Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
14 illum | Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 T letin sena wara li ma ħallewhx itella' produzzjoni minħabba ċensura, l-2008 kien żmien ideali biex nalment Mario Philip Azzopardi jtella' l-produzzjoni 'Sulari fuq Strada Stretta' t-teatru Manoel. Żmien ideali wara perjodu ta' nixfa fejn jidħlu rappreżentazzjonijiet oriġinali bil-Malti. Lil Mario Philip kienu ġa avżawh biex ma jkunx ottimist wisq, u qalulu li kellu jimmira li t-teatru jkun imqar nofsu mimli f 'kull serata. Hu jgħid li l-produzzjoni spiċċat mibjugħa kollha u kellhom jibagħtu n-nies id-dar. Dan kien l-ewwel sinjal li t-teatru Malti, jekk ikollu produzzjonijiet ta' livell, jista' jirxoxta. Iżda x-xettiċi dlonk qalu li s-suċċess ta' din il-produzzjoni kienet sempliċiment minħabba l-kontroversja taċ-ċensura tletin sena qabel. "Kien żmien fejn it-teatru Malti kien mejjet. Fejn il-produzzjonijiet kienu jkunu riproduzzjonijiet ta' xogħol li jkun inkiteb ħafna żmien ilu u jkun tilef ir-rilevanza, jew inkella jkun sempliċiment xogħol barrani tradott għal Malti," jgħid Azzopardi. Iżda sentejn wara, il-produzzjoni 'Xbihat ta' wħud li kienu kattoliċi' li kienet tikkonċerna l-interdett, kompliet tikkonferma l-ħsieb ta' Mario Philip li n-nies riedu teatru li jinvolvi temi li jaffetwawhom, teatru ispirat mir-realtà Maltija. Kien hemm fejn waqqaf il- Fondazzjoni Avventura u l-inizjattiva 'Staġun Teatru Malti'. "Ħtart lili nnifsi direttur artistiku, qbadt erba' persuni intiżi fit-teatru li kollha qed jgħinu bi ħlas, u qbadna sistema fejn niddelegaw awturi u kittieba biex jiktbu fuq suġġetti li noħorġu bihom." Jgħid li fost l-ewwel affarijiet qabad is-suġġett tal-immigrazzjoni irregolari, li ddelegah lil Albert Marshall. "Iżda meta darba ltqajna għal kafè biex niddiskutu l-aħħar żviluppi, rajt lil Franco Debono miexi. Innutajt li biex qasam minn tarf sa tarf ta' pjazza, dam xi nofs siegħa bin-nies il-ħin kollu jwaqqfuh. Dort fuq Marshall u għedtlu li għandna nbiddlu l-pjanijiet, waqqafna kollox u dawwarna ħarsitna lejn dak li kien qed jiġri fil-Parlament." Jgħid li Debono kienu għadu sejjer għat-taqbida li kellu jagħmel aktar tard, imma ftit kellu dubji li Debono kien se jsammar l-aħħar musmar fit-tebut tal- amministrazzjoni Nazzjonalista. Kif fil-fatt ġara xhur wara. Din il-produzzjoni ispirata mill- avvenimenti politiċi u r-rwol ta' Dwar it-teatru Malti, l-arti u r-relazzjoni tiegħu mal-politika. James J. Piscopo Età: 63 Professjoni: Direttur artistiku u kittieb Ħolma li għadek ma wettaqtx: Nipproduċi film Malti għal kompetizzjoni internazzjonali L-akbar biża': Li nkun għażżien wisq L-aħħar safra: New York Mario Philip Azzopardi jpiscopo@mediatoday.com.mt L-irxuxtar tat-teatru Malti Ritratt: Ray Attard

