqt… aħseb u ara kemm iffissa fuqi… Dak Ġowi qed jaħseb hekk. U ħallina Ġuż kemm tara kbir qalbi… dak ma jħobbhomx boċċi u rrumblati ta… dak hekk l-istil ta' Bruce Lee jħobbhom jew inkella forma ta' komodina biex iserraħ fuqha. Barra hekk Ġowi ħi… jekk ikun irid xi mibrum jew mibruma fil- parlament hemm ħafna li aktar faċli taqbiżhom milli ddur magħhom. U oqgħod attent għax bħalissa f 'dak l-imbierek parlament tgħidx x'hemm minnhom iħobbu jbagħbsu… hux vera Ton? Nitfgħuhom f 'gallinar u jgħajruna żibel Ajma ħej dawn is-suwed x'rewwixta qajmu! Isma' ma naħsibx li għax raw lil Claudette u lil Marlene hux? Għax kien hemm min qal li dawn iż-żewġ beauty queens tal-parlament qanqlulhom il-passjoni… Ma ppretendewx xi ħaġa aħjar hux? Tajnihom kantanta kkulurita skont l-okkażjoni, għawwiema prima mal-bram… u kienu akkumpanjati minn Robin Hood li jqassam ġid il-poplu lil min hu fil-bżonn… Ma niflaħhomx jien lil dawn is-suwed li f 'dawn it-tliet eroj Maltin lemħu ż-'ŻIBEL'… Eh mhux għalihom qalu hekk? Għal Maltin kollha qalu hekk? Vera ingrati mela li wara li tfajnihom jgħixu f 'gallinar qishom tiġieġ. Mhux ta' b'xejn li Ġowi u l-Imperatur Normann ħarġu bl-għajta ta' push back… imbotta b'lura lillyyyy ħi… Cyrus dejjem b'xi waħda Kemm hu ħelu dan Cyrus hux! Vera tifel minn tagħna miskin. Ara x'qalilha lil Claudette Abela u Baldacchino! "Nixtieq ngħid prosit mill-qalb lill- ħabiba tiegħi Claudette Abela Baldacchino tax-xogħol li għamlet fil-Parlament Ewropew." Għaliex ma qalx l-istess kliem lil Joseph Cuschieri jew lil Marlene Mizzi? Iva balleċ għandkom raġun Claudette għandi jkun mhux ħierġa għall-elezzjoni… xogħolha għamlitu… ma tiflaħx iżjed għal piż tas- salarju… Isma' bilħaqq sieħbi Gouder… nispera li ma tajtux xi arloġġ hux lil Toni tal- arloġġi… għax vera għamillek libell u pjaċir li naħseb se jiswielek siġġu fil-Parlament Ewropew fejn hemm tibda taħdem għalija, għalik u għall- familja tiegħek. Ara x'se tivvinta Cyrus… infakkrek biss li fit-tiġrijiet l-ewwel li jtellqu l-ħmir u ż-żwiemel fl-aħħar joħorġu… Donnu l-Gouder kapaċissimu meta jiġi minn wara… ħu ħsieb Cyrus ħallik miż-żikk ta' klieb għax dawk m'għandhomx vot. In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek JOHN BUSUTTIL 50% 60% 75% MASSIVE CLEARANCE SALE Short/Cocktail Dresses €10 - €30 Long/Evening Dresses €20 - €50 Open From 9:30 to 13:00 and 16:30 - 19:00 64, Old Bakery Street, Valletta. Tel No: 2123 0506 / 9926 3720 SALE Hemm hu l-Milanist… kif qajmu… xagħru… Il-warden jagħti eżempju kif m'għandekx tipparkja

