Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NHAR it-Tlieta, 25 ta' Settembru 2012, ħafna mir-residenti tar-raħal żgħir u kwiet tal-Imġarr, Malta, nħasdu meta ġriet l-aħbar li kienet instabet mara ta' 40 sena u omm ta' żewġt it-tfal mejta fid-dar tagħha fi Triq iċ-Ċagħaq f 'dik li kienet maħsuba bħala mewta naturali. Iżda x-xokk kien ferm akbar meta jumejn wara sar magħruf mill-awtopsja li l-mara kienet inqatlet. Sena u ħames xhur wara l-qtil ta' Meryem Bugeja ta' nazzjonalità Marokkina li kienet miżżewġa Malti, il-Pulizija għadha mingħajr ebda ħjiel dwar min qatilha. Bugeja kienet instabet mejta f 'għadira demm fil- kamra tas-sodda. Kollox beda t-Tlieta għall-ħabta tat-2.45pm meta wlied Meryem Bugeja waslu lura mill-iskola. Kif it-tfal, żewġt ibniet ta' tmienja u sitt snin, waslu d-dar u ħabbtu l-bieb, ma kienx hemm risposta. 0.90 Toni Abela jistaqsi għalfejn il- kummissarju tal-Pulizija għadu ma bagħatx għal Vince Farrugia u l-oħrajn li kienu fi l-GRTU 02 ta' Marzu 2014 • Nr 385 NEWSPAPER POST Tel: 2122 3999 ŻVELAT: Qabel l-elezzjoni daħlu 519-il persuna ġdida mal-Gvern MATUL il-kampanja elettorali tal- aħħar elezzjoni ġenerali ddaħħlu jaħdmu mal-gvern, medja ta' tmien persuni kuljum. Informazzjoni li għandu ILLUM tikkonferma li bejn il-bidu ta' Jannar 2013 u l-ewwel ġimgħa ta' Marzu tal-istess sena, iddaħħlu jaħdmu mal-gvern 519-il persuna ġdida. Dawn il-519-il persuna jagħmlu parti minn numru ħafna ikbar ta' ħaddiema li ddaħħlu jaħdmu mal-gvern fl-aħħar sena ta' gvern Nazzjonalista. ILLUM huwa informat li fl-aħħar sena tiegħu, meta kien diġà tilef il-maġġoranza fil-Parlament, il-Gvern Nazzjonalista daħħal jaħdmu b'kollox mal-gvern 3,800 persuna ġdida. Ikompli f 'paġna 9 John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Il-Pulizija għadha ma sabet ebda ħjiel Ikompli f 'paġna 4 Ara paġna 18, 19 Xellug fuq - Id-dar fejn instabet mejta Meryem Bugeja. Lemin fuq - il- gallarija minn fejn daħlu tal-Protezzjoni Ċivili. Xellug taħt - Pulizija fuq il-post tad-delitt. Lemin taħt - Joseph Bugeja, ir-raġel tal-vittma, isegwi l-investigazzjonijiet dakinhar li martu nstabet mejta Charles Mangion lest għal ritorn fil-Parlament Sena u ħames xhur wara d-delitt ta' omm Marokkina fl -Imġarr JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt IRRITORN tal-eks Ministru Charles Mangion fil-Parlament huwa imminenti, sena wara li ma ġiex elett għall-ewwel darba fl-aħħar 26 sena. Dan għaliex Coleiro Preca mistennija tirriżenja biex tieħu l-Presidenza, u Mangion ikun il-favorit assolut li jieħu postha f 'elezzjoni każwali. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, Charles Mangion li llum huwa ċ-ċermen tal-Enemalta rrifjuta milli jirrispondi 'mistoqsijiet ipotetiċi', iżda qal li hu kien, u għadu impenjat fil-ħajja pubblika. Madankollu m'eskludiex l-interess tiegħu li jħalli l-Enemalta biex jerġa' jidħol fil-Parlament. "Kull żvilupp li jista' jkun hemm, jien se nikkunsidrah b'mod approfondit qabel ma nieħu deċiżjoni finali," qal Mangion f 'kummenti lil din il-gazzetta. Għal Charles Mangion, dan ir- ritorn fil-Parlament jista' jfisser ukoll ritorn f 'kabinett Laburista, hekk kif hu jkun sostitut ideali għall-Ministeru tal-Finanzi. Ikompli f 'paġna 6

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014