Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 13 In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek It-travu ta' Tereżina Tereżina Komodini Cachia ħarġet fuq id-dgħajsa biex turina kemm hu kbir. Kbir il-vapur tal-LNG u l-ħażna tal-gass. Imma jkolli nistaqsi lil Tereżin fejn il-madoffi kienet meta l-Gran Fenech Adami għażel il-ponta ta' Delimara biex jibni power station. Liema power station b'kull rispett irrovina l-villaġġ ta' Marsaxlokk. U bħal ma jinkiteb fil-Bibbja, it-travu l-kbir ma tarahx Tereżina. Ħeqq deskrizzjoni għal din it-tip ta' mġiba tiġi deskritta bħala ipokrezija grassa. Stevjuċċu Kemm ħadt gost naqra l-introduzzjoni ta' Steve Mallia l-kap tat-taqsima tal-aħbarijiet tat-Times fil-ktieb ta' Eddie - My Journey. Kont kommoss meta semma kif il-mamma tiegħu għenet lilu biex jikteb in-noti. Miskina kemm hi mara twajba. Kemm nixtieq kelli l-mamma biex iżommli idi u timsaħli… le d-dmugħ. U oħra, kemm jien kommoss li kellu jieħu l-pariri ta' Kakka Caruana. Iva l-kardinal innifsu, dak ir-raġel kbir li jibqa' mfakkar għal kemm ħadem biex ifotti lin-nies li ma kinux jaqblu mal-partit il-kbir. Eddie l-kbir Iva trid tkun kbir biex fil-ktieb tiegħek issemmi lil Joe Saliba darbtejn biss. U nistaqsi għalfejn, u Ġużeppi fejn kien għal-launch? Għax ma rajtux. Kemm kont nieħu pjaċir narah hemmhekk preżenti ma' kulħadd inkluż l-isbaħ wieħed fosthom il-Gran Agostino Gattino. Li skont il-gran eks premier kien bniedem leali imma daqxejn 'gruff.' Gruff bil-Malti tiftiehem salvaġġ, annimal, ħanżir, bla manjieri, pastaż u tar-raħal. Prosit Ed, sammart il-musmar fuq rasu. Maria, Maria… Maria Biex juriha kemm hu sports, daħħalha … mad-delegazzjoni tas-socialist international. Għax Maria Camilleri magħrufa għall-ħbiberija sinċiera lejn il-Perit Mintoff ma kinitx magħżula biex tkun President. Marija bħal ma nafu aċċettat dan il-fatt imma trid tammetti li kien hemm żmien meta kienet qed timmaġina postha f 'San Anton tiġri u taqbeż fis-swali u fil-ġonna, ma tagħmel xejn. Għax ejja nkunu sinċerissimi, il-President ma jagħmel xejn… Minn Ġorġ għal Marie Louise Ħa ngħidilkom ser nieħdu pjaċir b'Marie Louise President, tal-anqas mhux ser noqogħdu ngħidu pregjera meta jiġi xi kap tal-istat. Għax ħa ngħidilkom kont ser immut l-aħħar darba li kien hemm il-President tal-Greċja. Dan mhux kattoliku żgur u wisq aktar Ortodoss, u x'mistħija l-President Abela qam biex jgħid talba. Ara vera mistħija. Nispera li Marie Louise jkollha aktar sens. Premju għall-Irġulija Il-Premju tal-Irġulija mogħti ġentilment mill-istitut tal-Ġurnalisti Maltin immexxija minn persuna mhux fil-ġurnaliżmu Malcolm J Naudi jmur għad-diriġenti tat- Times li taw l-ismijiet ta' dawk li għaddew kummenti fuq il-portal tat-Times lill-Pulizija ta' Malta. U l-kummenti għeżież kienu fuq il-ħnieżer li jisparaw għall-għasafar. Jien kieku l-premju ntih lill-editur tal-ILLUM għax dak ma jibża' minn ħadd u jekk jiġu l-pulizija jitolbuh għad-dettalji tal-poodle jinfexx jgħajjarhom u jidgħilhom, għax bejnietna l-editur tiegħi 'gruff ' bħal Agostino l-qaddis miexi fl-art tal- bajja tal-Marsalforn. