Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
28 illum Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 SPORTSillum L-ewwel Malti fil-Maratona għat- tmien darba konsekuttiva JONATHAN Balzan – il-maratoneta Malti li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni hekk kif huwa sinonimu ma' dan it-tip ta' sport hekk kif bħal-lum ġimgħa kklasifika bħala l-ewwel Malti fil-Vodafone Malta Marathon għat-tmien darba konsekuttiva. U dan wasal wara li f 'Settembru li għadda kellu injury serja li skont pariri ta' wħud, kienet se twasslu biex jinsa li jieħu sehem f 'din il- Full Marathon. Iżda l-istorja kellha tieħu xejra oħra hekk kif mhux talli Balzan ma ħax sehem f 'din il-maratona iżda talli reġa' kiseb suċċess liema bħalu. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess maratoneta fejn talbu jagħtina l-kummenti esklussivi tiegħu rigward dan kollu kif ukoll rigward is-suċċess li kiseb f 'din il-maratona. "Meta f 'Settembru li għadda ksirt l-għadma tal-metatarsal ta' saqajja waqt ġirja ta' recovery, l-indikazzjonijiet li tawni li ninsa t-tlielaq sal-aħħar tas-sena u probabilment anki l-'full marathon' fi Frar ixxukkjawni bil-kbir, iżda kont determinat li ma nċedix. Iktar u iktar meta għalkemm hedejt bil-passatempi tiegħi l-oħra prinċipalment il-kitba tal- poeziji u l-bini tal-presepji, ħassejt li kienet insterqitli xi ħaġa minn ħajti. Bdejt pjan ta' rijabilitazzjoni fejn kont immur ngħum bil-krozzi ħdejn il-baħar għax il-ksur ma kienx jaffetwani fl-ilma, anzi kien serħan mill-uġigħ. U kont nagħmel ir-rota anki jekk f 'moħħi kelli l-battalja jekk kienx għalxejn jew le. Kien żmien ta' prova li urieni li jien ma stajtx ngħaddi mingħajr il-ġiri. L-atleti u l-isportivi jistgħu jifhmuni, oħrajn aktarx le. Bdejt niġri qabel il-waqt fl- istess żmien li kelli t-terapija, meta suppost kelli noħroġ għal mixjiet. Kont inħossni għasfur ħareġ mill-gaġġa. It-taħriġ għal full marathon kien qed ikun bi prova, jekk saqajja tibdix iċċedi jew le kif nibda nżid il-mili. Fil-każ kien ikolli ndur għal half marathon. Dal-ħsieb kien kontinwu u ta' piż f 'moħħi waqt it-taħriġ. Kif wasalt għall-aħħar long run u deher kollox sew, id-deċiżjoni kont ħadtha. It-tama li nispiċċa s-seba' maratona tiegħi f 'Malta. "Jekk Mourinho jsejjaħli lura ma' Chelsea..." – Didier Drogba DIDIER Drogba ammetta li huwa ttentat li jirritorna ma' Chelsea fi tmiem l-istaġun jekk l-Ispecial One , Josè Mourinho jerġa' jitlob is- servizzi tiegħu. L-attakkant mill-Kosta tal-Ivorju mexxa l-attakk tal-Galatassary nhar l-Erbgħa li għadda kontra Chelsea iżda t-tentazzjoni li Drogba jerġa' jirritorna fi Stamford Bridge fi tmiem dan l-istaġun tista' tkun b'saħħitha wisq. F'intervista mal-ġurnal sportiv Ingliż, 'Sportsmail', Drogba ġie mistoqsi jekk jinteressahx li jerġa' jirritorna jilgħab fil- Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra u rrisponda li dan jista' jkun li jseħħ ma' tim wieħed biss. Huwa kompla li l-kuntratt tiegħu jintemm matul is-sajf li ġej u huwa biss f 'dan iż-żmien li huwa se jkun qed jiddeċiedi x'se tkun l-aħjar soluzzjoni għalih. Iżda huwa saħaq li kellu żmien mill-aqwa ma' Chelsea u jekk Josè Mourinho jerġa' jitlob is-servizzi tiegħu ma' Chelsea, huwa jikkunsidra din il-possibiltà. Drogba, li se jagħlaq 36 sena matul ix-xahar id-dieħel, se jkun aġent liberu fis-sajf li ġej u għalkemm Galatassary jixtiequ li jestendu l-kuntratt tiegħu magħhom, huwa se jkun qed jirrikunsidra li jirritorna lura l-Ingilterra. Fil-fatt f 'kummenti li għadda fl-aħħar