Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 Ittri 16 illum | Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 Ħames Minuti ma' Victoria Pisani VICTORIA Pisani għandha 23 sena u minn Santa Luċija. Taħdem fil-qasam tat-telekomunikazzjoni. Apparti li hi mudella, tħobb tikteb il-poeżiji, tpinġi u tikkollezzjona l-istatwi tal- Buddha. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Ċikkulata X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Jekk hemm xi ħaġa li tinteressani, nidħol għaliha. Nieħu gost noħlom, imma nħobb inkun prattika. Kif tħajjart tidħol fix-xena tal-modelling? Kien modelling scout li ħajjarni mmur għall-ewwel ritratti tiegħi. Imbagħad kienu kellmuni għal xi ritratti f 'rivista lokali u minn hemm beda jiżdied l-interess tiegħi fix-xena. Esperjenza partikolari li kellek waqt fashion show u li se tibqa' tiftakar… L-ewwel show li kelli kienet tinvolvi catwalk u kellna nagħmlu sensiela ta' provi. Qatt ma ninsa kemm kont ħawwadt fil- mixi jien u niprattika. Dik il-ġimgħa, flok biex niġri l-ġirja tradizzjonali tiegħi, uzajt il-kuritur tad-dar biex niprattika l-mixja. Illum il-ġurnata kulħadd mudell? Le, però kulħadd għandu d-dritt jippoża f 'ritratt għall- użu personali. X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Għalija l-flus ma jfissrux kuntentizza, però diffiċli jkun hemm il-kuntentizza bla flus. Il-faqar joħloq problemi f 'ħafna sferi tal-ħajja, allura ma nistax ngħid li l-flus ma jfissru xejn. X'tippreferi: is-sajf jew ix- xitwa? Ix-xemx tiżreġ tas-sajf taf tkun kiefra, imma qattajt iżjed minn nofs ħajti nagħmel l-eżamijiet... naħseb ikun diffiċli li nagħżel ix- xitwa! Favur jew kontra l-ewtanasja volontarja? Ma naħsibx li din hija sitwazzjoni ta' abjad jew iswed. Ma nemminx li bniedem għandu jitħalla fi tbatija indefinita, imma nifhem li deċiżjoni bħal din tirrikjedi struttura ta' liġijiet u responsabbiltajiet li jridu jkunu kkalkolati b'ħafna attenzjoni. X'jiffrustrak? Ir-razziżmu, is-sessiżmu, l-omofobija... fi ftit kliem, l-intolleranza bla bażi. X'ibeżżgħek? Il-falliment, imma kultant trid taċċettah. Kemm hi importanti r-reliġjon f 'ħajtek u għalfejn? Nemmen bil-frażi: 'Għin ruħek biex Alla jgħinek'. Nemmen li Alla qiegħed miegħi, imma nammetti li mhux dejjem nagħtih l-attenzjoni li tixraqlu. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Ma naħsibx li tista' tpoġġi lil kulħadd fl-istess kategorija. Hawn Maltin avventurużi u hawn min iħossu ftit iktar marbut mal-moda tas-snin li għaddew. Napprezza wkoll li l-moda mhix fattur importanti għal kulħadd. Apparti minn hekk, ma nemminx li l-iżjed kriterju importanti biex tkun mudella tajba huwa l-ħwejjeġ, imma naħseb li dan jiġi determinat mill-attitudni, l-espressjoni, u l-kapaċità li tifhem l-ideat u l-atmosfera li t-tim li tkun qed taħdem miegħu ikun qed jipprova joħloq. Kemm tħobb lil pajjiżek? Nemmen li jien patrijotta, u nħobb ħafna l-lingwa Maltija, imma naħseb li kull pajjiż fih xi limitazzjoni jew oħra. Niddejjaq ħafna nisma' nies jgħidu li f 'Malta kollox ħażin. Għalija din turi l-istess injoranza ta' nies li jaraw kollox tajjeb. Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrappreżentak liem pajjiż tagħżel? Il-Ġermanja, avolja m'għandix xagħri bjond u għajnejja blu. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Li mmur norqod kuntenta. Għalija dan jiddependi ħafna fuq is-saħħa, l-imħabba tan-nies ta' madwari, u l-karriera. L-iktar darba li stħajt? Din diffiċli, għax tliet kwarti mis-sitwazzjonijiet fejn stħajt ma tantx nista' niktibhom f 'gazzetta! Imma nista' nsemmi din... jien inħobb ħafna nbiddel il-lirika tad-diski fi kliem vojt u satiriku, u meta nkun id-dar nibda nkanta dawn id-diski bl-ogħla leħen antipatku li għandi. Waqt wieħed minn dawn il-'kunċerti' tiegħi, ommi bellgħathieli li kellna xi nies importanti d-dar fil-kamra l-oħra u jien waqaft ħesrem u tlajt niġri fil-kamra! Il-Futur ta' Victoria Pisani… Min jaf? Li nista' ngħid hu li hemm ċans kbir li dak li se nkun qed nagħmel fil- futur, x'aktarx se nkun qed nagħmlu b'xi ċikkulata f 'idi! Konferenza Nazzjonali Pjan Nazzjonali Favur is-Sostenibiltà u l-Immaniġġjar Aħjar tal-Ilma Data: It-Tnejn, 10 ta' Marzu 2014 Post: Grand Hotel Excelsior, Valletta Ħin: 9:30am Il-Ministeru tal-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma ser jorganizza Konferenza sabiex jitniedi l-proċess ta' konsultazzjoni dwar il- Pjan Nazzjonali Favur is-Sostenibiltà u l-Immaniġġjar Aħjar tal-Ilma. Reġistrazzjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 7 ta' Marzu 2014 fuq:water.mecw@gov.mt It-Tanker tal-Gass f 'Marsaxlokk E. A. MALLIA Ħ'ATTARD B'REFERENZA għall-feature li deher f 'din il-gazzetta l-ġimgħa l-oħra dwar it- tanker ta' Marsaxlokk, jidher biċ-ċar kemm bqajna lura meta niġu biex niddiskutu xi suġġett ta' importanza nazzjonali. Qabel jixtarr dak li qalu ż-żewġ naħat, ta' min isemmi ċertu fatti. 1. It-tanker għall-ħażna tal- gass inxtara jew inkera, u dan ma jistax jitpoġġa barra l-port ta' Marsaxlokk. 2. L-istudji sa issa ma jgħidux li ma hemmx periklu imma L-għajnuna finanzjarja lill-helper ta' Kevin Cutajar KEVIN CUTAJAR KANDIDAT GĦALL ELEZZJONI TALPE NIRREFERI għall- edizzjoni tal-ġurnal 'Illum' tal-Ħadd 23 ta' Frar 2014 li fiha dehret storja bit-titlu 'Jitħallas minn fondi pubbliċi biex ikun canvaser ta' kandidat tal-PN.' Din l-istorja kienet titkellem dwar għajnuna finanzjarja li rċieva helper tiegħi minn fondi pubbliċi biex jassistini fi żmien l-elezzjoni ġenerali tal-2013 u dan peress li dakinhar jien kont kandidat. Nixtieq nippreċiża li l-istorja mhix qed tgħid il-fatti kollha. Dak li fl-istorja ma ntqalx hu li din l-għajnuna ngħatat taħt skema mħabbra pubblikament mill- Gvern u approvata mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà. Apparti hekk, l-iskop ta' din l-iskema kien li kandidati b'diżabbiltà bħali jirċievu għajnuna biex tikkompensa għad- diżabbiltà u tpoġġina f 'pożizzjoni li nikkompetu ma' kandidati oħrajn li m'għandhomx diżabbiltà. Naturalment, peress li jien kont kandidat b'diżabbiltà u allura kont naqa' fil-parametri ta' din l-iskema, applikajt u kif kienet tgħid l-iskema, il-ħlas ingħata lill-helper tal-għażla tiegħi. Il- proċess tal-pagament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014