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle Il-Karnival ta' Malta U x'ċuċ hi l-familja rjali Ingliża… ħbieb… araw il-Fejsbuk… Malta mimlija prinċipessi… għalkemm kollha bla prinċep. Sadattant Jason Micallef il-ħin kollu jfakkarna x'karnival hemm fil-Belt Valletta… kemm min għalija mill-Mosta Jason jien! Sadattant Jason l-ieħor b'kunjom tal-ġenn (Busuttil) qabel daħlilna Simone fin- nofs, moħħu biex jiftaħar li kien bis-saħħa tiegħu li ġabilna l-Karnival fil-pjazza San Ġorġ…Ara vera tboss b'sorm ħaddieħor sieħbi taf… ta' qablek ma qagħdu jiftaħru xejn, għamlu funtana biex waqt li t-tfal jaqbżu fl-ilma l-ġenituri kienu joqogħdu jaraw il-maskarati deħlin u ħerġin minn dak il-bini li hemm fil-pjazza! U bilħaqq fl-eks stamperija mibdula f 'kafetterija se jsir Il Ballo in Maschera… bid-differenza li flok jilbsu l-maskri se jneħħu dak li kienu lebsin fl-aħħar 25 sena!!! U jekk tiltaqgħu ma' xi wieħed jew waħda lebsin dawk il-maskri tat-tiċrit il-ħalq… araw kif tagħmlu u akkwistaw xi firma jew ritratt magħhom għax mill-25 ta' Mejju 'l quddiem żgur li ma tarawx wiċċhom aktar… Il-Karnival t'Għawdex: Welcome to Hell Jekk tħobb il-kaos, traffiku, tistenna fil-kju għall-vapur, tassisti għal xi ġlieda fuq il-vapur, karozzi għaddejjin b'mużika għolja, sokor bla rażan, droga u xi qarsa f 'sormok… Welcome to Hell sħabi Maltin… però tinsewx li your hell is our heaven, skont in-negozjant Għawdxi… Sadattant in-Nimrod tiegħi mar idur dawra fuq in-Nadur u qagħad jifli lit-turisti ta' kwalità li waslu Għawdex għal dawn il-jiem… Lemaħ erba' nerds li telgħu bil- karozza li xtralhom il-papà u li mlewha bil-birra u cheap vodka li xtraw mil-Lidl biex forsi jiddamdmu u fl-aħħar jitgħabbew… normalment jgħabbu lil xulxin qabel jindunaw x'ikun ħabat magħhom… lemaħ erba' żgħażagħ ħamalli kollha dagħa u jimxu mfettħin li telgħu Għawdex biex mingħalihom jgħabbu xi Għawdxija għal Karnival… ma jafux li n-nisa Għawdxin biex tgħabbihom trid teħodhom għal kollox. Raha oħrajn preparati sa snienhom għal orġiji organizzati fil- farmhouses Għawdxin… fost il-maskarati lemaħ dirty old men (tampari) lebsin maskra biex ikunu jistgħu jinħbew mill-mistħija waqt li joqogħdu jaqbdu xi żejża jew sorm fin-Nadur… u qatta nisa ta' bejn 50 u 60 sena, li saru single (mhux bl-għażla tagħhom) li jsibu kull skuża bil-laħam imdendel miżmum marsus b'xi ċintorin issikkat ifittxu xi wieħed bin-nieqes biex forsi jserraħhom… Viva x-xjuħ u viva t-tfal… Viva l-jiem tal-Karnival. Fi New York kien hemm tnejn ġew arrestati għax abbużaw sesswalment minn żewġ baqriet… kulħadd b'xi hobby… ara Moira Delia fuq it-TV smajtha tgħid li hi tħobb il-Kazz u jien bħal ħafna mill-irġiel sħabi dejjem nitkellmu fuq il-Pussy… Filwaqt li l-ħbieb tiegħi Għawdxin, Marija u Katarin ta' Sannat libsu f 'rashom The Cock… u mhux clock Ton… TATA Marija u Katarin ta' Sannat... the ladies with the cock on their heads...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014