jiem, eżattament qabel il-konfront ta' nhar l-Erbgħa li għadda bejn Galatassary u Chelsea f 'Istanbul, l-istess Drogba saħaq li Chelsea huma għaxar darbiet aħjar mit-tim li qed jilgħab miegħu bħalissa Galatassary. Huwa ħalla lil Chelsea bħala champion tal-Ewropa fis-sajf tal-2012 fejn skorja xejn inqas minn 157 gowl fi 341 logħba fil- kompetizzjonijiet kollha li ħa sehem fihom mal-klabb minn Londra f 'perjodu twil ta' iktar minn tmien snin. Il-kummenti ta' Drogba waslu wara li Mourinho kien imbarazzat minn rimarki li huwa għadda f 'konverżazzjoni privata fejn irrimarka li huwa ma kellu lil ħadd fl-iskwadra tiegħu ta' Chelsea li jiskorja l-gowls. U dan hekk kif il-manager ta' Chelsea kien qed jiġi ffilmjat mingħajr ma nduna waqt li kien qed jitkellem mal-kap tal-kumpanija Svizzera tal-arloġġi, Hublot. Waqt li kien qed jitkellem bil-Franċiż, Mourinho, saħaq li l-problema tiegħu ma' Chelsea hija dik ta' nuqqas ta' attakkant prolifiku li kapaċi jiskorja l-gowls. Huwa afferma li huwa minnu li jippossjedi s-servizzi tal- attakkant mill-Kamerun, Samuel Eto'o iżda dan f 'Marzu li ġej se jkun qed jagħlaq 33 sena. Huwa semnma lill- attakkant mill-Kolumbja, Radamel Falcao, li fil-preżent qed jilgħab ma' Monaco fi Franza bħala soluzzjoni ideali biex isolvi din il-problema fl-attakk. Teżisti possibbiltà li Drogba jirritorna ma' Chelsea Jonathan Balzan għal darb'oħra l-quċċata tal-Vodafone Malta Marathon Is-sitt mara fl-istorja li mistennija tieħu sehem fil-Formula 1 FTIT tal-jiem ilu Sauber iffirmaw lis-sewwieqa mara tat-tlielaq tal-IndyCar Simona de Silvestri bħala "sewwieqa affiljata" bl- għan li jgħinu lis-sewwieqa Svizzera tibda ttellaq fil-Formula 1 fl-2015. De Silvestro qattgħet l-aħħar erba' snin ittellaq fis-serje tat-tlielaq Amerikani IndyCar, fejn telgħet fuq il-podju għall-ewwel darba fil-karriera tagħha matul is-sena li għaddiet, hekk kif is-sewwieqa ta' 25 sena oriġinarjament kienet marret tgħix l-Istati Uniti fl-2006 biex tikkompeti f 'tip ta' tlielaq oħra. Issa ngħaqdet mat-tim Sauber li huwa bbażat fil-belt ta' Hinwil fl-iSvizzera, f 'dak li dan it-tim tal-Formula 1 iddeskriva bħala "programm ta' preparazzjoni" li se jkun qed jinkludi testijiet tat- trakka tal-Formula 1, taħriġ fuq is-simulator kif ukoll preparazzjoni mentali u fiżika. Sauber saħqu li l-għan ewlieni tagħhom huwa dak li jgħinu lil De Silvetsro takkwista l-liċenzja mandatorja li ttiha ċ-ċans li tibda ttellaq fil- Formula 1 fl-2015. Il-Prinċipal tas-Sauber, Monisha Kaltenborn, saħqet li wara erba' snin ittellaq fl-IndyCar, l-ambizzjoni ta' Simona hija dik li ttellaq fil-Formula 1 fl-2015. Hija kompliet li t-tim Svizzeru jikkunsidraha bħala sewwieqa tassew b'talent u għalhekk iddeċidew li jingaġġawha bħala "sewwieqa affiljata" waqt li jappoġġjawha bis-sħiħ fit-triq tagħha li tagħmilha sal-quċċata tal-motorsport fid-dinja. Is-sewwieqa nnifisha rringrazzjat lil Kateborn, li hija l-ewwel prinċipal mara ta' tim tal-Formula 1 kif ukoll lill-fundatur ta' Sauber, Peter Sauber, għall-appoġġ tal-ogħla livell li taha. Jekk De Silvestro jirnexxielha tagħmilha fil-Formula 1 matul is-sena d-dieħla, hija tkun is-sitt mara fl-istorja li jirnexxielha tagħmel dan wara li fil-passat kien hemm digà ħames nisa li rnexxielhom jaslu għal dan it-tragward uniku fil-karriera tagħhom li huma t-Taljani Maria Teresa de Filippis, Lella Lombardi u Giovanna Amati, l-Ingliża Davina Gilica kif ukoll is-sewwieqa mill- Afrika ta' Isfel, Desire Randall Wilson. Simona De Silvestro viċin li tidħol -istorja tal-Formula 1

