Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 SPORTSillum Malta ...................... 6 Franza ..................... 20 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT KIF mistenni t-tim nazzjonali Franċiż tal- waterpolo ma tantx bata biex għeleb lil dak Malti bl-iskor ta' 20-6, u bi skor aggregate ta' 40-14. B'hekk il-Franċiżi reġgħu skorjaw l-istess ammont ta' gowls daqs ħmistax ilu f 'Montpellier fi Franza waqt li l-Maltin skorjaw żewġ gowls inqas. Jidher li l-Franċiżi bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-istorja tagħhom fil-waterpolo waqt li l-Maltin iddiżappuntaw f 'din il-logħba waqt li kienu milquta minn xi deċiżjonijiet kontroversjali tar-referee. Daqqa ta' ħarta għall-Maltin kienu ż-żewġ tkeċċijiet tal- aqwa żewġ plejers Maltin, il- captain Niki Lanzon u Stevie Camilleri, b'tal-ewwel jirċievi karta ħamra diretta minħabba dissent waqt li l-plejer li jilgħab ma' Bogliasco fl-Italja ġie fouled out wara tliet tkeċċijiet. L-ewwel sessjoni ntemmet 6-1 favur Franza, it-tieni sessjoni kienet l-iktar waħda bilanċjata u ntemmet f 'parità ta' 2-2. Franza reġgħu rebħu t-tielet sessjoni bl- iskor ta' 6-3 kif ukoll ir-raba' sessjoni bl-iskor kbir ta' 6-0. Il-gowls għall-Maltin waslu minn doppjetta ta' Stevie Camilleri, wieħed minnhom minn penalty u gowl kull wieħed għal captain Niki Lanzon, Jerome Gabarretta, Matthew Zammit li fit-tielet sessjoni falla penalty kif ukoll Jordan Camilleri. Min- naħa l-oħra għall-Franċiżi impressjona bis-sħiħ il- captain Mickael Bodegas li skorja xejn inqas minn ħames gowls, wieħed minnhom minn penalty, 3 Romain Blary li fil-passat niftakruh jilgħab f 'Malta ma' Exiles kif ukoll Alexandre Camarasa. Il-plejers Manuel Laversanne, Mehdi Marzouki u Thibaut Simon skorjaw doppjetta, waqt li Enzo Khasz, Mathieu Peisson u Loris Jeleff skorjaw gowl kull wieħed. Fl-aħħar mumenti tal-logħba, Karl Izzo, utilizza lill-goalkeeper ta' riserva Ryan Sciortino minflok il-goalkeeper titolari Alan Borg Cole. Intant, wara l-logħba dan il-ġurnal ħa l-kummenti esklussivi tal-kowċ nazzjonali Karl Izzo, li qalilna hekk: "Kienu aħjar minna iżda r-referees ma tantx għenuna bid-deċiżjonijiet tagħhom! Kelli lil Niki Lanzon li tkeċċa mir-referee u mbagħad Stevie Camilleri tkeċċa bi tliet fawls. Ma nistax ngħid jekk kienx riżultat ġust jew le imma mbagħad wara dawn it-tkeċċijiet waqafna nilagħbu, bdejna nitilfu l-ballun b'idejna u bdejna ntuhom il-faċilità li jiskorjaw gowls faċli. Nisperaw li nitgħallmu minn din il-logħba biex inkunu ppreparati għat-tournaments li ġejjin f 'Marzu u April. Saqsejna lil Izzo jekk din kinitx l-agħar prestazzjoni kemm ilu jikkowċja lill-istess tim nazzjonali fejn qalilna li fil-fatt jaħseb li kienet hekk speċjalment fit-tielet u r-raba'sessjoni fejn ir-referee ma żammx l-istess bilanċ fuq kull naħa. Imma huwa saħaq li din mhux skuża hekk kif dawn huma timijiet iktar ippreparati minna u għalhekk it-tim nazzjonali tal-waterpolo jrid jagħmel l-almu kollu tiegħu biex fil-futur iġib riżultati aħjar. Finalment saqsejna lill-kowċ nazzjonali jekk it-tkeċċijiet ta' Stevie Camilleri u Niki Lanzon kinux fundamentali għal din it-telfa fejn huwa saħaq li t-tim nazzjonali ma jistax jilgħab mingħajr dawn iż- żewġ plejers hekk kif dawn huma tnejn mill-aqwa plejers li hawn f 'Malta. Dan huwa minħabba l-fatt li Lanzon dejjem imexxi l-logħba waqt li Camilleri dejjem jiġbed plejer jew tnejn fuqu, temm jgħid Karl Izzo. Malta A. Borg Cole (R. Sciortino), N. Lanzon, J. Gabaretta, M. Stellini, M. Meli, M. Zammit, S. Camilleri, J. Camilleri, J. Brownrigg, T. Sullivna, C. Mercieca, D. Zammit Franza J. Moriame, R. Saudadier, A. Jablonski, E. Khasz, R. Blary, T. Simon, M. Peisson, M. Laversanne, M. Marzouki, M. Bodegas, L. Jeleff, A. Camarasa, R. Garsau Referees Peter De Jong (OLA), Attila Brosovszki (RUM) Goal Judges Stefan Licari (MLT), Ronnie Spiteri (MLT) SPORTSillum MICKAEL BODEGAS Huwa l-captain ta' Franza u kien l-aqwa plejer fost sħabu Iddebbuta fil-waterpolo meta kien għad kellu biss 10 snin L-ewwel klabb li lagħab miegħu kien CN Marseille u l-ewwel kowċ tiegħu kien Nikola Stamenic Bejn l-2004 u l-2011, rebaħ seba' darbiet il-Kampjonat ta' Franza u tliet darbiet it-Tazza Franċiża Il-Franċiżi b'saħħithom wisq għal Maltin Ritratt: Jonathan Chetcuti Stevie Camilleri jittanta xortih b'Loris Jeleef jipprova jimblokkalu x-xutt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014