Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 27 SPORTSillum Schurrle l-eroj r-rebħa ta' Chelsea u Arsenal megħluba minn Stoke City FILKONFRONT ta' bejn l-ewwel u tal-aħħar fil- klassifika bejn Chelsea u Fulham li jirrappreżenta wkoll id-Derby ta' Londra, Andre Schurrle, kien l-eroj assolut fir-rebha ta' 3-1 għall-Blues li kisbu barra minn darhom fi Craven Cottage kontra l-istess Fulham. Dan hekk kif dan il-plejer Ġermaniż irnexxielu jiskorja tripletta f 'temp ta' 17-il minuta eżattament fit-52, fil-65 u fid-69 minuta. Intant Fulham naqqsu l-marġini tal-iskor permezz ta' Johnny Heitinga fl-74 minuta. F'logħba oħra ferm importanti, l-aspirazzjonijiet ta' Arsenal li jirbħu l-Kampjonat Barclays Premiere qalgħu daqqa ta' ħarta kbira hekk kif dawn meta kienu qed jilagħbu barra minn darhom sfaw megħluba minn Stoke City bl-iskor minimu ta' 1-0 bil- gowl għas-City jasal minn penalty ta' Jonathan Walters fis-67 minuta. Newcastle United, għalkemm kienu qed jilagħbu barra minn darhom għelbu lil Hull City bl-iskor kbir ta' 4-1fejn il-Magpies kienu ferm aħjar mill- avversarji u rnexxielhom jiksbu dawn it-tliet punti prezzjużi. Għalihom irnexxielhom isibu x-xibka darbtejn Sissoko, Remy u Vurnon Anita propju fid-90 minuta waqt li l-gowl uniku għal Hull City wasal minn Curtis Davies fis-46 minuta. Everton ħallew għall-aħħar tal-logħba biex għelbu lil West Ham United meta kisbu l-gowl tar-rebħa permezz tal-attakkant prolifku Belġjan Romelu Lukaku fil-81 minuta, liema rebħa swiet ta' mitqlu deheb għall- aspirazzjonijiet ta' Everton li jirnexxielhom jiksbu post fl-Ewropa. Liverpool barra minn darhom għelbu lil Southampton bl-iskor ta' 3-0 bit-tliet gowls għalihom jiġu skurjati minn Luis Suarez fis-16-il minuta, minn Raheem Sterling fit-58 minuta u minn penalty ta' Steven Gerrard propju fid-90 minuta. Intant illum f 'Wembley Stadium fit-3pm, tintlagħab il-finali tal-Capital One Cup bejn Manchester City u Sunderland fejn interessanti huwa l-fatt li l-aħħar darba li s-City waslu sa din il-finali kien propju fl-1976 meta dak iż-żmien din it-Tazza kienet għadha magħrufa bħala l-Legaue Cup. F'dik is- sena huma kienu affrontaw lir-rivali ta' Sunderland, Newcastle United. M'hemmx dubju li finali tal-lum se jkunu qed jibdew bħala l-favoriti netti li jerġgħu jiksbu din it-Tazza wara ħafna snin meta se jkunu qed jaffrontaw tim li huwa ferm inferjuri minnhom. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 1 ta' Marzu Everton vs West Ham U. 1-0 Fulham vs Chelsea 1-3 Hull C. vs Newcastle U. 1-4 Stoke C. vs Arsenal 1-0 Southampton vs Liverpool 0-3 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 2 ta' Marzu 17:30 Aston V. vs Norwich C. 17:30 Swansea C. vs Crystal P. 17:30 Tottenham H. vs Cardiff C. Fixture Finali Tazza Captal One 15:00 Manchester C. vs Sunderland Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 2 ta' Marzu 12:30 Cagliari vs Udinese 15:00 Atalanta vs Chievo V. 15:00 Genoa vs Catania 15:00 Hellas Verona vs Bologna 15:00 Sassuolo vs Parma 15:00 Torino vs Sampdoria 18:30 Livorno vs Napoli 20:45 AC Milan vs Juventus 20:45 Fiorentina vs Lazio DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Lippi se jibqa' fiċ-Ċina sal-2017 MARCELLO Lippi ffirma kuntratt ta' tliet snin mal-klabb mis-Super League Ċiniż Guangzhou Evergarnde. Il- kowċ Taljan li llum jgħodd il-65 sena kif ukoll it-tim tiegħu tal-kowċing se jibqgħu fiċ-Ċina sa tmiem l-2017. Il-klabb Ċiniż stqarr li s-salarju tat-tim tal-kowċing ta' Lippi se jibqa' l-istess bħall-aħħar kuntratt tiegħu, li huwa rrappurtat li kien ilaħħaq is-somma ta' xejn inqas minn €10 miljun. L-eks assistent kowċ tal-klabb Ċiniż Maddaloni Massimiliano se jkun il-kowċ eżekuttiv tal-klabb u Pezzotti Narciso se jkun l-assistent kowċ il-ġdid. Il-klabb kien diġà offra kuntratt ġdid lil Lippi f 'Diċembru li għadda fil-Marokk, meta ċ-champions Ażjatici Guangzhou kienu qed jikkompetu fit-Tazza tad- Dinja tal-klabbs organizzata mill-FIFA. Madankollu Lippi ma kienx aċċetta dik l-offerta. Il-President ta' Guangzhou Evergrande, Liu Yongzhou, qal li finalment Lippi ddeċieda li jiffirma kuntratt ġdid ta' tliet snin oħra mal-klabb nhar it-Tlieta li għadda, ġurnata qabel ir-rebħa drammatika li kisbu Guangzhou kontra Melbourne Victory fl-AFC Champions League. Ironikament din il-ġurnata mmarkat ukoll it-tħabbira tal-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Ċiniż tal-futbol, Alain Perrin, li iżda d-dettalji tal-kuntratt tiegħu nżammu sigrieta mill-Assoċjazzoni tal- Futbol Ċiniża. Il-klabb diġà ora kuntratt ġdid lil Lippi f 'Diċembru li għadda l-Marokk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014